Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema mill-garaxxijiet li hemm fi Triq San Pawl, Bormla, li s-sid tagħhom hu l-Gvern u/jew l-Uffiċċju Konġunt, huma vojta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-garaxxijiet/ħwienet li hemm fi triq San Pawl Bormla huma tal-Gvern u huma kollha mikrija.
Tista' l-Ministru tgħid meta hi mistennija li ssir l-ispezzjoni f'fond f'Haz-Zabbar li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tkun infurmata meta tiġi stabbilita d-data għall-ispezzjoni li għamel referenza għaliha fil-Mistoqsija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twieldu trabi barra miż-żwieġ, sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum f'Malta u Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju ta’ l-Istatistika, in-numru ta’ trabi li twieldu barra miż-żwieġ bejn is-sena 2000 u s-sena 2005 kien kif muri hawn taħt:-
SenaNumru
2000464
2001499
2002569
2003678
2004744
2005779
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24828 u jgħid mill-bidu tas-sena 2006 sal-lum meta mexxa delegazzjonijiet ministerjali barra l-pajjiż f'pajjiżi oħra fejn mat-tirx dirett l-Air Malta, jista' jgħid minn fejn inqatgħu l-biljetti ta' l-ajru tiegħu, kif intgħażlet l-aġenzija ta' l-ivjaġġar konċernata u x'kien il-prezz tal-biljett ta' kull vjaġġ speċifiku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nagħmel referenza għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru 24828.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu trabi mat-twelid mis-sena 2000 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul is-snin 2005 - 2006 ġew irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet 105 trabi li twieldu mejta (stillbirths). Perinatal deaths jinkludu trabi li twieldu mejta u trabi li mietu matul l-ewwel ġimgħa ta' ħajja. Minn dawn kien hemm 194 imwiet. 147 trabi mietu matul l-ewwel sena ta' ħajja (infant deaths) u minn dawn 118 mietu matul l-ewwel xahar ta' ħajja (neonatal deaths). Dawn il-figuri jinkludu trabi li jiżnu 500gr jew aktar. In-numru ta' mwiet sena b'sena huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Year
Fetal deaths
(stillbirths)
Perinatal deaths
Neonatal deaths
Infant deaths
2000
16
32
23
26
2001
20
30
12
17
2002
20
36
20
22
2003
16
34
20
22
2004
15
27
17
23
2005
8
21
17
23
2006
10
14
9
14
Total
105
194
118
147
Fetal / Perinatal / Neonatal and Infant deaths weighing 500gr and over during 2000 - 2006.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu mar-Roads Department li għamlu jew qed jagħmlu xogħol ta' toroq għas-snin 2005, 2006, 2007? Kemm tħallsu u kemm jonqos jitħallsu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni f'Malta u Għawdex mietu bil-marda tal-kanċer matul is-sena 2007 u kemm kellhom eta'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hemm 156 -il persuna li mietu bil-marda tal-kanċer matul is-sena 2007 s'issa, f'residenti ta' Malta u Għawdex, skond iċ-ċertifikati li waslu fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. L-etajiet tagħhom hija kif tidher fit-tabella hawn taħt:
Etajiet
Numru ta' imwiet
0 - 14
0
15 - 24
0
25 - 34
2
35 - 44
6
45 - 54
10
55 - 64
30
65 - 74
39
75 - 84
51
85 +
18
Total
156
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sussidju ħadu l-bdiewa mill-Unjoni Ewropa? Kemm kienet tammonta? Kemm ġew irrifjutati talbiet u x'kienu t-talbiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li mill-2004 s’issa tħallsu madwar €20,781,680.23 mill-fondi tal-Pjan għal Żvilupp Rurali li jirrigwardaw il-miżuri: Agri-Ambjentali, Ad Hoc, Less Favoured Areas, Meeting Standards, Technical Assistance u State Aid Complement. Barra minn dawn il-fondi li jikkonsistu f’Guarantee Payments, s’issa saru wkoll Guidance Payments ta’ madwar €2,480,295.71 bbażati fuq Fondi Strutturali għall-miżuri 3.1 u 3.2 dwar investimenti mill-bdiewa u r-raħħala kif ukoll mill-agro-proċessuri.
Mill-applikazzjonijiet għall-miżuri ta’
Guarantee
, l-ebda applikazzjoni ma tiġi rrifjutata biss dawn ikunu evalwati għall-eliġibbilità tagħhom biex isir ħlas skond il-valutazzjoni u r-regoli li japplikaw għal kull miżura.
