Legislature:
Category:
Reset
Active:

MP & DS

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24371 jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-kumpannija Malta Planning and Design Consultants għall-proġett fuq Lot 1 tat-toroq iffinanzjati mill-Protocol Taljan? Jista' l-Ministru jgħid meta tħallset għas-servizz mogħti u jekk tħallsitx mill-ADT jew minn xi entita' dipartimentali oħra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Kumpanija Malta Planning and Design Consultants tħallset is-somma ta’ Lm 222,298 fuq Lot 1, mill-ADT minn voti kapitali hekk kif imniżżel hawn taħt: Lot 1 Lm 138,173 Lot 1 A___ Lm 84,125 Total Lot 1 Lm 222,298 Il-pagamenti saru hekk kif kien iċċertifikat ix-xoghol fuq medda ta’ kważi sentejn minn Settembru 2004, bl-aħħar pagamenti jsiru hekk: Lot 1 26/07/2006 Lot 1A 26/06/2006

Proġett tal-Pont Manwel Dimech

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24371, jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsorzju DTR u KHP tħallasx għall-proġett pont Manwel Dimech? Jekk iva, kemm tħallas sal-lum u jekk tħallasx mill-ADT jew minn entita' dipartimentali oħra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol huwa ffinanzjat mill-fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropea. L-ammont li tħallas s'issa huwa Lm 99,710. Dan tħallas mid-Dipartiment tal-Finanzi wara ċertifikazzjoni tax-xogħlijiet mill-ADT.

Wied il-Għajn — Triq il-Buttuniera

Question

Minħabba li jidher li din it-triq hija waħda mit-toroq li hija ndikata li ser issir, jista' l-Ministru ġentilment igħid meta huwa maħsub li Triq il-Buttuniera ġewwa Wied il-Għajn jsir ix-xogħol tant meħtieġ fiha minħabba l-inkonvenjent li qed igħaddu minnu r-residenti tagħha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT ser jibni mill-ġdid din it-triq kif ġie ppublikat fil-fuljett sa l-2008. L-ADT qed joħroġ batches ta’ spiss u bħalissa qed isiru 4 toroq ġewwa Marsascala. Dawn it-toroq ser jitkomplew skond il-prijoritajiet li hemm fil-programm tax-xogħlijiet.

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25071 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25925.

Impjegati mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-gvern, maqsuma f'nisa u rġiel, li matul is-snin kienu mpjegati bħala casual, minbarra dawk li qed jissostitwixxu ħaddiema back to back? Kif se jiġu affettwati dawn il-ħaddiema meta jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali Nru. 51 ta' l-2007?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25859.

Impjegati mal-gvern — Kuntratti

Question

Fl-isfond ta' l-Avviż Legali Nru. 51, Art. 7 (3) jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex minh u nkarigat mit-tiġdid jew twaqqif ta' kuntratti jinżamm responsabbli f'każ li ma jimxix mat-termini tal-kuntratti diversi, u l-klawsoli fl-avviż legali jidħlu fis-seħħ awtomatikament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-provedimenti tad-dixxiplina eżistenti fis-Servizz Pubbliku jipprovdu anke f’każijiet bħal dawn.

Ingaġġ fis-servizz pubbliku

Question

L-ingaġġ fis-Servizz Pubbliku - Servizz Ġenerali - fuq bażi indefinita, sal-lum isir permezz ta' eżami fil-livell ta' clerkjew ta' principal. Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk meta jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali 51 ta' l-2007, jiġix affettwat dan il-metodu ta' ingaġġ u jekk iva, b'liema mod? Dan se jibqa' l-unika metodu ta' ingaġġ jew se jiġu introdotti metodi ġodda? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif se jintlaqtu l-impjegati preżenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ingaġġ fis-Servizz Pubbliku hu regolat minn diversi Classification Agreements u jsir skond il-provedimenti ta’ dawn il-ftehim. L-Avviż Legali 51/2007 ma japplikax.

Servizz/Settur Pubbliku — Kuntratt ta' servizz

Question

Artiklu 3 (2) (d) ta' l-Avviż Legali 51 2007 jgħid li r-regolamenti ta' l-Avviż Legali ma japplikawx f'każ ta' kuntratti ta' servizz fis-Servizz Pubbliku jew fis-Settur Pubbliku li ma jkunux saru skond il-liġijiet applikabbli ta' Malta u partikolarment skond il-proviżjonijiet tal-Kostituzzjoni. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ħames snin sarux kuntratti simili u jekk saru, kemm kienu, f'liema gradi saru u x'kienu l-elementi fil-kuntratt/i li kienu jiksru xi liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jirriżultalix li jeżistu kuntratti li saru mhux skond il-liġijiet applikabbli. Jekk l-Onorevoli Interpellant taf b’xi każ nitlobha tgħarrfni.

