Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għadha ma ġietx trattata wara dan iż-żmien kollu? Jista' jindaga u jara x'inhi r-raġuni li dan il-file partikolari huwa ndikat bħala mitluf? Jekk jirriżulta li fil-fatt dan il-file ġie mitluf, jista' jgħid x'rimedju se jingħata lill-applikant li kien jissodisfa l-kriterji biex jieħu l-għajnuna u sal-lum għadu ma rċeva xejn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dwar din l-applikazzjoni għajnuniet taħt il-Loans and Grants Commission mhux permissibbli u qegħda tiġi kkunsidrata għajnuna oħra 'state aid' li hi konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea. Mhuwiex minnu li l-fajl mitluf, u rrid inżid li taħt il-Pre-accession Aid Programm l-applikant irċieva b'kollox Lm5,000 fl-Lulju 2004.

Ta' Xbiex

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li fi Triq Sir Ugo Mifsud, Ta' Xbiex hemm ħanut li kien qiegħed jintuża għal skopijiet ta' prostituzzjoni u issa qiegħed għal permess ta' studio flats? Għal finijiet fejn il-gvern għamel ħafna affarijiet biex il-post jitnaddaf, jista' jara li dawn il-flats ma jibqgħux jintużaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni organizzata u r-residenti jkunu jistgħu jirritornaw għall-ħajja normali f'darhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija ma jirriżultax illi l-fond imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed jintuża għall skop ta' prostituzzjoni.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jinfurmani jekk il-miżura mħabbra fil-budget tal-pensjonijiet, cioe' dwar dawk li jirċievu żewġ pensjonijiet u allura kien ikollhom xi tnaqqis, tinkludix l-pensjoni lokali tal-pulizija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-miżura mħabbra fil-Budget għal din is-sena, fejn ser jiġu njorati €465.87 mill-pensjoni tas-servizz fil-kalkolu tal-pensjoni tas-sigurta' soċjali, tapplika wkoll għall-pensjonijiet tas-servizz mħallsa lill-ex pulizija.

Pelican Lights

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1525, 1683, 7497 u 11344 dwar każ ta' pelican lights f'San Gwann filwaqt li ġie nnotat b'sodisfazzjon li dan ix-xogħol ġie approvat, jista' l-Ministru jagħti ħjiel meta sa fl-aħħar dan ix-xogħol ser isir u b'hekk iserraħ moħħ ir-residenti ta' l-inħawi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Liġi tal-Health and Safety

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29211 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Liġi tal-health and safety

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29212 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartimenti li fihom sar risk assessment huwa kif indikat hawn taħt - fil-każi l-oħra, għalkemm jien infurmat li ma kienx hemm ilmenti f'dan ir-rigward, tali assessments se jsiru fil-futur qarib. F'dan l-istadju ma nħossx li kopja ta' l-assessments li saru s'issa għandhom jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Permanent Secretariat (House of Catalunya) Land Registry / Public Registry / Passport Office / Probation Services Citizenship & Expatriates Civil Protection Government Property Division (Auberge de Baviere) Local Government Courts of Justice Division Office of the Attorney General.

Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29136 u jgħid kemm hemm karozzi tal-kiri fi ħdan il-ministeru u awtoritajiet li jaqgħtu taħtu? Minn min huma mikrija dawn il-karozzi u x'inhi r-rata tal-ħlas għal kull ġurnata? Kemm ilhom li ngħataw dawn il-kuntratti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista ta' karozzi tal-kiri.

Skanska

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 28829, 28950 u 29205 u jgħid jekk Skanska tħallsitx l-ammont kollu dovut lilha fuq il-Mater Dei mill-kuntratt iffirmat? Jikkonferma li r-retention money tħallset ukoll? Meta sar il-handing over ta' l-isptar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Skanska għadha ma tħallsitx l-ammont kollu dovut lilha fuq il-Mater Dei mill-kuntratt iffirmat. L-ebda ammont tal-garanzija bankarja li ġiet provduta mill-SMJV bħala garanzija tar-‘retention money’, ma ġiet rilaxxata sal-lum. Il-handing over ta’ l-isptar sar fit-28 ta’ Ġunju 2007.

