Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25071 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Serq

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul April 2007?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul April ta’ l-2007, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 35 każ ta’ serq li f’14 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Hold up6 Pick Pocketing16 Snatch & grab12 Serq minn dgħajjes2 Serq ta’ dgħajjes3 Serq ta’ karozzi24 Serq minn karozzi152 Serq minn residenzi42 Serq minn barijiet/lukandi20 Serq minn xtajtiet2 Serq minn fabbriki4 Serq minn ħwienet14 Serq ieħor270

Reati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul April 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul April 2007?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul April ta’ l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 55 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Against morals/honour – family4 Arson11 Attempted offences64 Bodily harm84 Computer misuse5 Damage227 Drugs21 Forgery4 Fraud8 Illegal immigration9 Infanticide/abandon of child2 Perjury/false swearing1 Prostitution8 Sexual offences3 Theft567 Threats and private violence4 Violence against public officers5

Korp tal-Pulizija — Riżenja ta' membri

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2006 u bejn Jannar 2007 u April 2007? Jista' jikkategorizza bejn rank u ieħor?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp li rriżenjaw matul is-sena 2006 u bejn Jannar u April ta’ l-2007 hu kif ġej:- PSPCWPC 2006184 2007-31

Korp tal-Pulizija — Għoti ta' warrant

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni biex jassigura li s-surġenti tal-Korp tal-Pulizija li ggradwaw b'dottorat tal-liġi u li ngħataw il-warrantbiex jipprattikaw bħala avukati fil-Qrati jingħataw il-grad ta' spettur mingħajr żieda fl-irbit kuntrattwali aktar minn dak li kienu oriġinarjament marbutin bih meta kienu ssieħbu fil-kors tal-liġi snin ilu?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sejħa li kienet ħarġet fl-2000, kif ukoll f'dawk preċedenti, sabiex membri tal-Korp jiġu sponsorjati sabiex isegwu kors fil-Fakulta' tal-Liġi, qatt ma kien speċifikat li wara li wieħed jiggradwa, ikun awtomatikament intitolat għal xi promozzjoni. Il-kors ta' l-Ispetturi huwa strutturalment differenti minn dak li wieħed isegwi sabiex jikseb grad akkademiku mill-Fakulta' tal-Liġi. Dan il-kors jinkludi fih suġġetti oħra importanti fosthom, l-investigazzjonijiet tar-reati, proċedura amministrattiva relatata max-xogħol ta' spettur, leadership skills, prevenzjoni ta' kriminalita', kif ukoll it-tmexxija effettiva ta' l-għases u branki tal-korp. Għaldaqstant, u bħal ma sar fis-snin l-imgħoddija ma' applikanti li kienu ggradwaw mill-Fakulta' tal-Liġi, fosthom ukoll wieħed b'Dottorat, f'dan il-każ irid isir ukoll l-irbit kuntrattwali skond ma' kif tispeċifika s-sejħa għal applikazzjonijiet relattiva.

Korp tal-Pulizija — Postijiet vakanti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju jinsab il-proċess tas-sejħa biex jimtlew postijiet vakanti għal rank ta' spettur fil-Korp tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li issa li għalqu l-applikazzjonijiet għas-sejħa ta' postijiet sabiex jimtlew vakanzi fil-grad ta' Spettur tal-Pulizija, l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu eżaminati minn Bord ta' l-Għażla sabiex jiġi determinat li l-applikanti jissodisfaw il-kriterji mitluba fis-sejħa li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern Nru: 18,053 ta' l-20 ta' Marzu, 2007. Sussegwentament, wara dan il-proċess, mistenni jingħata bidu fil-futur qarib għall-eżami tal-Effiċjenza Fiżika.

Zebbugġ — Mdina Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tinbidel mera fi Mdina Road, Zebbuġ - ftit l-isfel mill-iskola St Dorothy, li tkisret minħabba l-irjiħat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ser isiru l-ispezzjonijiet meħtieġa sabiex din il-mera tkun tista' tinbidel.

Care and Repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-persuna mill-Fgura, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li meta kienet ser toħroġ is-sejħa għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita' tad-Djar ġiet infurmata mis-social worker tal-persuna ndikata li din il-persuna ma riditx li jsiru x-xogħlijiet għax bdiet tibża li ser ikunu ta' ħsara għal saħħitha u talbet li l-proċess jitwaqqaf. Minkejja l-intervent sussegwenti ta' ħu l-applikant biex jikkonvinċieħ biex ix-xogħlijiet isiru, l-applikant kien kontinwament ibiddel fehemtu jekk ix-xogħlijiet għandhomx isiru jew le. Ninsab infurmata wkoll li, sal-lum, l-Awtorita' tad-Djar għad ma għandiex risposta definittiva jekk l-applikant iridx li jsiru x-xogħlijiet.

Ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx ċilindri tal-gass ġodda matul is-sena 2006? Jista' jgħid jekk inxtarax xi apparat u makkinarju ieħor relatat mad-distribuzzjoni tal-gass matul l-2006? Jista' jgħid x'kienu u kemm kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2006 inxtraw 35,000 ċilindru tat-tnax il-kilo għas-somma totali ta’ 635,600 Euros jew Lm272,863. Fl-istess sena, inxtara ukoll apparat magħruf bħala palletizing plant għas-somma ta’ 139,200 Euros jew Lm59,759 biex tiżdied il-produzzjoni u fl-istess ħin tonqos it-tbatija għall-ħaddiema kif ukoll żewġ fork lifters għas-somma totali ta’ Lm36,946.

Sptar San Luqa — Testijiet ta' l-MRI u CT scans

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-MRI u CT scans fl-isptar San Luqa matul is-sena 2006? Kemm kien in-numru ta' l-istess testijiet li saru ġewwa kliniċi privati fuq pazjenti riferuti minn sptarijiet governattivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li t-testijiet tal-MRI u CT scans li saru fl-isptar San Luqa matul is-sena 2006 huma kif jidhru hawn taħt: - MRI 6110 - CT Scans 14, 503 In-numru ta' l-istess testijiet li saru ġewwa kliniċi privati fuq pazjenti riferuti minn sptarijiet governattivi huma kif jidher hawn taħt: - Clinic A 1 MRI and 43 CT scans - Clinic B 47 CT scans

Sptar San Luqa — Sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod b'postijiet fissi bħalissa fl-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' sodod maqsuma f' Day Beds u In-Patient Beds fl-isptar San Luqa u fl-isptar Mater Dei huwa kif jidher hawn taħt: St Luke's Mater Dei In Patient-Beds 859 sodda 804 sodda Day Beds 63 sodda 107 sodda

Pharmacy Technicians — Nursing / Paramedics Aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pharmacy technicians, nursing aides u paramedic aides maqsuma f'irġiel u nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej: Sptar Zammit Clapp Rgiel Nisa Pharmacy Technicians 0 0 Nursing Aides 4 50 Paramedic Aides 0 7 Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' Rġiel Nisa Pharmacy Technicians 1 0 Nursing Aides 121 54 Paramedic Aides 0 0 Sptar San Luqa Rġiel Nisa Pharmacy Technicians 2 5 Nursing Aides 176 81 Paramedic Aides 11 14 Sptar Monte Carmeli Sptar Boffa Dipartiment Kura Primarja Rġiel Nisa Pharmacy Technicians 26 40 Nursing Aides 122 42 Paramedic Aides 0 0

Ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambulanzi għas-servizz ta' l-Isptar San Luqa? Jista' jgħid ta' liema għamla huma u meta daħlu fis-servizz? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fuq it-tabella annessa. Ambulance Make Ambulance Model Registration No. Date of Purchase FIAT DUCATO GVN 468 2003 (NEW) FIAT DUCATO GVN 469 2003 (NEW) FIAT DUCATO GVN 470 2003 (NEW) FIAT DUCATO GVN 471 2003 (NEW) FIAT DUCATO GVN 036 1997 (NEW) FIAT DUCATO GVN 038 1997 (NEW) FIAT DUCATO GVN 232 1995 (NEW) FIAT DUCATO GVN 233 1995 (NEW) FIAT DUCATO GVN 234 1995 (NEW) FORD TRANSIT GVN 380 2000 (SECOND HAND FROM UK) FORD TRANSIT GVN 381 2000 (SECOND HAND FROM UK) FORD TRANSIT GVN 382 2000 (SECOND HAND FROM UK) FORD TRANSIT GVN 386 2000 (SECOND HAND FROM UK) Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma — Skont

Question

Tista' l-Ministru tgħid min hu intitolat biex jibbenefika minn skont fil-kontijiet ta' l-ilma u tad-dawl u x'inhi l-proċedura li tkun segwita biex wieħed jibbenefika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Avviż Numru 384 ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern fl-20 ta’ April 2007, li tiegħu qed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar — Refuġjati

Question

Tista' l-Ministru tara hemmx xi possibilita' li l-familja ta' ħames persuni li kienet refuġjata mill-Marsa, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, u li issa għandhom ċittadinanza Maltija u qed jgħixu f'kamra tas-sodda waħda, bir-raġel ma jaħdimx, jieħdu post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma oħrajn simili.