Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsaxlokk — Bus terminus

Question

B'referenza għal bus terminus f'Marsaxlokk, jista' l-Ministru jara li x-xufiera tal-karozzi tal-linja fuq ir-rotta no 27 matul il-ġimgħa, cioe' mit-Tnejn sas-Sibt jagħmlu użu minn dik uffiċjali li tinsab fil-viċinanza ta' l-iskola primarja u mhux minn dik sekondarja li suppost tintuża nhar ta' Ħadd biss, peress li fil-preżent qed jagħmlu użu minn dik sekondarja tul il-ġimgħa kollha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali — Dħul ta' l-Impjegati

Question

Tista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtha li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Testijiet għall-HIV u AIDS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-AIDS u HIV sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif ġej: Sena Talbiet Testijiet 2000 4307 4950 2001 4762 5423 2002 5144 5734 2003 4574 4648 2004 5998 6194 2005 5860 6197 2006 10309 10601 2007 (sa Marzu) 2780 2842

Children Allowances

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ħareġ flus il-Gvern għal children's allowancesmis-sena 2000 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-informazzjoni mitluba għas-snin 2000 – 2005 nirreferi lill-Onor Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20678, f’Seduta Numru 443. Ninsab infurmata li l-ammont imħallas f’Allowance tat-Tfal matul l-2006 kien Lm13,307,291.

Health Centres — Tqassim ta' siringi b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum minn kull health centre separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-total ta' siringi li tqassmu lill-persuni bill-vizzju tad-droga minn kull ċentru tas-saħħa huwa dan: Furjana Qormi Gżira Raħal Gdid Bormla Mosta Rabat 2000 19100 12037 31271 47420 11050 21729 10018 2001 19500 10474 34104 45052 11200 17408 9142 2002 35272 15373 39815 59180 15500 19064 8825 2003 42295 14572 39667 73300 17860 15942 7213 2004 44986 17161 47369 63600 15327 21143 7582 2005 51147 12335 50636 56300 21000 20975 7818 2006 41113 12956 45610 68600 28700 22339 6350 2007 (Jannar - Marzu) 9599 2900 11775 24600 8700 4253 1673

OPM — Ħaddiema li jieħdu allowance

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Birgu — Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir studju dwar il-pożizzjoni taż-zebra crossingli hemm quddiem il-Cafe' Riche fil-Birgu u dan peress li qed ikun hemm inċident kull ġimgħa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT għandha Proġett tax-Xogħlijiet biex tittaffa din il-problema. Ix-xogħol għandu jinbeda fi ftit ġimgħat oħra.

OPM — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni hemm tlett karozzi mikrija b'Lm5.79ċ kuljum u żewġ karozzi oħra b'Lm8.26ċ. Dawn jintużaw mill-Kap tas-Segretarjat, mis-Segretarju Privat u l-Assistent Segretarju tal-Ministru u t-tnejn l-oħra għal użu ġenerali. Fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm 16 il-karozza li jinkrew b'Lm4.19ċ kuljum u żewġ karozzi b'Lm5.79ċ kuljum. Dawn jintużaw minn College Coordinators, Technical Officers, Civil Engineer u l-oħrajn għal użu ġenerali. Il-Kunsill Malti Għall-iSport juża karozza waħda biss għall-bżonnijiet ġenerali u tinkera għal Lm5.60ċ kull ġurnata. L-Istitut għal-Studji Turistiċi (ITS) għandu tlett karozzi mikrija. Dawn huma għall-użu taċ-Chairman, tad-Deputy Director u l-oħra għall-użu ta' l-uffiċju u mill-Head of Administration. Dawn inkrew Lm7.67ċ u Lm4 kull jum rispettivament. Il-Fondazzjoni għall-iSkejjel t'Għada kien hemm żewġ karozzi mikrija. Dawn kienu jintużaw miċ-Chief Finance Officer għall-prezz ta' Lm6.84ċ kull jum u l-oħra mill-Prescint Officer għall-prezz ta' Lm5.75ċ kull jum. Fl-OHSA inkrew erbgħa karozzi għall-uffiċjali u bzonnijet ġenerali b'Lm8.16ċ kull jum u erbgħa oħra għal użu ta' l-ispettorat b'rata ta' Lm6.12ċ kull jum.

Affarijiet Barranin — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħi matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ITS biss xtrat karozza ġdida għall-użu ġenerali.

Turiżmu u Kultura — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet ta' Lm 16,715.35

Turiżmu u Kultura — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.

Turiżmu u Kultura — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu ma xtrawx karozzi ġodda matul Jannar, Frar u Marzu 2007.

Benefiċċji tal-mard

Question

Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hix intitolata għal xi benefiċċji tal-mard?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandu ebda talba pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li l-imsemmi Dipartiment informa b’dan lill-persuna konċernata, permezz ta’ ittra.

Irranġar tal-parti komuni ta' binja

Question

Tista' l-Ministru tara li jsir l-aġġornar tal-parti komuni tal-fondi li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Hemmx il-ħsieb li t-taraġ eżistenti, li hu tal-franka jsir bil-madum minħabba li dawn ir-residenti huma anzjani? Hemmx il-ħsieb li fl-istess binja tal-Gvern ikun irranġat jew mibdul il-bieb ta' barra? Meta ser isir l-aġġornar tal-faċċata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u t-Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.

Ħaż-Żabbar — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fi Triq il-Kaħwiela, Ħaż-Żabbar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT ħarġet lista ta' toroq li ser isiru sa l-2008. Diġa nħarġu 2 batches f'din il-lokalita' u l-maġġoranza tax-xogħol inbeda jew tlesta. It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant issir skond il-prijoritajiet li joħorġu fil-program ta' xogħlijiet.

Bormla — Gallarija

Question

Tista' l-Ministru tara li l-gallarija ta' anzjana minn Bormla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u t-Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.

Care and Repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-anzjana minn Bormla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-iskema ta' Care and Repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qrib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Care and repair

Question

Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tistax tibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, b’konnessjoni ma’ l-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita’ tad-Djar spezzjonat il-fond indikat mill-Onor. Interpellant fit-12 ta’ April 2007.