Jista' l-Ministru jwieġeb it-tagħrif mitlub fil-kumplament tad-domanda parlamentari 25428?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma teżistix kategorija ta’ bottle shops per se. Fil-fatt jeżistu
i) Kategorija ta’ ħwienet li jbiegħu xorb (inkluż dak alkoħoliku)bl-imnut u bl-ingrossa fejn ix-xorb ma jiġix ikkunsmat fuq il-post.
ii) Kategorija ta’ ħwienet fejn ix-xorb jiġi kkunsmat fil-post
Qabel is-sena 2002, il-liċenzja għal dawn iż-żewg kategoriji kienu jinħargu mill-pulizija. Mis-sena 2002 ‘l hawn il-liċenzji għall-ħwienet ta’ l-ewwel kategorija bdew jiġu proċessati mit-Trading Licensing Unit fi ħdan id-Diviżjoni għall- Kummerċ filwaqt li tat-tieni kategorija bdew jinħargu mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA).
Dan ifisser li ma kienx hemm kategorija li kienet mad-Divizjoni tal-Kummerc u marret mal-MTA. Imma kien hemm zewg kategoriji waħda marret għand id-Diviżjoni tal-Kummerċ u waħda marret għand l-MTA kif spjegajt aktar qabel.
2. Rekwiżiti
A) Rekwiżiti mid-Diviżjoni għall-Kummerċ għall-applikazzjoni ta’ kategorija ta’ ħanut fejn ix-xorb ma jiġix ikkunsmat fuq il-post:
i) Dettalji tal-applikant u tal-post;
ii) Ċertifikat tas-Sanita’;
iii) Ċertifikat tal-MEPA;
iv) Pjanta tal-post bil-metri kwadri;
v) Kuntratt tal-kera jew rċevuta ta’ l-aħħar kera (meta l-post ikun mikri)
vi) Ħlas tal-liċenzja
B) Rekwiżiti mill-MTA għall-Kategorija ta’ ħanut fejn jiġi kkunsmat alkoħol fuq il-post;
i) Dettalji tal-applikant u l-post;
ii)
Site plan
u
layout plan
;
iii) LM20 application fee;
iv) Il-kunsens tad-Dipartiment tal-Artijiet jekk il-post hux qiegħed fuq proprjeta’ tal-Gvern u kopja tal-
Memorandum and Articles
Jekk l-informazzjoni tiġi meqjusa aċċettabli mill-MTA jiġu mitluba wkoll:
v) MEPA permit
vi) Ċertifikat ta’
Food and Drinks handler
vii) Ċertifikat mis-Sanita’ tal-Proprjeta’
viii) Ċertifikat mid-
Drainage Department
viiii) Indikazzjoni tal-esperjenza fis-settur
Jista' jiġi vverifikat jekk is-saqaf ta' fuq l-appartament, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux bżonn li jingħata l-membrane peress li qed jidħlu ħafna ilmijiet u jagħmlu ħsara lis-saqaf u l-ħitan tal-familja li tgħix hemm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25430 u jikkonferma jekk il-parti ta' Triq San Pawl fl-Imġarr li qiegħda ssir bħalissa hijiex tinbena fuq il-linja t-tajba peress li tidher li qiegħda toħroġ 'il barra mil-linja tat-triq eżistenti??
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Peress li Trejqet l-Andar fiz-Żebbuġ Għawdex tinsab fi stat ħażin ħafna u għadha torba b'inkonvenjent kbir għar-residenti tat-triq, tista' l-Ministru tgħid meta ser tiġi asfaltata din it-triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol fuq din it-triq huwa ppjanat li jsir aktar tard matul din is-sena.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 23633 li saret fis-7 ta' Frar, 2007 u li sa issa għadha ma ġiet mwieġba, tista' l-Ministru twieġeb id-domanda?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija jif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita — Karozza tal-Ministeru
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozza tat-tip Jaguar tal-ministeru hix mikrija jew mixtrija? Jekk mikrija, mingħand min mikrija u b'liema rata kuljum hi mikrija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-karozza tat-tip Jaguar tal-Ministeru inxtrat fit-23 ta' Awissu 2001.
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-ispecialised tools li hemm fil-kaxxi ta' l-iskola ta' l-arti u l-artiġjant Wistin Camilleri mhux qed jitpoġġew a dispożizzjoni ta' l-istudenti biex ikunu jistgħu jużawhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ispecialised tools li hemm fil-kaxxi ta' l-iskola ta' l-Arti u Artiġjanat, Wistin Camilleri, hu apparat ġdid mixtri sabiex jitwaħħal u jiġi wżat mill-istudenti fil-wing il-ġdida. Dan l-apparat qed jiġi temporanjament maħżun ġewwa l-iskola sabiex ma tiġrilux ħsara.
Issa li ġiet fis-seħħ is-sistema ta' CVA u ż-żona pedonali fil-Belt, jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li minnhom wieħed jista' jidħol u joħroġ mill-Belt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24354 u jelenka skemi/inċentivi/sussidji offruti mill-Malta Enterprise lill-imprendituri Għawdxin; jgħid kemm ilhom viġġenti dawn l-iskemi/inċenvitivi/sussidji u kemm ibbenefikaw f'dawn l-aħħar ħames snin minn kull skema/inċentiv/sussidju?
