Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?
Response (FRENDO, MICHAEL)
In-nefqa globali fuq telefonati minn linji fissi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħi inklużi l-Ambaxxati u l-Konsolati kollha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet ta' Lm 19,841.66 li jinqasmu: Lm 6,214 mill-Ministeru, Lm 13,448.37 mill-Ambaxxati u Konsolati u Lm 179.29 mill-Forum Malta fl-Ewropa.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma sarux tiswijiet fis-sistema tad-drenaġġ tar-residenti li joqogħdu fi Triq Ċensu Busuttil il-Fgura? Peress li r-residenti li joqogħdu fi Triq ir-Rihan ilhom għal dawn l-aħħar tlett snin ibatu l-konsegwenzi ta' dawn il-ħsarat minħabba li d-drenaġġ qed ifur fil-bjar tad-djar tagħhom, jista' jgħid meta se jibda x-xogħol biex tissewwa l-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed tagħmel investigazzjonijiet u xogħolijiet relatati fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Ċensu Busuttil, u Triq Rihan, Fgura.
Dawn jinkludu tindif tal-mains biex jitkompla is-CCTV survey, kxif ta’ manholes li tgħattew bit-tarmak, kif ukoll investigazzjonijet minn naħa tas-Sanita’.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-Air Malta għażlet li tingaġġa inġinier barrani fl-istess taqsima fejn telqu inġiniera Maltin bi skemi ta' early retirement? Tagħmel sens li l-ewwel tinkoraġixxi lin-nies jitilqu biex imbagħad tpoġġi ħaddiem barrani minflokhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hijiex prattika normali li persuna li tkun ħallset provisional tax żejda minflok tieħu refund tara li l-flus li tkun ħallset żejda jmorru sabiex tħallas penali dovuti lill-gvern fil-qasam tat-taxxi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-gvern jintroduċi kindergarten studies diploma courses u jekk iva, meta mistenni jsir dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kors li jwassal għall-MCAST BTEC National Diploma in Early Years ilu jiġi offrut mill-2003 b'kollaborazzjoni sħiħa mad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex policy aċċettabbli li general handfi skola tal-gvern jintlab jagħmel xogħol li normalment isir minn nies tas-sengħa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond il-job description tagħhom General Hands governattivi għandhom id-dover li :
jippreparaw materjal jew is-sit tax-xogħol
inaddfu s-sit wara li jitlesta x-xogħol
iħejju għal xogħol ta' plastering
jgħinu fi tqegħid ta' madum
jizbgħu għamara
jagħmlu xogħol ta' tiswija u manutenzjoni
jieħdu ħsieb pjanti, siġar, arbuxelli, eċċ
Jistgħu jitqabbdu jaħdmu wkoll u jieħdu ħsieb makkinarju taħt id-direzzjoni ta' Senior Operative jew Tradesman u jagħmlu tiswijiet u manutenzjoni normali ta' bini.
General Hands jistgħu jitqabbdu jagħmlu wkoll xogħol ġenerali ta' tindif, bħal ħasil ta' art, tindif ta' twieqi u għamara u tindif ta' toilets, kċejjen u canteen areas, jaraw li jkun hemm il-ħtiġijiet fil-kċejjen, iservu refreshments lill-istaff u vizitaturi u jagħmlu xi qadi.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema loġika ġiet stabbilita s-sistema li meta skola tal-gvern tuża s-servizzi tal-ġardinara tal-ministeru ta' l-edukazzjoni, apparti milli jkollha tħallas għad-diesel ikkunsmat mid-dipartiment konċernat ikollha wkoll tieħu ħsieb tnaddaf il-fdalijiet tas-siġar li jinżabru fil-grounds ta' l-iskola, għaliex il-ġardinara tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni mhumiex attrezzati biex jagħmlu dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-sistema li tapplika d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni dwar s-Sezzjoni tal-Ġardinara titlob lill-iskola konċernata l-ħlas lura tad-diesel ikkunsmat mill-inġenji uzati mis-Sezzjoni fis-servizzi li tkun tagħat lill-iskola. L-iskola tintalab ukoll tħallas għall-kiri ta' skip biex tiddisponi mit-tindif tal-biċċiet tal-pjanti li jkunu ġabru l-istess ġardinara. Informat ukoll li n-nefqa biex isir dan, isir mill-Maintenance Grant li tingħata lil kull skola mill-istess Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kull sena.
Billi ċ-ċint li hemm faċċata ta' Triq Ugo Carbonaro, San Ġwann mhuwiex għoli skond il-liġi f'dawk li huma filati u qiegħed jintuża spiss bħala rubbish dump, jistgħu jittieħdu passi mmedjati kontra s-sidien privati ta' din l-art sabiex jikkonformaw mal-liġi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Membru jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali rispettiv ħalli tiġi użata l-proċedura li ġiet stabbilita mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) f’każijiet bħal dawn.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tal-VAT?
Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandu l-ebda arranġamenti sabiex jitħallsu l-arretrati tal-kontijiet tal-VAT. Dan peress li m’hemm l-ebda provvediment fl-Att tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ta’ l-1998 li jippermetti li dan iseħħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni nfettati bl-H.I.V. u kemm għandhom eta' u kemm persuni f'Malta mietu bl-Aids?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet ta' HIV bejn l-2004 u Marzu 2007, li jinkludu l-gruppi ta' etajiet li jaqgħu taħthom dawk milquta, huma kif jidru fit-tabella hawn taħt:
Sena
Gruppi ta' etajiet
0 - 9
10 - 19
20 - 29
30 - 39
40 - 49
50 - 59
60 - 69
70 - 79
80+
N/A
2004
5
1
1
8
2005
2
2
3
1
8
2006
1
4
8
4
2
6
2007
1
1
1
Fil-perjodu stipulat il-każijiet ta' mwiet minħabba l-AIDS huma kif jidhru hawn taħt:
Sena
Numru ta' imwiet
2004
2
2005
1
2006
5
2007
-
Jista' l-Ministru jgħid kemm ommijiet welldu wlied ġewwa l-isptar San Luqa b'unknown father u kemm kellhom eta' dawn l-ommijiet, għas-snin 2005, 2006 u 2007 s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar l-Obstetrika (NOIS) ma tiġborx informazzjoni dwar unknown fathers.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti ġewwa l-isptar San Luqa matul l-2005, l-2006 u l-2007 s'issa u kemm hemm fuq il-waiting list?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond is-surgical Operations Register ta' l-isptar San Luqa n-numru ta' operazzjonijiet ta' kataretti reġistrati għal matul is-snin 2005, 2006 u l-2007 huwa kif jidher hawn taħt:
Sena
Numru ta' Operazzjonijiet
2005
1104
2006
1094
Jannar - Marzu 2007
331
In-numru ta' pazjenti fuq il-waiting list bħalissa huwa 4,544.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani fuq il-waiting list biex jidħlu fir-residenza San Vincenz de Paule jew f'xi dar ta' l-anzjani tal-gvern, separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani li qegħdin fuq il-waiting list huwa kif ġej:
Djar tal-Anzjani
1,225
San Vinċenz de Paul
544
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li diġa' applikaw biex jidħlu fid-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa? Minn liema lokalita' huma u kemm applikaw għad-day centre?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sa ftit ta' żmien ilu, fuq l-applikazzjoni għad-dħul ġewwa djar tal-anzjani tal-Gvern ma kinitx inkluża l-opportunita' li wieħed juri preferenza li jidħol fid-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa. Kien biss f'dawn l-aħħar jiem, minn mindu beda x-xogħol fuq din id-dar, li din il-preferenza bdiet tiġi offruta u s'issa kien hemm żewġ applikazzjonijiet. Madankollu wieħed ma jistax jeskludi li hemm oħrajn li kienu diġa applikaw u li jistgħu jesprimu l-preferenza tagħhom għal din id-dar. Dawn tal-aħħar jiġu wkoll ikkunsidrati.
Dwar iċ-ċentru ta' matul il-jum, l-applikazzjonijiet jiġu milqugħa ftit qabel dan iċ-ċentru jibda jopera.
Jikkonferma l-Prim Ministru illi ċertu computers fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika ilhom xhur bil-ħsara? Kemm għamlet kollettivament overtime t-technical section ta' l-Istatistika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Rigward it-tieni parti, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jiċċara għal liema sezzjoni qed jirreferi peress li ma teżistix technical section fl-Uffiċċju ta’ l-Istatistika.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab bid-drenaġġ ifur u ma tistax tkompli għaddejja b'din is-sitwazzjoni? Tista' tittieħed azzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għaddiet il-każ imsemmi mill-Onor Interpellant lill-Awtoritajiet tas-Sanita’ biex dawn jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom fuq house connection privat billi jidher li dan hu l-kawża tal-problema.
Jista' l-Ministru iwieġeb mistoqsija parlamentari 24850 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjenti u li issa ġiet riferuta lilu, peress li l-ground tal-Luxol qed joħloq inkonvenjent ta' ħsejjes għar-residenti ġirien tiegħu f'Pembroke jistgħu jiġu rikkmandati li jittieħdu passi li jnaqqsu jew itaffu dawn il-ħsejjes?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ground tas-St. Andrews huwa amministrat mill-kumitat tal-klabb tas-St. Andrews Luxol, għaqda mhux governattiva u dettalji dwar l-ilmenti tal-ġirien għandhom jiġu diretti lill-klabb ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 24806 u 24631 u 25433 u jgħid matul is-sena 2006 liema proġetti f'Malta u Għawdex saru b'fondi (in parti jew totali) ta' l-Urban Improvement Fund tal-MEPA? Liema proġetti se jiġu ffinanzjati minn dan il-fond matul is-sena 2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba tidher hawn taħt:
Ħlasijiet mill-fond UIF mindu beda s'issa
Lokalitá
Proġetti Approvati
MARSA
Trasferiti lill-Awtorità dwar it-Trasport (sehem minn spejjeż ta’ xogħol fi Triq Ħal Saflieni, Luqa)
MSIDA
Triq G. DeBono: skavar ta' gandott u kisi b'hot tarmac għal kejbil tad-dawl
NADUR
Manutenzjoni ta’ Triq San Blas
PAOLA
Manutenzjoni u bini ta’ parking spaces konessi ma’ Triq il-Belt Valletta
Il-kumplament ta’ l-informazzjoni għall-mistoqsija qiegħed jinġabar.