Jista' l-Ministru jissuġġerixxi lill-Awtorita' dwar it-Trasport sabiex ikun hemm traffic calming measures (bħal rumble lines jew sleeping policemen) fit-tarf t'isfel ta' Triq Palma, Raħal Ġdid peress li qed ikun hemm diversi vetturi li bl-ispeed eċċessiv li jkunu neżlin bih jibqgħu deħlin ġol-faċċati tad-djar u/jew fil-karozzi tar-residenti pparkjati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li wara talba mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid ir-rumble strips li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari kienu ġew approvati fid-19 ta ' Settembru 2006.
Jista' l-Ministru jissuġġerixxi lill-Awtorita' dwar it-Trasport sabiex ikun hemm traffic calming measures (bħal rumble lines jew sleeping policemen) fit-tarf t'isfel ta' Triq il-Kavallier Deguaras kantuniera ma' Triq Leonardu Abela, Ħal Tarxien peress li qed ikun hemm diversi vetturi li bl-ispeed eċċessiv li jkunu neżlin bih jibqgħu deħlin ġol-vetturi tar-residenti pparkjati fi Triq Leonardu Abela?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li kien hemm talba mill-Kunsill Lokali Tarxien għal road humps fi Triq Kavallier Deguaras bid-data 7 ta’ Frar 2007. Fil-25 ta’ Marzu 2007 it-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku talbet lil Kunsill Lokali Tarxien sabiex jissottometti pjanta li turi l-post fejn il-kunsill kien qed jitlob għal tali road hump. Sal-lum, it-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku għadha ma rċivietx din l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru konċernat jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għaddiet mit-test tat-teorija tal-buses and coaches fl-10 ta' Mejju 2006 u s'issa għadha ma ġietx mgħajta biex titla' għat-test prattiku tas-sewqan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsa infurmat li m'hemm xejn li jżomm lil persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament milli tinforma l-Motoring School tagħha biex tapplikalha għat-Test Prattiku,
Jista' l-Ministru jgħid fejn huwa miżmum u jekk hux qed jintwera lill-pubbliku, id-dokument ta' l-Indipendenza ta' pajjiżna, liema dokument huwa muri fil-famuż ritratt tal-Prim Ministru Borg Olivier ixejru 'l folla miġbura fil-Furjana fil-21 ta' Settembru, 1964?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument oriġinali ta' l-Indipendenza huwa miżmum fil-Biblioteka Nazzjonali ta' Malta, u għalhekk nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Peress li r-residenti li joqogħdu fi Triq President Buttigieg fiż-Żejtun ilhom għal bosta snin esposti għal traffiku qawwi quddiem id-djar tagħhom, apparti l-ħsejjes tal-karozzi speċjalment matul il-lejl hemm ukoll problema aktar serja ta' sigurta', li mhux darba u tnejn il-karozzi li jkunu għaddejjin b'veloċita' qawwija jibqgħu deħlin fil-parapetti tad-djar b'periklu kbir għar-residenti. Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu sabiex jitnaqqas il-periklu għal dawn ir-residenti? Jista' jgħid jekk tistax issir side road bħalma hemm f'toroq arterjali oħra biex ir-residenti jkunu aktar protetti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 23900 u 17783.
Peress li r-residenti li joqogħdu fin-naħa t'isfel ta' Triq il-Ġiżi Fgura, proprju fil-parti li tmiss ma' Wied Blandun, qed jilmentaw mill-fatt li meta tagħmel ħalba xita qawwija huma jispiċċaw b'wied ilma wara biebhom, bil-konsegwenza li mhux darba u tnejn sofrew ħsara fil-vetturi tagħhom minħabba li dawn jinġarru mill-wied, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan min-naħa tad-dipartiment konċernat sabiex tissolva din il-problema għar-residenti ta' dawn l-inħawi? Jista' jgħid jekk jistgħux isiru culverts biex jinġabar l-ilma tax-xita u tiġi evitata l-ħsara?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq hija responsabilita’ tal-Kunsill Lokali tal-Fgura.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' suwiċidju sena b'sena bejn l-1996 u l-2006? Jista' jindika kemm minn dawn kienu barranin, kif ukoll in-numru ta' nisa, irġiel u kemm minnhom kienu adoloxxenti taħt it-18-il sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma komputerizzata mill-1998.
Ninsab infurmat illi matul il-perijodu bejn l-1998 u l-2006 kien hemm 181 persuni (143 irġiel - 38 nisa) li mietu b'suwiċidju li minnhom 18 kienu ta' nazzjonalita' barranija, filwaqt li 3 kienu ta' eta' taħt it-18-il sena.
It-tagħrif sena b'sena hu kif ġej:-
1998
1999
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
11
23
21
26
16
18
25
17
24
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaqqaf ir-relieving pool f'St. Vincent de Paule Residence biex jagħmel tajjeb għal dak l-istaff li jkun jinħtieġ jieħu l-vacation leave?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tista l-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema kategorija ta' ħaddiema qed tirreferi.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-menu ta' l-ikel li ġew mitmugħa l-anzjani f'St Vincent de Paule Residence matul dan l-aħħar xahar, ġurnata b'ġurnata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-menus fir-residenza San Vinċenz de Paul jinħadem fuq perjodu ta' ġimgħa u jolternaw bejn żewġ menus fuq bażi ta' menu differenti kull ġimgħatejn.
