Peress li l-waiting list għal mammogram hija twila u ħafna nisa qegħdin b'riskju li jiġu djanjostikati b'cancer fis-sider meta jkun tard wisq, x'qed jagħmel il-gvern biex tiġi ndirizzata din il-problema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-mammografija qatt ma kienet is-soluzjoni sħiħa għal dawn il-każi. Il-gvern qed iwettaq il-pjan indikat mic-Charter Ewropew biex sas-sena 2015 ikun wettaq dak kollu rikomandat.
Il-pazjenti kollha referuti b'suspett ta' kanċer tas-sider jingħataw preċedenza għall-mammografija.
Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jiġu provduti lin-nisa f'Għawdex dwar il-breast cancer u jekk hemmx il-ħsieb li titwaqqaf unit apposta biex tagħti servizz f'dawn il-każijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Bħalissa is-servizzi relatati mal-breast cancer li jigħataw mill-isptar Ġenerali t'Għawdex huma:
Eżami tas-sider minn tobba u speċjalisti
Operazzjonijiet tas-sider meta jkun hemm bżonn
Follow up
tat-treatment bir-raġġi jew
Chemotherapy
li jsiru mill-onkoloġisti li jattendu tlett darbiet fix-xahar.
Hemm il-ħsieb li bħala parti mir-refurbishment tad-Dipartimenti tar-Radjoloġija fl-isptar Ġenerali t'Għawdex, ikun hemm Mammogram li tintuża kemm għal screening kif ukol dijanjosi tal-breast cancer.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25527, x'inhu l-valur tal-kontribut ta' l-ADT għax-xogħol ta' l-embellishmenttal-pjazza tal-Mosta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-kontibut ta' l-ADT għax-xogħol ta' l-embellishment tal-pjazza tal-Mosta huwa ta' Lm90,000. S'issa tħallsu Lm60.000. It-Lm30,000 l-oħra se jitħallsu fl-2008..
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25063 li ġiet riferuta lill-Ministru konċernat, peress li hawn ħafna każijiet ta' eczema li huma severi u kroniċi u dawn il-pazjenti għandhom bżonn ħafna kura u assistenza u mediċini li jridu jieħdu kuljum, u peress li l-eczema mhix inkluża fit-tieni parti tal-ħames skeda tal-Kap 318 tal-Liġijiet ta' Malta, jista' l-Ministru jara kif is-sitwazzjoni ta' dawn in-nies tiġi għall-aħjar billi l-eczema tiżdied ma' din il-lista biex ikunu ntitolati għall-għajnuna medika bla ħlas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-talba tal-Onor. Interpellant ġiet innutata u tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' mard ieħor li ghaliħ hemm talba biex jiddaħħal fl-IskedaV.
Peress li waħda miż-żewġ fattigi fil-Qorti t'Għawdex irtirat bil-pensjoni u allura spiċċajna b'waħda, tista' l-Ministru tgħid meta ser tintbagħat fattiga oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li saret talba biex din il-fattiga tiġi sostitwita.
Infurmata wkoll li saru l-arranġamenti neċessarji biex ix-xogħol li għandu jsir ma jonqosx li jsir.
Jista' l-Prim Ministru jgħid :
Kemm hemm membri tal-Forzi Armati stazzjonati f'Għawdex;
Kemm hemm membri tal-Forzi Armati Għawdxin stazzjonati Malta;
X'inhu l-grad tagħhom u meta daħlu fl-Armata;
F'dawn l-aħħar għaxar snin kemm membri Għawdxin ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex u x'kienet ir-raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fid-Direttorat għall-Investigazzjoni kontra l-Frodi, bid-dmirjiet tagħhom u l-iskali ta' salarji?
Tista' tgħid fuq liema bażi dawn l-impjegati huma ngaġġati, jiġifieri jekk hux full time jew part-time jew b'xi mod ieħor? Kemm hemm fuq kull tip ta' kuntratt u x'inhuma d-dmirjiet tagħhom u l-iskali tas-salarji tagħhom?
Tista' tgħid jekk qattx ġie farmed out xi tip ta' xogħol lil xi individwi u/jew entita' li mhix parti mis-servizz pubblika u/jew parti mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?
Tista' tgħid kemm sar overtime f'dan id-Direttorat minn kemm ilu mwaqqaf, xahar b'xahar u lil min ingħata l-overtime?
Tista' tgħid kemm sar overtime fit-taqsima, li kienet inwaqqfa għal prattikament l-istess skop qabel ma twaqqaf dan id-Direttorat, sena b'sena mill-1998?