Programmi ta' taħriġ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28742 u għall-fatt li Lm17.7 miljun ġew allokati għall-programmi ta' taħriġ li ġew allokati għalihom l-istess fondi, jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29207 u jgħid kemm inħolqu mpjiegi full time bħala riżultat ta' l-istess taħriġ min kienu l-entitajiet jew aġenziji privati u jew pubbliċi li mplimentaw dawn l-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Fondi mill-UE

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28742 jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29208 u jgħid kif intnefqu u f'liema proġetti ġew vvotati/usati s-somma lump sum ta' aktar minn Lm112 miljun li sal-lum Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-somma lump sum ta’ Lm112 miljun hija kumpens għal baġit li ġiet trasferita fil-vot tad-dħul tal-Gvern, u liema somma m’hi abbinata ma l-ebda proġett.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk x-xogħol ta' maintenance fuq il-bini u l-equipment ta' l-isptar Mater Dei ingħatax lill-kuntratturi privati? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-valur ta' dan il-kuntratt fis-sena u lil min ngħata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi li taħtu taqa' il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS).

Sptar Mater Dei — Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-parkeġġ fl-isptar Mater Dei ngħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv lil min ingħata u kemm inkera għal kull sena? Kemm hemm parking slots f'dan il-parkeġġ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi li taħtu taqa' il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS).

Sptar Mater Dei — Security

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol ta' security fl-isptar Mater Dei ngħatax lill-privat? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata u kemm hu stmat li jiswa dan il-kuntratt kull sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #29306 Sitting 603 2008-01-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Decompression chamber

Question

Tista' l-Ministru tgħidli meta huwa mistenni li tibda titħaddem d-decompression chamber li kienet ġiet inawgurata kważi sena ilu? X'jonqos isir biex tibda titħaddem?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li biex id-Decompression Chamber tibda' tithaddem jonqos biss li jkun hemm tobba imharrga f'dan il-qasam. Wara li hargu applikazzjonijiet ghat-tobba li gew konkluzi, bhalissa qed isiru preparamenti biex jinghata t-tahrig mehtieg. Dan it-tahrig mistenni li jinghata fil-bidu ta' Frar 2008.

Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħidli kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 'l hawn ma' dipartimenti, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet oħra tal-Gvern f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #29310 Sitting 603 2008-01-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġett taz-Zewwieqa

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsijiet parlamentari 25885 u 27518 dwar il-proġetti taz-Zewwieqa, tista' l-Ministru tgħid: meta hu mistenni li terġa' toħroġ t-tender għad-disinn tal-proġett u x'xogħol sar s'issa fuq dan il-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma hux mistenni li terga' tohrog offerta ghad-disinn ghall-progett taz-Zewwieqa u li sa issa kompla jigi zviluppat disinn mill-periti tad-Dipartiment ghall-Progetti u Zvilupp, ibbazat fuq l-ahjar sottomissjonijiet tal-offerti. Barra minn hekk saru xi konsultazzjonijiet ma' diversi entitajiet, saru testijiet fuq is-sit, nharget offerta ghal Economic and Financial feasibility Study u giet sottomessa applikazzjoni lill-MEPA.
Leg 10 PQ #29312 Sitting 603 2008-01-07 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Fondi

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 27550 dwar il-proġetti ta' Triq tax-Xlendi u tat-Triq ta' Pinu u wkoll l-immodernizzar tas-sala ta' l-operazzjonijiet u tar-radiology unit, tista' l-Ministru tgħidli: X'xogħol sar s'issa fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti? Meta mistennija joħorġu t-tenders dwar kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xoghol konness mal-ippjanar ta' dawn il-progetti kif ukoll it-tenders taghhom gew ippreparati. It-tenders johorgu meta dawn il-progetti jigu approvati mill-Project Selection Committee u mill-Cabinet.

Anzjana — Xogħlijiet fid-dar

Question

Tista' l-Ministru tikkunsidra l-applikazzjoni ta' l-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba raġunijiet soċjali u ta' saħħa li għandha din il-persuna li jkomplu jżidu l-bżonn ta' l-għajnuna mill-Awtorita' tad-Djar għal xogħlijiet fid-dar ta' din l-anzjana?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma tistax tiġi aċċettata peress li l-persuna konċernata ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti ta’ l-iskema relevanti.