Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-gvern, maqsuma f'nisa u rġiel, li matul is-snin kienu mpjegati bħala casual, minbarra dawk li qed jissostitwixxu ħaddiema back to back? Kif se jiġu affettwati dawn il-ħaddiema meta jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali Nru. 51 ta' l-2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Fl-isfond ta' l-Avviż Legali Nru. 51, Art. 7 (3) jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex minh u nkarigat mit-tiġdid jew twaqqif ta' kuntratti jinżamm responsabbli f'każ li ma jimxix mat-termini tal-kuntratti diversi, u l-klawsoli fl-avviż legali jidħlu fis-seħħ awtomatikament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
L-ingaġġ fis-Servizz Pubbliku - Servizz Ġenerali - fuq bażi indefinita, sal-lum isir permezz ta' eżami fil-livell ta' clerkjew ta' principal. Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk meta jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali 51 ta' l-2007, jiġix affettwat dan il-metodu ta' ingaġġ u jekk iva, b'liema mod? Dan se jibqa' l-unika metodu ta' ingaġġ jew se jiġu introdotti metodi ġodda? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif se jintlaqtu l-impjegati preżenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Artiklu 3 (2) (d) ta' l-Avviż Legali 51 2007 jgħid li r-regolamenti ta' l-Avviż Legali ma japplikawx f'każ ta' kuntratti ta' servizz fis-Servizz Pubbliku jew fis-Settur Pubbliku li ma jkunux saru skond il-liġijiet applikabbli ta' Malta u partikolarment skond il-proviżjonijiet tal-Kostituzzjoni. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ħames snin sarux kuntratti simili u jekk saru, kemm kienu, f'liema gradi saru u x'kienu l-elementi fil-kuntratt/i li kienu jiksru xi liġi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li d-diviżjoni tas-saħħa tara jekk hux il-każ li jkollna tobba u nurses li jispeċjalizzaw fil-kundizzjoni Myalgic Encephalopathy billi hawn Maltin li qed ibatu minn din il-kundizzjoni u jidher li hemm bżonn ta' aktar speċjalizzazzjoni u għarfien fuq din il-kundizzjoni medika? Fid-dawl li fir-Renju Unit biss hu stmat li hemm madwar kwart ta' miljun ibatu minn din il-kundizzjoni u f'Malta hawn numru ta' każi li probabbli lanqas biss ġew diagnosed,jaħseb li għandna bżonn nagħtu aktar importanza lil din il-kundizzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ġie nnotat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dokument oriġinali ta' l-Indipendenza (dak li huwa f'idejn il-Prim Ministru Borg Olivier fil-famuż ritratt tal-21 ta' Settembru 1964) huwiex miżmum fil-Biblioteka Nazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-dokument oriġinali u uffiċjali ta' l-għoti ta' l-Indipendenza lill-Malta qatt ma kien miżmum fil-Biblijoteka Nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta mhix se tonora l-ftehim milħuq minnha stess ma' l-instructors mislufin mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, fosthom il-ħin abbinat mas-servizz li qed jagħtu lill-aġenzija wara li dawn kienu ġew assigurati mis-CEO ta' qabel li kien intlaħaq ftehim magħhom?
Jista' jgħid kif dawn il-persuni kienu notifikati b'ittra reġistrata mingħajr ma ħadd indenja jiltaqa' magħhom biex jistħarreġ is-sitwazzjoni?
Ma jaħsibx li jekk dawn l-instructors imorru lura mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, Heritage Malta se titlef is-servizz tagħhom li f'dan il-każ huwa b'xejn u se jkollha timpjega aktar nies, cioe' tiżdied l-ispiża kurrenti ta' l-aġenzija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi fid-19 ta’ Settembru 2005 wara li saru l-emendi meħtieġa fil-Cultural Heritage Act li permezz tagħhom dak li kien magħruf bħala ċ-Ċentru Malti għar-Restawr (CMR) kellu jiġu assorbit ma’ Heritage Malta kif fil-fatt seħħ, l-instructors kollha mislufa mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni ma’ Heritage Malta irċevew ittra mill-aġenzija li permezz tagħha ġew mistiedna jagħtu s-servizzi tagħhom lil din l-agenzija. Ittri simili għal dawn harġu għal dawk kollha li kienu qed jaħdmu fiċ-Ċentru għar-Restawr.
Fl-istess ittra l-
instructors
ġew mistiedna biex jissieħbu b’self ma’
Heritage Malta
u jzommu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.
Heritage Malta
ġiet ricentement mgħarrfa li fid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni dawk l-
instructors
li x-xogħol tagħhom mhux fit-tagħlim imma fl-uffiċċju isegwu l-ħinijiet ta’ l-uffiċċju. Kull ma għamlet
Heritage Malta
dan l-aħħar kien li allura aġġornat ruħha mar-regoli jew prassi eżistenti għal dawk kollha li huma
instructors
.
Iktar minhekk fl-ittra li l-
instructors
irċivew dan l-aħħar mhux biss ġie spjegat dan kollu imma wkoll ġew mgħarrfa li dan l-aġġornament se jsir b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2007.
