Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk in-negozjanti li ġew msejħa bħala hoarders mill-Gvern innifsu li kienu responsabbli li wasslu biex Malta teħel penali għall-hoarding tal-ġobon u taz-zokkor qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Tista' ssemmihom b'isimhom? Billi qed jingħad li dawn ser ikollhom jagħmlu tajjeb għall-penali li ser ikollha tħallas Malta, jista' jikkonferma meta dawn mistennija jiġu mitluba jroddu dan il-ħlas lill-Gvern Malti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23817, jista' l-Ministru jgħid meta eżatt ħarġet is-sejħa għall-offerti li qed jirreferi għaliha u jekk ġietx ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 23817. Il-proċess beda fl-2003 u ntemm fl-2004 u l-għażla saret wara short-listingta’ azjendi Taljani indikati mill-Awtoritajiet Taljani.
X'inhi r-raġuni li l-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust ilha minn Frar mhux kostitwita? Meta mistennija tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni, xejn xejn bħala turija tal-impenn tal-gvern li jirregola b'mod ġust is-suq ħieles f'pajjiżna?
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta mis-surchargefuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Ottubru 2006 u Frar 2007? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23494 u jgħid kemm-il fabbrika waqqfet l-operazzjoni tagħha f'Malta u f'Għawdex matul l-2006? Kemm kienu jimpjegaw nies? Liema kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, jiena nfurmat li l-MIP tkun tista tirrispondi biss dwar kemm fabbriki 'ħadet lura' u mhux kemm waqfu l-operazzjonijiet. F'dan il-każ, jien infurmat li n-numru hu 24 kumpanija minn 35 fabbrika li jinkludu kumpaniji li fallew, ġew 'evicted', etc.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant li jitlob din l-informazzjoni lill-Ministru konċernat.
Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni hija ta' natura kunfidenzjali kif ukoll tista' tkun kummerċjalment sensittiva u għalhekk mhux prudenti li tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tiegħu għall-fatt li minkejja d-dikjarazzjonijiet tiegħu, l-għola uffiċjali tal-Maltacom ikkontradixxew dak li jidher li stqarr hu xi żmien ilu dwar l-art fil-Qawra meta dawn għamluha ċara li l-art li kienet xtrat il-Maltacom fil-Qawra qabel il-privatizzazzjoni u li għandha valur sostanzjali se tibqa' f'idejn il-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għall-istqarrija dwar l-art fil-Qawra u l-Maltacom maħruġa fil-11 ta' April 2007.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phones ġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobile inxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Telefonati minn linji fissi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u entitiegħu qabeż is-ceilingallokat għal mobilemarbut mal-pożizzjoni tiegħu, itteħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma kienx hemm każi fejn is-ceiling inqabeż.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobileinxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li inxtara sett ċellulari bħala replacement ta' mobile fl-OHSA b'nefqa ta' Lm27 għas-Senior Manager.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Telefonati minn linji fissi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru u d-dipartimenti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment kienet ta' Lm15,168.06. L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) nefqet Lm10,854.41 f'telefonati minn linji fissi fl-istess perjodu filwaqt li l-WasteServ Malta Ltd nefqet Lm4,393.98.
Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena l-ebda uffiċjal min naħa tal-Ministeru/Dipartiment ma qabeż is-ceiling allokat għall-mobile marbut mall-pożizzjoni tiegħu.
Matul l-istess perjodu kien hemm sitt uffiċjali ta’ l-ADT li qabżu c-
ceiling
meta meqjus prorata mas-
ceiling
li jkopri is-sena kollha. S’issa għadhom ma ttieħdu l-ebda passi. Dan hu eżerċizzju li normalment isir bejn darbtejn u tlett darbiet fis-sena fejn l-uffiċjali kkonċernati jintalbu jagħtu spjegazzjoni u f’każ li din ma tkunx aċċettata, dawn l-uffiċjali jintalbu jirrifondu d-differenza. Ir-raġuni prinċipali tkun l-esiġenzi tax-xogħol.
Billi Villa Francija f'Ħal-Lija tħalliet lill-gvern ta' Malta biex isservi ta' residenza uffiċjali tal-Prim Ministru, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji hijiex se tintuża għal dan l-iskop? Jekk le, x'se jiġri mill-villa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Villa Francija f’Ħal Lija tħalliet lill-Gvern ta’ Malta biex jagħmel l-aħjar użu li tixraq lil din il-proprjetà storika u distinta. Bħalissa għaddej programm estensiv ta’ restawr ta’ din id-dar bl-iskop li:
- Tiġi restawrata u preservata bħala parti mill-patrimonju Malti;
- Tkun tista’ tiġi wżata għall-funzjonijiet uffiċjali u attivitajiet oħra li jixirqu lil dan il-post.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — N.I. contributions
Question
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24345 u jgħid: Fil-preżent kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus li għandha titħallas lill-Inland Revenue għall-ħlasijiet tal-bolla tal-N.I.?
Jista' jagħti breakdown ta' kumpanniji u self-employed separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet flus Malta matul l-2006 mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp fuq proġetti sabiex tiġi riabilitata s-sistema idroloġika tal-gżejjer tagħna għal Malta u Għawdex separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li għandhom 'l fuq minn 75 sena li bdew jieħdu l-pilloli Liscal 40-20mg u Zocar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' pazjenti li għandhom 'l-fuq minn 75 sena li nħarġilhom permess għal Statin mid-9 ta' Novembru 2006 sal-lum huwa ta' 1164.
1026 -il permess inhareġ mill-Medicines Approval Section fl-isptar San Luqa, Malta u 138 -il permess inħareġ mill-Ispiżerija ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Dawn il-figuri ġew ibbażati fuq in-numru tal-karta ta' l-identita' tal-pazjenti.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern qiegħed jagħmel f'Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, il-Marsa, Sta. Luċija u Ħal Għaxaq u liema huma proġettati li se jibda x-xogħol fuqhom sa l-aħħar ta' din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-toroq li qiegħed jagħmel il-gvern fl-irħula imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huma:-
Ħal Għaxaq
- Triq Tal-Millieri u Triq it-Tilliera qegħdin isiru bħalissa.
- Triq Dwardu Buttigieg ser issir matul din is-sena.
Paola
- Triq id-Durrgħajsa għaddej ix-xogħol bħalissa
- Triq it-Tfief
- p/o San Alwiġi hija lesta u l-parti l-oħra ser tibda fi ftit ġimgħat ieħor
- Triq Tarxien
Tarxien
- Triq L-Arkata Normanna - ix-xogħol ser jibda fil-ġranet li ġejjien
- Paola Road għadha kemm tlestiet
Marsa
- Dalwaqt ser jibda x-xogħol fuq Triq il-Qaddiefa u Triq it-Tiġrija.
Gudja
- Dawret il-Gudja u p/o Triq Dun K Farrugia għadhom kemm tlestew
- p/o Triq Dun K Farrugia hija lesta, il-kumplament tat-Triq qiegħed isir ix-xogħol fuqha
- Triq il-Miġra ix-xogħol għaddej
Santa Lucija
- Fi Triq Dawret it-Torri għaddej ix-xogħol u
- Triq Oleander
Fil-programm imħabbar xi xhur ilu, hemm toroq oħra f'dawn l-irħula li jridu jsiru u l-program tagħhom jitħabbar aktar il-quddiem.