Kopji ta' dawn il-menus qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'ċerti swali f'St Vincent de Paule Residence l-anzjani bdew jiġu maħsula fl-4.30 a.m. meta normalment jibdew jiġu maħsula wara s-7.00a.m., bil-konsegwenza li l-anzjani ġew disturbati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mhux proċedura li residenti jiġu maħsula fl-4.30am. F'dawn l-aħħar għaxar snin, każijiet fejn residenti tqajjmu kmieni kienu iżolati bħal per eżempju fejn numru ta' residenti marru ġurnata Għawdex.
Tista' l-Ministru tara jekk l-annimali li hemm fuq il-bejt f'appartament tal-gvern, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, humiex miżmuma skond il-liġi? Tista' tikkonsidra wkoll l-istat tal-kumplament ta' dan l-appartament minn ġewwa, ċioe' fit-taraġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Gustizzja u Intern bħala l-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Proprjeta’ tal-Gvern.
Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija, għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara jekk il-proċedura li ntużat fil-promozzjonijiet li ngħataw għas-"Seniors" fil-generation roomta' l-Enemalta fil-Marsa hijiex il-proċedura korretta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-bankina li hemm fin-Nadur, Għawdex int u niżel min-Nadur lejn ir-Rabat, bl-isem Rabat Road, f'Tax-Xħajma, Nadur, Għawdex qiegħda ngumbrata b'diversi mbarazz u ġebel fuqha b'tali mod u manjiera li l-pedestrian huwa espost għal perikli kbar bit-traffiku għaddej mill-istess lokalita'?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma jirriżultax li hemm imbarazz u ġebel li qiegħed jingombra l-bankina fit-triq imsemmija.
Ċittadella — Kanuni li kien hemm quddiem il-knisja
Question
Jista' l-Ministru jgħid min ta l-permess biex jitneħħew iż-żewġ kanuni li kien hemm quddiem il-knisja Kattidrali fiċ-Ċittadella u jekk humiex se jitpoġġew fejn kienu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-kanuni kollha tal-bronz li kien hemm esebiti fil-miftuħ f’Malta kif ukoll f’Għawdex kienu miġbura minn Heritage Malta f’Marzu. Dan sar minħabba li dawn il-kanuni hekk uniċi u importanti għall-istorja ta’ pajjiżna kienu qed isofru ħsarat irriversibbli. Heritage Malta hija l-aġenzija nazzjonali li tieħu ħsieb is-siti u l-wirt kulturali kollu inkluż fl-inventarju nazzjonali, fosthom il-kanuni. Dan il-pass sar bl-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet ċivili u ekkleżjastici kollha. Bħalissa dawn il-kanuni qed jiġu studjati bir-reqqa minn esperti ta’ storja militari u konservazzjoni. Deċizjoni dwar fejn se jitqiegħdu għad trid tittieħed meta jispiċċa dan il-proċess.
Filwaqt li napprezza t-tweġiba li tani l-Ministru għall-ewwel parti ta' mistoqsija parlamentari 24857, jista' jekk jogħġbu jagħtini tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dawn il-persuni ġew impjegati bħala part-timers u sal lum ma jidhirx li hemm il-każ li dawn jiġu mpjegati full time.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ma tħossx li qiegħda ssir inġustizzja ma dawk il-persuni li jiżviluppaw id-dar tagħhom li tkun fuq plot tal-gvern billi jikkonvertuha f'appartamenti, jintalbu jħallsu somma flus meta l-ammont ta' appartamenti hu akbar minn numru ta' tfal li jkollu s-sid id-dar, allavolja l-appartamenti ma jkunux se jinbiegħu?
Ma tikkonsidrax li għallinqas issir ipoteka fuq l-appartamenti għas-somma mitluba u din titħallas biss f'każ li l-appartamenti jinbiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-policy adottata mill-Awtorita’ tad-Djar fil-każijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant hi li fuq l-appartamenti li jkunu se jservu bħala residenza ordinarja għat-tfal ta’ l-applikant issir ipoteka. L-ammont ipotekat ikun dovut li jitħallas lill-Awtorita’ jekk l-appartament jinbiegħ lil terzi.
Fuq l-appartamenti l-oħra trid titħallas is-somma dovuta, pro rata skond in-numru ta’ appartamenti li jkunu se jinbnew.
Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika ta' kemm sar sea sports fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita’ Marittima hija responsabbli sabiex toħrog liċenzja speċifika, hekk imsejħa il-Watersports Operators' Licence. Din tkopri dawn l-attivitajiet: (i) Water-skiing u para-gliding (ii) kiri ta’ inġenji tal-baħar (mechanically driven craft) (iii) kiri ta’ kenuri u paddle boats.
Fl-inħawi ndikati hawn 5 operaturi liċenzjati.