Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #25898 Sitting 526 2007-05-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23869 dwar is-servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex fejn irreferietni għat-tweġiba li hija tatni għall-mistoqsija parlamentari 23406, peress li t-tagħrif li tlabtha fl-aħħar mistoqsija m'għandu x'jaqsam xejn mat-tagħrif li kienet tatni fl-ewwel mistoqsija, tista' jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif li tlabtha, u cioe' jekk l-Gvern ħax deċiżjoni fuq ir-rakkmandazzjonijiet tal-kumitat? Tista' tgħid ukoll x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet tal-kumitat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandix xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari numru 23406.
Leg 10 PQ #25899 Sitting 526 2007-05-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Asfaltar ta' toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23734 dwar asfaltar ta' toroq residenzjali, tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha li tlabtha u tgħid meta għandha titlesta kull triq skond il-kuntratt u żżid tgħid meta kellu jibda u fhiex wasal ix-xogħol s'issa fuq kull triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija skond kif tidher fit-tabella li qed titpġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #25901 Sitting 526 2007-05-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23733 dwar proġetti f'Għawdex finanzjat mill-UE, tista' l-Ministru tgħid għaliex ħalliet barra t-triq tax-Xlendi li x-xogħol fuqha kellu jibda sentejn ilu u li kellha tkun lesta fl-2006 u t-triq ta' l-Imġarr li kellha tibda fl-2005 u titlesta fl-2007? Tista' tagħtini l-informazzjoni fuq dawn iż-żewġ proġetti kif tlabtha fil-mistoqsija parlamentari 23733?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-triq tax-Xlendi ġie pospost biex isir aktar 'l quddiem, peress li, wara li saru aktar testijiet fuq din it-triq nstab li l-build up tat-triq kellha tiġi ddisenjata mill-ġdid. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Enemalta — Dħul mis-surcharge

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24953 u jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta mis-surchargefuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Ottubru 2006 u Frar 2007? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi d-dħul mis-surcharge bejn Ottubru 2006 u Frar 2007 mill-konsum domestiku kien ta' Lm6,378,624 filwaqt li dak mill-konsum kummerċjali u industrijali kien ta' Lm7,408,918.

Attivitajiet edukattivi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W332, filwaqt li nassigura lill-Ministru li fehem parti mill-mistoqsija oriġinali b'mod żbaljat, jista' jwieġeb dawk il-partijiet tal-mistoqsija li ma weġibx u jgħid ukoll liema huma dawk is-suġġetti kif ukoll attivitajiet edukattivi oħra minbarra d-drama, li mhux bilfors irid ikollok warrant sabiex persuna jgħallem?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandix tagħrif ieħor x'inzid mat-tweġiba diġa mogħtija għal PQ W332.

San Pawl il-Baħar — Bypass

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permessi u l-pjanti approvati PA 1948/04 li jirrigwardaw il-bypass ta' San Pawl il-Baħar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permessi u pjanti li jirrigwardaw il-bypass ta' San Pawl il-Baħar kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Inċident fl-ajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet dwar inċident li seta' kellu konsegwenzi nazzjonali serji ħafna b'mod partikolari fuq l-irħula ta' Mosta, H'Attard u Haż-Żebbuġ meta ajruplan ta' l-Air Malta kien se jaħbat ma' ajruplan żgħir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara l-imsemmi inċident ġie nfurmat il-Bureau of Aircraft Accident Investigation u dan indika li fiċ-ċirkostanzi l-inċident kellu jiġi nvestigat mid-dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili skond l-arranġamenti miftehma. Għaldaqstant id-Dipartiment beda jagħmel investigazzjoni teknika li tinvolvi l-ġbir ta' informazzjoni mingħand min kien involut kif ukoll mingħand l-Awtoritajiet Taljani billi kien hemm mdaħħlin ajruplani u pilota Taljan. Sar ukoll smiegħ tar-recordings tal-Komunikazzjonijiet bir-radju tal-kontrol tat-traffiku ta' l-ajru u ġew eżaminati r-recordings tar-radar. Id-Dipartiment qiegħed fl-aħħar fażi li jiffinaliżża r-rapport preliminari.

Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Dħul ta' l-Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati fid-dipartimenti u d-dekasteri fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura matul is-sena 2006 li qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn: a) anqas minn Lm 5,000 b) Lm 8,000 sa Lm 9,000 c) Lm 9,000 sa Lm 10,000 d) Lm 10,000 sa Lm 12,000 e) aktar minn Lm 12,000 hu kif jidher fit-tabelli t’hawn taħt: Public Service Anqas minn Lm 5,000 *Anqas minn Lm 5,000 (Alimony) Lm 8,000 - Lm 9,000 Lm 9,000- Lm 10,000 Lm 10,000- Lm 12,000 Aktar minn Lm 12,000 Ministry 4 0 8 2 6 6 Financial Management Dept 116 3 8 3 6 2 Construction & Maintenance Dept. 12 9 5 4 5 3 Manufacturing & Servicing Dept. 67 3 1 1 3 1 Building & Engineering Dept. 33 0 6 5 12 9 Cleansing Servicing Dept. 260 8 7 2 2 3 Building Construction Industry Dept. 8 0 0 0 2 1 Oil Exploration Dept. 2 0 1 1 0 0 Students 21 0 0 0 0 0 Suspended 0 0 0 0 0 0 Total 523 23 36 18 36 25 * każi ta’ koppji separati bil-Qorti Public Sector Anqas minn Lm 5,000 *Anqas minn Lm 5,000 (Alimony) Lm 8,000 - Lm 9,000 Lm 9,000- Lm 10,000 Lm 10,000- Lm 12,000 Aktar minn Lm 12,000 Building Industry Consultative Council 1 0 0 0 0 1 Malta Resources Authority 6 0 1 0 4 6 Total 7 0 1 0 4 7 Numru kbir ta’ ħaddiema jaqgħu fil-kategorija ta’ bejn Lm 5,000 u Lm 8,000. In-numru tagħhom huwa ta’ 1,874.
Leg 10 PQ #25108 Sitting 525 2007-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Dħul ta' l-Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtha li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Dħul ta' l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 25109 titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta l-informazzjoni mitluba tkun miġbura.

MITI — Dħul ta' l-Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi, l-impjegati li matul is-sena 2006 qalgħu bejn pagi / allowance / bonus / overtime kien kif ġej: Lm Ammont ta’ persuni 8,000 - 9,000 11 9,000 - 10,000 5 10,000 - 12,000 9 Aktar minn 12,000 8 *Anqas minn 5,000 20 * Dawn jinkludu part-timer, 2 casual substitutes, 2 riżenji u 2 fuq maternity leave.

Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent — Dħul ta' l-Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Servizz Pubbliku Numru ta' Impjegati Anqas minn 5,000 305 8,000 - 8,999 32 9,000 - 9,999 12 10,000 – 12,000 20 Aktar minn 12,000 19 Settur Pubbliku Numru ta' Impjegati Anqas minn 5,000 150 8,000 - 8,999 49 9,000 - 9,999 60 10,000 – 12,000 63 Aktar minn 12,000 60

Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Dħul ta' l-Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt :- Servizz Pubbliku Ammont ta’ persuni ADT Ammont ta’ persuni Ministeru/Dipartiment 8,000 - 9,000 2 7 9,000 - 10,000 Nil 1 10,000 - 12,000 1 5 Aktar minn 12,000 1 6 Anqas minn 5,000 23 12 Settur Pubbliku Ammont ta’ persuni ADT Ammont ta’ persuni Ministeru/Dipartiment 8,000 - 9,000 16 Nil 9,000 - 10,000 11 Nil 10,000 - 12,000 9 Nil Aktar minn 12,000 21 Nil Anqas minn 5,000 54 Nil
Leg 10 PQ #25238 Sitting 525 2007-05-15 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Tista' tgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #25241 Sitting 525 2007-05-15 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab nfurmata li ma nxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru u d-dipartiment li jaqgħu taħtu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kiri ta' karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Tista' tgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Karozzi ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant, ma nxtrat ebda karozza ġdida mill-Ministeru, d-Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Trabi abbandunati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm instabu trabi abbandunati fit-triq u/jew f'postijiet pubbliċi sena b'sena mill-1990 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma komputerizzata minn April ta' l-1997. Minn dak iż-żmien il-Pulizija irċevew żewġ rapporti fuq trabi abbandunati, dawn kienu fis-6 ta' Novembru 1997 f'tas-Sliema u fl-1 ta' April 2007 f'Bormla.