Heritage Malta
hija konxja mill-fatt li jista jkun hemm minn jiddeċiedi li jitlaq lura lejn id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u għaldaqstant l-aġenzija qed tagħmel l-arranġamenti alternattivi.
Irrid infakkar li l-emendi għall-
Cultural Heritage Act
li rriferejt għalihom kienu għaddew minn dan il-Parlament bl-approvazzjoni unanima taż-żewġ naħat tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta m'għadhiex tagħti xogħol ta' tagħlim lill-instructors mislufin mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-instructors mislufa minn mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni ma’ Heritage Malta dejjem kellhom xogħol li iktar hu tekniku. Dik hija l-pożizzjoni wkoll ta’ l-instructors li sabet Heritage Malta meta din assorbit dak li qabel kien magħruf bhala ċ-Ċentru Malti għar-Restawr f’Ottubru 2005.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-kumpannija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx stralċjata mir-reġistru tal-kumpanniji meta din ilha ma tiffunzjona snin twal tant li l-aħħar darba li ġew ippreżentati xi dokumenti kien fid-29 ta' Mejju 1979?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid minn meta bdiet li s-sidien privati li jridu jikru lill-Awtorita' tad-Djar? Kemm inkrew mingħandhom s'issa? F'liema lokalitajiet? B'kemm prezz? Tista' titpoġġa kopja tal-kuntratti fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall Mistoqsija Parlamentari Numru 21999 f'Seduta Numru 461.
Ninsab infurmata li ma ġie konkluż ebda ftehim ieħor minn dak inhar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet minn persuni li għamlu bidla fis-sess biex ibiddlu l-karta ta' l-identita' minn raġel għal mara, mis-sena 2000, sena b'sena sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Minn naħa ta' l-Uffiċċju Elettorali ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li applikaw biex jibdlu l-ġeneru tas-sess fil-Karta ta' l-Identita' kien kif ġej:-
Sena Numru
2002 1
2003 1
2005 3
2006 1
2007 1
Ninsab infurmat li dawn ta' hawn fuq mhux bilfors li kellhom bidla fis-sess, iżda jista' jkun li kien hemm żball fiċ-ċertifikat tat-twelid oriġinali. Mhux ta' min jeskludi li jista' jkun li persuni li għamlu bidla fis-sess ma applikawx biex jibdlu l-ġeneru tas-sess tagħhom fil-karta ta' l-Identita'.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu units bil-kiri mill-Awtorita' tad-Djar lill-benefiċjarji li applikaw biex jikru post ta' l-Awtorita' tad-Djar, sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar ma tqassamx units għal kiri hi direttament.
Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali — Applikazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu units bil-kiri mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali lill-benefiċjari li għandhom applikazzjoni quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, mis-sena 2000, sena b'sena, sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment għad-Djar — Amalgamazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hi mistennija li ssir l-amalgamazzjoni tad-Dipartimenti tad-Djar ma' l-Awtorita' tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif kelli l-okkażjoni li ngħid qabel, inkluż f’din il-Kamra u permezz ta’ stqarrija għall-istampa maħruġa fis-16 ta’ Novembru li għadda, il-proċess ta’ l-amalgamazzjoni tas-settur tal-housing diġa’ nbeda.
Minn dak inhar, tkompla dan il-proċess bit-trasferiment ta’ l-impjegati tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għal bini ieħor ta’ l-Awtorita u l-impjegati fit-taqsima tal-customer care ta’ l-Awtorita’ u ta’ l-imsemmi Dipartiment qed joffru s-servizzi tagħhom mill-istess uffiċċju.
Fl-istess ħin qed tiġi abbozzata l-leġislazzjoni meħtieġa li, meta tiġi approvata minn dan il-Parlament, tipprovdi s-sisien legali biex ikun jista’ jingħalaq il-proċess ta’ amalgamazzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati li għerqu persuni fit-territorju Malti sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum? Jista' jgħid in-nazzjonalita' tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul il-perijodu mitlub sa l-aħħar ta' Marzu 2007 kien hemm 52 persuna li tilfu ħajjithom kawża ta' għarqa.
Minnhom 32 kienu ta' nazzjonalita' barranija li kienu ġejjin mill-Awstrija, Renju Unit, Italja, Libja, Tuneżija, Olanda, Repubblika Ċeka, Eġittu u l-Ġermanja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu kaċċaturi l-qorti matul is-sena 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006, il-Pulizija ressqet 419 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ, kif emendat; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali; ir-Regolamenti ta' l-2006 dwar il-Konservazzjoni ta' l-Għasafar Selvaġġi u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li se jibdew ix-xogħlijiet fuq it-triq madwar id-djar fl-areata' Sur Santa Liena Bormla, liema triq qatt ma saret minkejja li d-djar ilhom okkupati għal aktar minn 20 sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tender għal dawn ix-xogħlijiet diġa' nħarġet u x-xogħlijiet mistennija jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' clamping u towing matul is-sena 2006 skond il-lokalita'? Kemm inġabru flus minn dawn il-kontravenzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi billi l-informazzjoni miġbura għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.