Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise/Malta Industrial Parks — Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' fabbriki reġistrati mal-Malta Enterprise u mal-Malta Industrial Parks? Jista' jaqsamhom skond is-setturi differenti? Jista' jgħid ukoll kemm hemm impjegati f'kull settur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Manoel Island — Football ground

Question

Billi hemm l-obbligu kuntrattwali skond il-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-promoturi tal-proġett ta' Tigne' u Manoel Island li jinbena ground tal-football f'Manoel Island, jista' l-Ministru jikkonferma li meta dan il-ground jinbena fiż-żmien miftiehem u diġa' kkomunikat lill-Gżira Nursery FC, it-titlu tal-groundse jiġi mgħoddi lill-Gżira Utd infushom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-kuntratt bejn il-Gvern Malti u l-Midi jiddefinixxi l-bini ta’ faċilitajiet sportivi primarjament futbol. Il-proċess kif irrispondejt lill-Onorevoli Interpellant f’Seduta Numru 243 għall-mistoqsija parlamentari numru 11043 jinbeda meta isir it-trasferiment lill-Gvern u jgħaddih b’riżoluzzjoni parlamentari skond il-proċeduri stabiliti.

Mediċina Fosavance

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li l-gvern m'huwiex jixtri supplies tal-mediċina Fosavance u jekk iva meta mistenni li jibda jkollu din il-mediċina in stock? Dan l-aktar minħabba l-prezz eżorbitanti ta' din it-tip ta' mediċina.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċina Fosavance mhix fil-Formularju tal-Gvern.

National Insurance Contributions — Pensjonant

Question

Tista' l-Ministru ġentilment tinvestiga l-qagħda ta' pensjonant li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li allegatament qed jirċievi nofs il-pensjoni tiegħu, dan kollu meta kellu biss l-aħħar sentejn tal-kontribuzzjoni ta' l-NI neqsin u li huwa kien dejjem offra li jħallas biex ma jsofrix dan it-tnaqqis?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

WSC — Tariffa mnaqqsa

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux minnu li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tħallas tariffa mnaqqsa(i.e. sussidjata) għall-elettriku li tikkonsma? X'inhi t-tariffa li tħallas l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma għall-elettriku, u x'inhi l-ispiża ta' l-Enemalta biex tiġġenera u tiddistribwixxi l-elettriku bil-prezz taż-żejt illum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #24927 Sitting 520 2007-05-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ryanair

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti ħax jew hux beħsiebu jieħu xi pożizzjoni dwar it-talbiet pendenti ta' Ryanair biex jiftħu aktar rotot lejn Malta? U jekk iva, liema rotot ġodda beħsiebu jżid ma' dawk li għandhom? Destinazzjoni, destinazzjoni jista' jgħid kemm ġew turisti lejn pajjiżna permezz ta' dawn il-low cost airline flights - li ma jinkludux Maltin li kienu qed jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet irħas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura iqis l-aċċess bl-ajru lejn pajjiżna bħala wieħed mis-sisien ta’ l-industrija tat-turiżmu. Matul is-sena 2006, l-Ministeru wettaq numru ta’ inizjattivi sabiex ikabbar l-aċċess lejn pajjiżna billi jiżdiedu rotot u titjiriet lejn Malta. Fost dawn, ta’ min isemmi x-xogħol li sar sabiex jibdew itiru lejn Malta low-cost carriers bħal Ryanair, German Wings, Meridiana u Click Air; il-ftehim li sar ma’ l-Air Malta sabiex jiżdiedu b’25% is-seats mill-Ġermanja; u d-diskussjonijiet ma’ GB Airways sabiex din tibda topera minn Manchester is-sena kollha. B’riżultat ta’ dawn l-inizjattivi, s-seats lejn Malta dan is-sajf, komparat mas-sena l-oħra, ser jiżdiedu b’18%. Barra minn hekk, fuq inizjattiva tal-Ministeru tiegħi, għadha kif ħarġet sejħa sabiex jinfetħu rotot ġodda u b’hekk jitkompla r-ritmu pożittiv li qbadna anke wara s-sajf. F’din is-sejħa ħadna in konsiderazzjoni l-proposti li hemm minn kumpaniji bħal Ryanair. Huwa stmat li kull xahar Ryanair iġġorr 6,390 (one way), German Wings iġġorr 1,700 u Meridiana ġġorr 980 passiġġiera. Huwa stmat li 74% tal-passiġġieri ta’ Ryanair huma turisti u li 70% tal-passiġġieri ta’ German Wings kif ukoll ta’ Meridiana huma turisti.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u entitagħha qabeż is-ceilingallokat għal mobilemarbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma jirriżultax li fil-perijodu ndikat kien hemm xi uffiċjal taħt id-dekasteru tiegħi li qabeż il-limitu stabbilit.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Telefonati minn linji fissi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Mobile phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ebda uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu ma qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu skond iċ-ċirkulari tal-Finanzi MF 2/2006.

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kontijiet tal-N.I. — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti tal-N.I.? Għalkemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25783.

Kontijiet tal-N.I. — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti tal-N.I.? Għalkemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Qrati — Ħlas ta' multi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern minn multi fil-Qrati ta' Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-VAT — VAT refunds

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tal-VAT irid jirrifondi lura lit-taxpayer? Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Dipartiment tat-taxxa fuq l-income — VAT refunds

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tat-taxxa fuq l-income irid jirrifondi lura lit-taxpayer? Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Dipartiment ta' l-artijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li fil-mument id-dipartiment ta' l-artijiet għandu jirrifondi lill-persuni/kumpanniji għall-valur tal-proprjeta' li ġiet esproprjata tul is-snin? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont globali ta' kumpens għal art li d-Dipartiment ta' l-Artijiet għandu jirrifondi fil-mument huwa ta' Lm23,399,371. Dan l-ammont ma jinkludix żieda li jista' jkun hemm minħabba li f'ċerti każi jkun hemm il-ħtieġa illi ssir rivalutazzjoni tal-prezz ta' l-art u ukoll ma jinkludix l-imgħax dovut lis-sidien ta' l-art.