Mill-applikazzjonijiet għall-miżuri ta’
Guidance
, kien hemm 616 u 57 applikazzjoni li minnhom intgħa¿lu 120 u 27 għall-miżuri 3.1 u 3.2 rispettivament. L-applikazzjonijiet kienu għall-investimenti fl-irziezet u
farm holdings
kif ukoll
marketing
u pproċessar ta’ prodotti agrikoli.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-swali ġewwa San Vincenze De Paule Residence li għandhom air conditioners bil-ħsara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa s-Sala fir-residenza San Vinċenz de Paul li għandha air conditioners wieqfa hija parti mis-Serenity Block li qed isir xogħol ta' manutenzjoni fuq is-sistema'.
Dwar Sliema Road, Kappara billi inti l-ewwel kont weġibt lili u lid-Deputati Laburisti oħra li dan ix-xogħol ma jistax isir għalissa għax ser tingħata prijorita' lil triqat li qatt ma ġew asfaltati iżda aktar tard meta saret pressjoni minn Deputati Nazzjonalisti kont indikajt li dan ix-xogħol fil-fatt ser isir dalwaqt, jista' l-Ministru jindika d-data preċiża meta x-xogħol ta' l-asfaltar fi Sliema Road sejjer effettivament isir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proġett tal-bini tal-Kappara fly over huwa proġett iffinanzjat mill-EU u għallhekk ix-xogħol fuq dan il-proġett jinħtieġ l-approvazzjoni ta' l-EU.
Għalhekk m'aħniex f'pożizzjoni li nagħui data preċiża ta' meta ser jinbeda x-xogħol ta' asfaltar ta' Sliema Road.
Dan ix-xogħol hu ppjant li jinbeda għall-aħħar tas-sena 2007 bidu 2008.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-link road bejn ix-Xatt tal-Gżira u Regional Road?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-kunċett tad-diżinn ġie ppreparat mill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta u ġie mgħoddi biex jiżdied fin-North Harbours Local Plan.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 24640, 24000 u 24278 u 24859 cioe' rigward Dar Malta fi Brussels, tista' tikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun? Tkun lest toħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż? Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali? Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema? Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta? Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir-rigward? Meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li x-xogħolijiet f’Dar Malta fi Brussel żammew ma’ l-istima oriġinali ppjanata għal dan il-proġett.
Dar Malta fi Brussel tilqa’ fiha żewġ rappreżentanzi diplomatiċi importanti: ir-Rappreżentanza Diplomatika ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u l-Ambaxxata ta’ Malta għall-Belġju.
Il-Gvern immexxi minni dejjem jimxi bl-ikbar serjetà fit-twettiq ta’ proġetti kemm meta dawn isiru f’Malta stess kif ukoll meta dawn il-proġetti jitwettqu għall-ġid tal-pajjiż pero’ ’l bogħod minn xtutna bħalma huwa dan il-każ.
Dan il-Gvern m’għandu xejn x’jaħbi u għalhekk m’għandi l-ebda problema li nippublika lista ta’ kif saru l-ispejjeż.
Ix-xogħlijiet fil-parti li se tintuża’ għar-rappreżentanzi diplomatiċi ta’ pajjiżna laħħqu s-somma ta’ Lm1,646,000 filwaqt li xogħlijiet oħrajn fil-partijiet li se jinkrew lil terżi laħħqu s-somma ta’ Lm984,000.
Mill-mument li saru l-istimi oriġinali sakemm beda x-xogħol fuq is-sit, kien hemm dewmien biex jinħarġu l-permessi għax-xogħol min-naħa ta’ l-awtoritajiet ta’ l-ippjanar Belġjani.
F’dan il-perjodu ta’ stennija, ġiet reġistrata żieda fil-prezzijiet fuq dak li kien ġie stmat oriġinarjament. Dawn iż-żidiet huma regolati mill-awtoritajiet Belġjani li jippubblikaw r-rati ta’ inflazzjoni li jridu jiġu applikati fuq kull kuntratt.
Għalhekk, skond il-kalkoli ta’ l-awtoritajiet Belġjani, il-Gvern kellu jħallas madwar 15% iktar mis-somma prevista għal spejjeż kawżati mill-inflazzjoni fis-swieq internazzjonali, primarjament kawżata minn żidiet kbar fil-prezzijiet taż-żejt u l-azzar.
Tħallsu wkoll ftit aktar minn Lm100,000 fi spejjeż professjonali u fl-installar ta’ sistemi ta’ sigurtà.
Jiena ninsab infurmat li d-diffikultajiet li kien hemm b’rabta ma’ tassazzjoni fuq kirjiet ta’ parti mill-bini, intgħelbu wara diskussjonijiet ma’ l-awtoritajiet Belġjani.
Hemm numru ta’ organizazzjonijiet kummerċjali li jinsabu lesti jikru partijiet minn Dar Malta. Naturalment dawn il-kirjiet iridu jsiru skond l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268).