Response (GATT, AUSTIN)
L-iskemi kollha pubblikati taħt il-Business Promotion Act kif ukoll skemi oħrajn pubblikati taħt liġijiet differenti huma kollha applikabli għal Għawdex.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24352 u 24440 jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm crew tal-Gozo Channel li telaq f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid meta u jekk il-post vakant reġgħex ġie mimli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar sentejn, mill-ewwel ta’ Marzu 2005, il-membri tal-crew li ħallew il-Kumpanija (bejn riżenji, irtirar jew terminati), kienu:-
Gradi
Numru
Kaptana
4
Chief Officers
1
Chief Engineers
3
2nd Engineers
3
Bosuns
2
Seamen
5
Customer Service Officers
1
Motorman
1
20
F’dak l-istess żmien ġew impjegati erba’ (4) Chief Officers (wieħed f’Ġunju 2006, tnejn f’Ottubru 2006, u wieħed fi Frar 2007) u erba’(4) Enġiniera (wieħed f’Novembru 2005 u tlieta fi Frar 2006).
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dħul mit-tariffa ta' CVA hux se jinqasam bejn il-kuntrattur li jipprovdi s-sistema, il-Kunsill Lokali tal-Belt u l-gvern? Min hu l-kuntrattur li qiegħed iħaddem din is-sistema? F"liema persentaġġi se jinqasam dan id-dħul?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tivverifika għaliex il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament u li t-tnejn huma pensjonanti ma ngħatawx il-formola għas-sussidju fuq is-surchargetal-kontijiet ta' l-elettriku u l-ilma? F'każi fejn bi żvista ma jintbagħtux l-applikazzjonijiet, minn fejn tista' persuna tiġbor l-applikazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuni ndikati mill-Onor. Interpellant ġew infurmati bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħhom.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, l-applikazzjoni tista' tinġabar minn xi wieħed mill-uffiċċji distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jew mit-Taqsima tal-Customer Care fl-Uffiċċju Ċentrali l-Belt jew billi wieħed iċempel SPIC fuq numru 159.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25518, jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq it-Taħħan u Triq iz-Zahar f'H'Attard?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq it-Taħħan f’Ħ’Attard ser jibda x-xogħol fiha fil-ġranet li ġejjin.
Rigward Triq iż-Żahar, l-Awtorita’ dwar it-Trasport qed tipprepara il-proċeduri meħtieġa biex issir
expropriation
, ħalli t-triq tkun tista’ titwessa’ qabel ma tinkesa bit-tarmak.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni li jkun lest ir-rapport tal-kumitat li twaqqaf apposta biex jistudja u jirrikmanda tibdil fir-regolamenti tad-divertiment wara l-mewta traġika ta' tfajla lejliet l-ewwel tas-sena ta' sentejn ilu? Kemm-il darba ltaqa' s'issa dan il-kumitat?
Response (BORG, TONIO)
M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li jiena tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24010.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet globalment permezz tal-cameras tat-traffiku minħabba sewqan eċċessiv? Jista' jelenka kemm ħarġu ċitazzjonijiet min kull camera tat-traffiku fl-istess żmien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni miżmuma mill-ADT hija amalgamata f’distretti kif muri hawn taħt:
Distrett Nru ta’ ċitazzjonijiet (minn Ġunju 2005 sa Marzu 2007)
Sliema 31,574
Qormi 12,695
North 3,503
B’Kara 358
Total 48,130
Id-distrett ta’ Sliema jikkonsisti f’żewġ
cameras
ġo
Regional Road
(li bħalissa qed tiffunzjona waħda biss ħabba x-xogholijiet li qed isiru fuq il-pont) u
camera
oħra ġo Pembroke.
Fid-distrett ta’ Ħal Qormi hemm 4
cameras
; 2 ġo Mriehel
By-Pass
u 2 ġo Ħaż Żebbuġ.
In-
North District
jinkludi
camera
waħda li qabel kienet installata ġox-Xemxija u llum-il ġurnata qeda nsallata ġo Burmarrad.
Id-distrett ta’ B’Kara jinkludi biss
camera
waħda li hemm ġo Ħ’Attard.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħħlu flus minn ċitazzjonijiet mogħtija minn wardens għall-ksur tar-regolamenti tat-traffiku fis-sena sħiħa 2006? Jista' jgħid kemm daħħlu flus s'issa fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kemm għal 2006 u kemm fl-ewwel erba' xhur tas-sena kien id-dħul minħabba sewqan eċċessiv wara li nġibdu ritratti bil-cameras tat-traffiku?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif jinqasmu l-flus li jinġabru minn ċitazzjonijiet mogħtija mill-wardens jew minn dawk mogħtija wara ritratti meħuda mill-camera tat-traffiku minħabba sewqan eċċessiv?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix tariffa minima nazzjonali dwar kemm għandhom jitħallsu għalliema li jaħdmu part-time kemm ma' l-Istat, mal-Knisja u mal-iskejjel indipendenti? Din it-tariffa hija għall-iskejjel kollha inkluż dawk li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin, l-ħjata, hairdressing, etc?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-materja hi regolata mill-Ordni tal-Kunsill tal-Pagi għall-Iskejjel Privati li jirregola l-Pagi u li hija applikabbli għall-teachers part-time li huma mpjegati fl-iskejjel kollha, barra minn dawk l-iskejjel imwaqqfin u mmexxijin mill-Gvern Malti jew l-Universita’ ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika s'issa kemm kien hemm ilmenti minn ġenituri kontra għalliema fl-iskejjel tal-Istat? Jista' jgħid dwar x'hiex kienu l-ilmenti? Kemm minn dawn l-ilmenti kienu ppruvati u x'passi ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul din is-sena kien hemm ilment wieħed anonimu bil-miktub dwar għalliema fl-Iskejjel ta' l-Istat. Dan il-każ kien ġie riżolt xhur qabel ma sar l-istess ilment.