Tista' tgħid kemm-il spezzjoni u/jew investigazzjoni saret minn dan id-Direttorat minn meta twaqqaf sal-lum, xahar b'xahar u kemm mill-każijiet li ġew investigati ġew maqtugħa mill-eliġibilita' għal benefiċċji soċjali u kemm minn dawn il-każijiet appellaw minn din id-deċiżjoni tad-Direttur ta' dan id-Direttorat quddiem l-Arbitru u kemm dan id-Direttorat tilef appelli quddiem l-Arbitru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li:
In-numru ta’ impjegati fid-Direttorat għall-Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni, preżentament hu:
Direttur - Skala 4
Assistent Direttur - Skala 5, fuq
pre-retirement leave
Prinċipal –Skala 10
4 Spetturi (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni) – 1 fuq Skala sostantiva 10, 2 fuq Skala sostantiva 11 u ieħor fuq Skala sostantiva 13
2 Uffiċjali Eżekuttivi (
Desk Officers
) - Skala 13, persuna minnhom fuq
Parental Leave
Skrivan Anzjan – Skala 14
Skrivan – Skala 16
2 Impjegati ta’ l-IPSL (
Desk Officers
)
Dawn l-impjegati huma kollha
full time.
Id-direttur u l-assistent direttur qiegħdin fuq kuntratt li hu
standard
għall-impjegati fil-pożizzjoni ta’ direttur u assistent direttur rispettivament mal-Gvern. L-ispetturi għandhom kuntratt skond kif provdut fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ħarġet għall-mili ta’ dawn il-postijiet.
Qatt ma ġie
farmed out
xi tip ta’ xogħol minn dan id-Direttorat.
It-Tabella Numru 1, li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, turi l-ammont ta’
overtime
li sar fid-Direttorat minn Jannar 2006 ’l hawn. Kull membru tad-Direttorat intitolat jaħdem l-
overtime
jingħata l-opportunita` li jagħmel dan meta jkun hemm il-bżonn.
Dwar il-ħames parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella 1A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmata li n-numru ta’ każijiet investigati u numru ta’ rakkomandazzjonijiet biex jitwaqqaf il-benefiċċju huma kif jidhru f’Tabella Numru 2 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Irrid niċċara li dan id-Direttorat jagħmel biss rakkomandazzjonijiet, bażati fuq l-investigazzjonijiet, lid-Direttur Ġenerali għas-Sigurta’ Soċjali biex jitwaqqaf xi benefiċċju. Id-deċiżjoni jekk il-benefiċċju jitwaqqafx jew le hi r-responsabbilita’ ta’ dan ta’ l-aħħar. Għalhekk ma sar ebda appell quddiem l-Arbitru mid-deċiżjonijiet tad-Direttur għall-Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid xi ftehim jew kuntratt hemm bejn Where's Everybody ( u kumpanniji sussidjarji jew assoċjati) u l-Maltasong Board, dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tal-music video, ic-CD u d-DVD tal-kanzunetta Vertigo? Jista' jippreżenta kopja tal-kuntratti kollha li saru bejn iż-żewġ naħat? Kemm intalbu jħallsu l-kumpannija Where's Everybody għad-drittijiet tal-kanzunetta Vertigo, li skond il-liġi huma proprjeta' tal-Maltasong Board biex ikunu jistgħu jużawha fil-programmi tagħhom? Jista' jgħid għaliex kumpaniji u ħwienet li talbu li jbiegħu c-CD u d-DVD tal-kanzunetta Vertigo ma ngħatawx permess mill-Where's Everybody biex jagħmlu dan? Għaliex il-kanzunetta Vertigo qed tinbiegħ biss minn żewġ kumpaniji?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq in-Naħal, Mosta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta' din il-Ġimgħa din it-triq għandha tkun lesta bit-tarmak.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq l-Għaddajjar, Mosta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta' din il-Ġimgħa din it-triq għandha tkun lesta bit-tarmac.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq iċ-Ċinju, Mosta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li qegħdin isiru l-aħħar preparamenti biex ikun jista' jibda x-xogħol tat-tarmak fi Triq iċ-Ċinju, Mosta. Hu maħsub li x-xogħol kollu jitlesta sa nofs dan ix-xahar.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq San Ġuzepp, Mosta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li f'dawn il-ġranet qiegħed jingħata t-tarmak f'parti mit-triq imsemmija. Ix-xogħol fil-parti l-oħra tat-triq jista' jsir wara li l-MEPA tagħti interpretazzjoni dwar il-linja tal-bini.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq Salvu Gatt, Mosta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li f'dawn il-ġranet qiegħed jingħata t-tarmak fit-triq imsemmija.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq il-Mitħna, Mosta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minħabba li Triq il-Mitħna, Mosta ġiet imwessgħa kien meħtieġ jinbena boundary wall, xogħol li qiegħed isir bħalissa. Sadanittant ittieħdet deċizjoni biex l-arbli li hemm fl-istess triq jitressqu a spejjeż ta' l-ADT. Il-fondi biex isir dan ix-xogħol diġa' għaddew lill-entitajiet rispettivi. L-ADT se tkompli tikkordina mal-kuntrattur biex ix-xogħol isir kemm jista' jkun malajr.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji tat-tender documents jew offerti li kienu ppreżentaw id-ditti, periti jew kumpanniji kollha li kkonkorrew għat-tender tal-proġett tal-pont Manuel Dimech?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tender ‘ Professional and Technical Services for the upgrading of Manuel Dimech Bridge M.A. Vassalli, St Julians, Malta Ct 2518/04’ inharget mill-Dipartiment tal-Kuntratti f’Ottubru 2004 u hames kumpaniji tefghu l-offerti taghhom fl-14 ta’ Dicembru 2004
Dawn kienu:-
a) Innovative Architectual Services
b) Leonhart, Andra und Partner
c) Raniolo & Associates
d) Politenica, Ingeneria ed Archittetura
e) Köing, Heünish und Partner(KHP) and Design & Technical Resources (DTR)
L-evalwazzjoni ta’ dawn it-tenders saret mill-kumitat ta’ evalwazzjoni mahtur mill-Direttur tal-Kuntratti. Ir-rakkomandazzjoniet u evalwazzjoni ta’ dan il-kumitat kienu approvati mill-Kumitat tal-Kuntratti.