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 24640, 24000 u 24278 u 24859 cioe' rigward Dar Malta fi Brussels, tista' tikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun? Tkun lest toħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż? Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali? Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema? Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta? Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir-rigward? Meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24881 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, cioe wara li riċentement saret spezzjoni minn uffiċjali tal-housing departmenttal-fond f'San Ġwann li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar ilmijiet li deħlin minn taħt it-tiling f'ċerti kmamar ta' l-appartament tagħhom, jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jittieħdu xi passi rimedjali f'dan ir-rigward?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li kif intqal mill-Onorevoli Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24881, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar kien għamel spezzjoni u sussegwentement issottometta rapport lid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta' fi ħdan it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, fis-sens illi l-ilmijiet li kienu deħlin fil-post li irrefera għalih l-Onorevoli Interpellant kienu ġejjin minn nuqqas ta' taħlib tal-madum ta' terrazzin ta' post li jinsab fis-sular ta' fuq.
It-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern diġa' kitbet lill-inkwilin ikkonċernat u avżatu sabiex jagħmel it-tiswijiet neċessarji. Il-każ qed jiġi segwit u jekk ikun hemm il-bżonn it-Taqsima ser tieħu dawk il-passi kollha li jistgħu jkunu neċessarji biex l-inkwilin in kwistjoni jieħu ħsieb xieraq tat-terrazzin b'mod li ma ssirx ħsara lill-post ta' taħt.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex il-mediċini Priadel, Lexomil, Oxectin, Xanax u Axura (għad-dementia) m'humiex availablegħaċ-ċittadini Maltin mill-isptar u miċ-ċentri tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi pjanijiet biex wara li ssir il-migrationsħiħa mill-iSptar San Luqa lejn l-iSptar Mater Dei parti minnu tiġi użata bħala residenza għall-persuni b'inkapaċita' mentali, speċjalment dawk li jkunu tilfu l-ġenituri tagħhom? Jekk le, xi pjanijiet alternattivi għandu l-gvern biex jindirizza din il-problema akuta li qed tippreokkupa lil diversi ġenituri anzjani bi tfal b'inkapaċitajiet simili?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-preżent il-Gvern ma għandu l-ebda ħsieb biex la jitbattal l-isptar San Luqa xi parti minnu tiġi użata bħala residenza għall-persuni b'inkapaċita' mentali. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm stabbilmenti/kumpaniji li jipprovdu servizz tal-karozzi tal-kiri fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija? Għaliex il-Ministru qiegħed iqis sempliċement dan in-numru bħala ta' natura kummerċjali meta ministri kollegi taw informazzjoni simili f'oqsma oħra li tlabthom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li hemm 84 garaxxijiet rreġistrati biex joffru s-servizz tal-karozzi tal-kiri u b'kollox hemm 1,472 karozza tal-kiri fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija.
Peress li skond is-sistema tas-CVA vetturi ta' persuni b'diżabilita' li ma jaħdmux il-Belt qed jingħataw kreditu ta' Lm20 fis-sena u peress ukoll li l-persuni b'diżabilita' u familjari tagħhom qed juru tħassib minħabba li biex persuna b'diżabilita' li tkun f'wheelchair tieħu ċertu ammont ta' ħin biex titla u tinżel minn karozza u allura jilħqu jgħaddu t-30 minuta li jkunu free of charge, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-problemi ttieħdux in konsiderazzjoni meta ġiet imfassla s-sistema?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li iva, il-miżuri sabiex jassiguraw l-aċċessibilita għal persuni b’diżabilita’ ġew diskussi u maqbula mall-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilita (KNPD). L-ADT qed iżżomm djalogu miftuħ mall-KNPD sabiex jekk ikun hemm bżonn, isiru modifiċi.
Issa li ġiet fis-seħħ is-sistema ta' CVA u ż-żona pedonali fil-Belt, jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li minnhom wieħed jista' jidħol u joħroġ mill-Belt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi vetturi jistgħu jidħlu jew joħorġu mill-Belt minn dawn it-toroq imsemmijin hawn taħt:
DĦUL
· Triq-Papa Piju V
· Triq San Pawl
· Triq San Mark
· Triq il-Punent
· Triq il-Merkanti
· Triq it-Trammuntana
· Triq il-Mediterran
· Triq l-Ifran
· Is-Sur tal-Ingliżi (Baviera)
ĦRUĠ
· Bieb Victoria
· Triq Repubblika
· Triq Santa Luċija
· Triq il-Mediterran
· Triq l-Ifran
· Is-Sur tal-Ingliżi (Baviera)