Xiri ta' biċċa art

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk talba biex sinjur, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li talab li jixtri jew jikri biċċa art meta hemm il-ħsieb li toħroġ b'tender?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed iħejji l-pjanti neċessarji sabiex toħroġ sejħa għal offerti għal bejgħ tal-proprjeta' in kwistjoni.

Installazzjoni ta' lift

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' lift fi blokk flats, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li r-residenti diġa' applikaw għalih fejn waħda minnhom għandha problemi biex timxi u wieħed minnhom għamel il-bypass? Jistgħu jiġu nfurmati bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar approvat l-istallazzjoni ta’ lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant u li, fl-4 ta’ April 2007, l-applikanti ġew mitluba jimlew il-formola meħtieġa biex jitkompla l-proċess għall-istallazzjoni tal-lift. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ għad ma rċevietx lura l-applikazzjoni mimlija.

Single parents

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hawn single parents jieħdu għajnuna fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena? Għal liema għajnuna l-aktar li jikkwalifikaw dawn is-single parents? Kemm kien l-ammont totali ta' għajnuna li ngħatat lil dawn kull sena fl-aħħar 15-il sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li statistika dwar benefiċċji mħallsa lis-single mothers bdiet tinżamm mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali mill-1995. Ninsab infurmata wkoll li l-kumplament ta’ l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpelllant, mis-sena msemmija, hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Benefiċċji mħallsa lil single mothers : Għajnuna Soċjali Benefiċċju għall-Maternita’ Children Allowance Disabled Child Allowance, Milk Grant, Additional Bonus, Bonus ta’ kull sitt xhur Sena Numru Spi ża 1995 470 Lm464,966.539 1996 511 Lm578,263.693 1997 575 Lm659,212.109 1998 693 Lm806,155.635 1999 834 Lm959,010.466 2000 945 Lm1,142,709.894 2001 1066 Lm1,330,850.998 2002 1204 Lm1,540,825.566 2003 1402 Lm1,818,694.39 2004 1613 Lm2,110,741.609 2005 1813 Lm2,343,098.83 2006 2043 Lm2,750,902.720

Immigranti illegali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali (mill-pulizija, mill-armata u mill-ministeru tal-familja u solidarjeta' soċjali) li tħallas għall-immigranti illegali fl-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm qed jiswa lill-gvern kull immigrant fid-detention centres?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Immigranti illegali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna tingħata lill-immigranti illegali meta dawn jinħelsu mid-detention centres?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Immigranti rregolari li joħorġu miċ-Ċentri Magħluqa jingħataw akkomodazzjoni f’Ċentri Miftuħa, kif ukoll għajnuna biex ikunu jistgħu jixtru l-bżonnijiet bażiċi.

Immigranti illegali — Working permits

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-immigranti illegali li ngħataw working permitf'dawn l-aħħar 10 snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta’ l-Expatriates li qabel l-1 ta’ Awissu 2005 kien responsabbli mill-ħruġ ta’ liċenzji ta’ impjieg lill-barrannin, qatt ma ħareġ liċenzji ta’ impjieg lil persuni li kienu immigranti illegali f’Malta. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li wara l-1 ta’ Awissu 2005 ir-responsabbilta’ għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ impjieg imxiet għand il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Leg 10 PQ #25902 Sitting 527 2007-05-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kummissjoni Ewropea — Proġetti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-iskeda tal-pagamenti kif stipulata f'kull kuntratt li sar mill-Kummissjoni Ewropea dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għal 2004 - 2006?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Ewropea ma għamlet l-ebda kuntratt mal-Ministeru għal Għawdex dwar proġetti f'Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea għal 2004-2006.
Leg 10 PQ #25904 Sitting 527 2007-05-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xiri ta' karozzi

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23726 dwar xiri ta' karozzi, tista' l-Ministru tgħid: Jekk il-prezzijiet ta' Lm10,000 u Lm14,500 li bihom inxtraw iż-żewġ karozzi msemmija jinkludux it-taxxa tar-reġistrazzjoni u taxxi oħra? Jekk tħallset taxxa ta' reġistrazzjoni kemm kienet għal kull karozza? Hemm limitu stabbilit kemm Ministru u Segretarju Permanenti jistgħu jonfqu fuq ix-xiri ta' karozza għall-użu tagħhom? Jekk hemm, kemm hu? It-taxxa ta' reġistrazzjoni hija nkluża? X'ikopri dan il-limitu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta nxtraw dawn iż-żewġ karozzi mxejna skond iċ-Ċirkolari Nru. 5/98 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 10 PQ #25916 Sitting 527 2007-05-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Rabat