Il-kuntratt ghal dan ix-xoghol gie iffirmat fit-30 ta’ Mejju 2005, u ma kienx hemm ebda oggezzjoni mit-‘tenderers’ l-ohrajn quddiem il-Kumitat tal-Kuntratti.
Il-kopji ta’ l-offerti u dokumenti ohra konnessi ma’ din it-tender qeghdin kollha ghand id-Dipartiment tal-Kuntratti
Perit Paul Buhagiar
Network Infrastructure Directorate 7 ta’ Mejju 2007
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li għamlu l-evalwazzjoni ta' l-offerti għall-proġett tal-pont Manwel Dimech? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat tal-Bord ta' l-għażla riferibbli għall-istess evalwazzjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-evalwazzjoni tat-tenders sottomessi għax-xogħolijiet tal-pont ta' Manwel Dimech saret minn membri maħtura mid-Direttur tal-Kuntratti. Ir-rakkomandazzjonijiet ta' dan il-bord jiġu approvati mill-Kumitat tal-Kuntratti. Għalhekk il-mistoqsija għandha tkun irreferuta lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-kumpannija Malta Planning and Design Consultants għall-proġett fuq Lot 1 tat-toroq iffinanzjati mill-Protocol Taljan? Jista' l-Ministru jgħid meta tħallset għas-servizz mogħti u jekk tħallsitx mill-ADT jew minn xi entita' dipartimentali oħra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371, billi l-persuna ndikata separatament huwa partner fid-ditta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u billi l-Ministru responsabbli mill-ADT huwa soċju u direttur ta' l-istess ditta, u billi l-Ministru kemm-il darba fil-media lokali rrefera għall-persuna ndikata bħala "l-ħabib tiegħu" u saħansitra stiednu għal ikliet fid-dar tiegħu ġewwa Hal Tarxien, u billi l-persuna ndikata kien is-supervisors representative tal-Malta Planning and Design Consultants fil-Lot 1 tal-Proġett tal-Protocol Taljan fil-kwalita' personali tiegħu, ma jaħsibx il-Ministru li kellu konflitt ta' interess fit-tender in kwestjoni?
Jaħseb il-Ministru li kien imissu jintervjeni sabiex iwaqqaf l-għoti tat-tender tal-Lot 1 lil MP & DS għar-raġuni biss li l-ħabib tiegħu, il-persuna ndikata kien qiegħed jidher bħala supervisors representative tal-MP & Ds meta l-Ministru jaf li l-persuna ndikata għandu żewġ ditti peritali jisimhom, d-ditta ndikata separtament aktar qabel, u Design and Technical Resources Limited u jidher li għal xi raġuni jew oħra dawn ma tefgħux offerti? Jista' jgħid jekk il-persuna ndikata kienx infurmah li kien ser ikun supervisors respresentative ta' MP & DS fuq Lot 1 qabel il-ħarġa ta' l-offerti? Jekk le, jista' jgħid jekk sarx jaf mingħand ħaddieħor u minn min?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Bħala Ministru ma nkunx involut fl-aġġudikazzjoni jew approvazzjoni tas-supervisors jew ir-rappreżentatnti tagħhom.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371, billi l-persuna ndikata separatament kien supervisors representative ta' MP & DS għal-Lot 1, u billi l-Ministru huwa soċju u direttur flimkien mal-persuna ndikata fid-ditta ndikata separatament u billi l-Ministru stqarr pubblikament li l-persuna ndikata huwa l-ħabib tiegħu, u billi l-persuna ndikata jmexxi waħdu kumpanija oħra Design and Technical Resources Limited, li rebħet it-tender tal-pont Manwel Dimech u billi din il-kumpannija għandha r-registered address tagħha b'kumbinazzjoni f'Carmel Street, B'Kara fejn hija reġistrata d-ditta ndikata u proprju ż-żewġ uffiċini jinsabu fl-istess bini, jista' l-Ministru jikkonferma li l-impjegati, l-periti u l-istaff tad-ditta ndikata li tagħha l-Ministru huwa soċju u azzjonista mal-persuna ndikata huma fil-fatt l-istess impjegati ta' Design and Technical Resources Limited li jidher li qiegħed imexxi waħdu l-persuna indikata separatament? Jista' jikkonferma li periti mqabbdin mid-ditta ndikata ħadmu wkoll għal Design & Technical Resources Limited?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija konformi ma' l-Istanding Orders ta' din il-Kamra.