Legislature:
Category:
Reset
Active:

Majjal lokali u dak importat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm li l-majjal lokali jibda jiġi gradad u li l-majjal importat jiġi wkoll mogħti grading u ppakkjat b'mod li jintgħaraf minn dak lokali? Fin-nuqqas ta' tali grading u distinzjoni ta' kwalita' u dan sabiex il-produtturi tal-majjal lokali ma jisfawx fix-xejn appena jonqos is-sussidju, jista' jgħid hemmx ħsieb ta' xi għajnuna alternattiva?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-majjal lokali diġà hu suġġett għall-klassifikazzjonijiet skond is-sistema ‘Scase’. Rigward il-parti tal-Mistoqsija dwar ippakkjar, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din lill-Ministru kkonċernat.

Qtil tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm li tinbidel is-sistema preżenti u ċioe' li l-majjal jinqatel skond il-grazzja ta' l-individwu u tidħol waħda ta' roaster li tirrifletti permezz ta' persentaġġ il-kwota li kull produttur jiddetjeni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-booking tal-qatla huwa f’idejn il-Koperattiva tal-Produtturi tal-Majjal.

MEPA — Applikazzjonijiet li jikkonċernaw irziezet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-MEPA qiegħda tkaxkar saqajha fl-evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet li jikkonċernaw irziezet tat-trobbija ta' annimali, fosthom majjal, meta din l-evalwazzjoni kellha ssir sabiex l-istess irziezet ikunu compliantmar-rekwiżiti ta' l-Unjoni Ewropea sa l-aħħar ta' Mejju 2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tiprijoritizza l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet. Dan l-aħħar twaqqaf ukoll tim żgħir ta' nies li qiegħed jikkonċentra speċifikament fuqhom, b'koordinament sħiħ mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, mas-Servizzi Veterinarji u ma’ dipartimenti oħrajn. Wieħed irid iżomm f'moħħu li dawn huma applikazzjonijiet kumplessi ta' rziezet li tipikament ikunu kbar u li għandhom diversi impatti fuq, fost l-oħrajn, l-ambjent tal-madwar, ir-residenti li joqogħdu fil-qrib u fuq l-ilma tal-pjan. Għalhekk, biex jiġu pproċessati dawn l-applikazzjonijiet ikun hemm bżonn ukoll ta' informazzjoni minn diversi dipartimenti u awtoritajiet oħrajn, kif ukoll, diversi drabi, mill-periti u l-konsulenti ta' l-applikanti. Iż-żmien li jittieħed biex tasal din l-informazzjoni sfortunatament bilfors itawwal iż-żmien biex jiġu determinati l-applikazzjonijiet. L-irziezet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' l-Unjoni Ewropea sa l-ewwel ta' Mejju 2008, u mhux sa l-aħħar ta' Mejju 2007 kif indikat mill-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant huwa ċar li mhuwiex minnu li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qed “tkaxkar saqajha” kif allega l-Interpellant.

Infermiera barranin

Question

Fid-dawl tal-fatt li d-dipartiment tas-saħħa għandu numru ta' infermiera barranin li ilhom jaħdmu miegħu għal bosta snin (uħud minnhom aktar minn sitt snin) b'kuntratt li jiġġedded kull sena, jista' l-Ministru jgħid meta dawn il-ħaddiema se jingħataw kuntratt indefinit?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorita' tad-Djar — Requisition

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond fil-Birgu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux rekwiżizzjonat jew le? Jekk għadu rekwiżizzjonat, hemm xi inkwilini li jabitaw fih? Jekk m'għadux, meta ħarġet id-derequisition?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-fond indikat mill-Onor. Interpellant għadu rekwiżizzjonat u hu abitat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Dħul ta' l-Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Dħul ta' l-impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher hawn taħt:- Servizz Pubbliku Ammont ta’ persuni 8,000 – 9,000540 9,000 – 10,000282 10,000 – 12,000182 Aktar minn 12,000120 Anqas minn 5,000632 Settur Pubbliku Ammont ta’ persuni 8,000 – 9,0003 9,000 – 10,000xejn 10,000 – 12,000xejn Aktar minn 12,000xejn Anqas minn 5,0002

Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Dħul ta' l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #25104 Sitting 524 2007-05-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Dħul ta' l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-informazzjoni li talab l-Onorevoli Interpellant għar-rigward ta' uffiċċjali u persuni impjegati fil-Ministeru, u fl-Ambaxxati, fil-Forum Malta fl-Ewropa u fil-Konsulati (ta' Karriera) li jiffurmaw parti minnu, hija kif gej: (a) bejn Lm 8,000 sa Lm 9,000 huwa 25 (b) bejn Lm 9,000 sa Lm 10,000 huwa 16 (c) bejn Lm 10,000 sa Lm 12,000 huwa 33 (d) aktar minn Lm 12,000 huwa 128 (e) anqas minn Lm 5,000 huwa 134
Leg 10 PQ #25105 Sitting 524 2007-05-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Dħul ta' l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif jidher hawn taħt: Servizz Pubbliku Ammont ta’ persuni 8,000 - 9,000 5 9,000 - 10,000 2 10,000 - 12,000 6 Aktar minn 12,000 5 Anqas minn 5,000 106 Settur Pubbliku Ammont ta’ persuni 8,000 - 9,000 73 9,000 - 10,000 24 10,000 - 12,000 32 Aktar minn 12,000 27 Anqas minn 5,000 268

Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Dħul ta' l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

OPM — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

OPM — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul iż-żmien imsemmi ma nxtraw l-ebda karozzi għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali.

Ġustizzja u Intern — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u leaseta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġustizzja u Intern — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġustizzja u Intern — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tweġiba hija fin-negattiv.
Leg 10 PQ #25235 Sitting 524 2007-05-14 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — Sussidju fuq il-kera

Question

Tista' l-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, titħaffilha l-proċedura biex tibbenefika mill-iskema ta' sussidju fuq il-kera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qiegħda fl-istadju li jsiru l-verifiki u r-riċerki dwar l-assi tal-persuna konċernata. Jekk minn dan il-proċess jirriżulta’ li din il-persuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Iskema, l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista’ tiffinalizza ma’ l-applikant il-ftehim għas-sussidju.

Xatt ta' l-Isla — Maħzen

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi proċedura ntużat biex maħżen li jinsab ix-Xatt ta' l-Isla, ġie mogħti lill-Klabb Regatta Birżebbugia? Ingħatat b'mod temporanju? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt li sar ma' dan l-istess klabb? Għaliex ma ġewx ippreferuti clubs u NGO's Sengleani u dan wara li diversi NGOs u clubs ilhom bosta snin ma jkollhom sede fejn jistgħu jwettqu l-ħidma komunitarja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Klabb Regatta Birżebbugia ma ngħata l-ebda maħżen ġewwa l-Isla.