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 23411, 22318 u 22760 dwar l-ispejjeż tat-Triq Rabat, San Lawrenz biex tagħtini l-informazzjoni li tlabtha xahrejn ilu? Tista' tgħid għaliex hemm bżonn dan id-dewmien kollu biex tagħti tagħrif dwar xogħlijiet ta' toroq f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li b'żieda mal-informazzjoni li diġa ngħatat f'risposti għal mistoqsijiet preċedenti, ix-xogħolijiet li ma kienux inkluzi fl-istima oriġinali kienu stmati li jiswew Lm 794,851 (jinkludi Lm 203,357 fuq xogħolijiet reletati ma srvizzi) u li ġew jiswew Lm 864,905 (jinkludi Lm 211, 963 fuq xogħlijiet relatati ma servizzi).
Leg 10 PQ #25917 Sitting 527 2007-05-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Allowances

Question

B'referenza għat-tweġibiet ta' sitt mistoqsijiet parlamentari li tat dwar allowances li ngħataw mill-Ministeru tagħha, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet u ta' l-approvazzjoni tagħhom li ilni nitlobha tmien xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandix xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari numru 20212.

Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-konsulenti li isimhom qed jintbagħat separatament, li ġew appuntati mill-FMS sabiex ilestu l-Mater Dei Hospital migration plan report? Kemm qed jiġi esegwit dan il-pjan? Tista' titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra GANTT chart riveduta li tieħu in konsiderazzjoni d-dewmien fl-implimentazzjoni ta' dan il-proġett? X'inhi l-aħħar stima tal-migration tas-servizzi li mistennija jsiru mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Mater Dei? Meta se tiġi finalizzata l-istrateġija futura dwar l-Isptar San Luqa? Meta mistenni jibda l-phased decommissioning u r-re-occupation ta' l-Isptar? Meta mistenni jintemm dak li jissejjaħ fir-rapport strateġiku bħala l-proċess leġiżlattiv li għandu jwassal għall-governance framework ta' l-Isptar Mater Dei? Il-gvern għandu xi ħsieb li jinvestiga f'mod indipendenti l-allegazzjonijiet serji dwar commissions li għamel fuq stazzjon privat televiżiv lokali t-tabib u ex-deputat Nazzjonalista Dr Frank Portelli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Pjan li kien ġie mfassal mill-konsulenti appuntati mill-FMS kien ikopri migration sequence fuq tliet snin. Dan il-pjan mhux ser jiġi eżegwit għalkemm ittieħdu in kunsiderazzjoni l-fatturi bażiċi tal-pjan. Il-pjan li ser jiġi eżegwit ser ikun fuq perjodu ferm anqas u dan wara konsultazzjoni mal-Clinical Leads tad-Dipartiment ta' l-isptar San Luqa. Għal migrazzjoni tas-servizzi mill-isptar San Luqa għall-isptar Mater Dei ġie provdut l-ammont ta' miljun lira għas-sena 2007. Id-Diviżjoni tas-Saħħa qegħda tħejji pjanijiet sabiex tiżviluppa Rehabilitation Hospital temporanju fil-bini bħalissa okkupat mill-isptar Karen Grech. F'dan is-servizz ser jiġu amalgamati s-servizzi kurrenti ta' rijabilitazzjoni fl-isptar San Luqa, l-isptar Zammit Clapp u l-isptar Boffa. Dan il-pjan qed jiġi ko-ordinat mal-migrazzjoni tas-servizzi akuti lejn l-isptar Mater Dei. Id-Diviżjoni tas-Saħħa ser tgħaddi lill-Gvern il-kumplament tal-bini sabiex jiddisponi minnu skond il-prioritajiet tal-pajjiż. Il-proċess leġislattiv għall-governance framework jintemm meta dan il-Parlament japprova eventwalment il-Health Services Act, li bħalissa għadu qed jiġi ddraftjat. Ta' min jgħid li hemm aspetti fundamentali tal-governance framework li jiġu ndirizzati mill-Public Services Act, għal dak li jirrigwarda entitajiet pubbliċi u kif jitmexxew. Għar-rigward tal-partijiet l-oħra tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsijiet lill-Ministeru tal-Finanzi.

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25784 u 25071 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji, sena b’sena, ta’ persuni/kumpaniji/households/intraprendituri li fil-preżent għandhom arranġamenti mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni sabiex iħallsu l-arretrati ta’ kontijiet pendenti huma kif murija fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.