Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kontijiet ta' l-income tax — Arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji/households/intraprendituri (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti għat-taxxa ta' l-income? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena? Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25925.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Dħul ta' l-Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Bormla — Pedestrian crossing

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi tip ta' pedestrian crossing quddiem l-għassa ta' Bormla, kif ukoll dwar il-possibbilta' li terġa' tinbena t-traffic island li kien hemm fl-istess triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ma saret l-ebda talba għal pedestrian crossing jew central strip quddiem l-għassa ta' Bormla. It-Taqsima ser tikkuntatja lill-Kunsill Lokali rigward dan is-suġġeriment.

Birgu — Triq maġenb il-Baċir nru. 1

Question

Peress li qabel inbeda xi xogħol fuq il-proġett tal-Kottonera kien imwiegħed li t-toroq prinċipali kellhom jiġu rranġati, jista' l-Ministru jgħid jekk it-triq ewlenija li ddur mal-Baċir nru. 1 lejn il-Birgu hux se tingħata xi wiċċ ġdid?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq mhux inkluża fil-lista ta' toroq li ser jitlestew sa l-2008. Jista' jkun li t-triq issir taħt xi forma ta' programm ieħor.

Ġustizzja u Intern — Ħaddiema li jieħdu allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Ħaddiema li jieħdu allowance

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kwalsiasi allowance li titħallas lil xi impjegat hi regolata jew bil-Ftehim kolletiv tal-kategorija ta' impjegati konċernati jew b'kuntratt approvat mill-Management and Personnel office. Informat li dawn l-allowances huma marbuta ma' performance agreements, kwalifiki jew kondizzjonijiet tax-xogħol.
Leg 10 PQ #25126 Sitting 527 2007-05-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Ħaddiema li jieħdu allowance

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħi li qed jirċievu xi forma ta' allowance fl-2006 huma kif ġej: Il-gradi minn Diretturi 'il fuq jieħdu expense allowance marbuta mal-Performance Agreement skond il-kundizzjonijiet tas-servizz pubbliku. Id-diploamtiċi u technical attaches li jservu barra minn Malta jieħdu allowance skond il-post li jaħdmu fih: skond il-Collective Agreement, uffiċċjali minn Executive Officer sa First Counsellor jieħdu qualification allowance jekk ikollhom il-kwalifiki eliġibbli. Il-membri tas-Segretarjat privat jieħdu Secretriat Allowance skond il-guidelines użati mill amministrazzjoni Governattiva. Uffiċċjal wieħed tal-Protocol jieħu disturbance allowance.
Leg 10 PQ #25127 Sitting 527 2007-05-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Ħaddiema li jieħdu allowance

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Twegiba tingħata f'seduta oħra

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fi ħdan dan il-Ministeru u d-dekasteru tiegħu matul ix-xhur Jannar, Frar u Marzu 2007 u r-rata li biha kienu mikrija u ċ-ċilindrata tagħhom huma kif ġej: Ministry Ċilindraġġ Rata kuljum Minister's second car 1598cc Lm8.00 Parliamentary Secretary's Office Car leased by Private secretary 1360cc Lm3.15 Malta Maritime Authority Senior Manager, Ports and vessel Traffic management 1898cc Lm8.50

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 ma nxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali, minn dan il-Ministeru u mid-Dipartiment u l-enti li jaqgħu taħtu.

Riżorzi u Infrastruttura — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq kiri ta’ karozzi matul Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, id-dekasteri u l-enti li jaqgħu taħtu kienet kif tidher hawn taħt. Ma kien hemm l-ebda nefqa fuq leasing. Jannar 2007 Lm 3,762.86 Frar 2007 Lm 3,394.28 Marzu 2007 Lm 3,792.96 In-nefqa fuq karozzi mikrija matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu tas-sena 2007 kienet fis-segwenti Dipartimenti u entitajiet: Ministeru Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali (Xogħlijiet) Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni Central Districts Office Dipartiment ( Financial Management ) Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi Direttorat ta’ l-Affarijiet dwar l-Unjoni Ewropea, Żvilupp ta’ Policy u Implimentazzjoni ta’ Programmi) Uffiċċju Proġetti għar-Rijabilitazzjoni Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi

Riżorsi u Infrastruttura — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward kiri ta’ karozzi mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, dekasteri u l-enti li jaqgħu taħtu matul Jannar, Frar u Marzu 2007, hija kif tidher hawn taħt. Ma kien hemm ebda użu ta’ karozza leased. Numru ta’ Uffiċjali Grad Ċilindrata tal-Karozza (CC) Rata tal-Kirja Kull Gurnata (Lm) 1 Senior Technical Officer 1323 3.82 1 Principal Public Cleansing Officer 1323 3.82 1 Assistant Director 1793 4.30 1 Technical Officer 1061 3.82 1 Senior Technical Officer 1500 3.82 2 Officer in Grade 8 1498 3.82 1 Senior Technical Officer 1061 3.82 1 Technical Officer 995 3.82 1 Architect & Civil Engineer 1124 4.30 1 Chief Architect 1349 3.82 1 Operations Manager 1124 3.82 1 Engineer 1061 3.82 1 Operations Manager 1061 3.82 1 Officer in Grade 8 995 3.82 1 Director 1498 4.30 1 Chief Security 1061 3.82 1 Senior Technical Officer 995 3.82 1 Assistant Private Secretary 1594 3.82 1 Executive Co-ordinator 1498 4.30 1 Director (MRA) 1493 5.67 1 Analyst II (MRA) 1498 5.25 1 Analyst II (MRA) 1399 4.93 1 Analyst (MRA) 1341 4.64

Riżorsi u Infrastruttura — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi fil-5 ta’ Marzu, 2007 inxtraw erba’(4) pickup vans tat-tip TATA Telcoline, ċilindrata 1948cc għall-prezz ta’ Lm6,185 il-wieħed(eskluża t-taxxa tar-reġistrazzjoni). Dawn il-vannijiet inxtraw għall-użu tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi u d-Dipartiment tal-Kostruzjoni u Manutenzjoni rispettivament. Ma nxtrat ebda vettura oħra bejn Jannar u Marzu 2007 mill-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura.

Avukati tal-fqar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-avukati tal-qorti f'terminu popolari msejħa tal-fqar? Min huma? X'inhuma l-ħinijiet li jaraw lill-klijenti? X'inhi l-proċedura biex xi ħadd jibbenefika minn dan is-servizz? Fejn jista' kull wieħed minnhom ikun ikkuntattjat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Avukat ta’ l-Ghajnuna Legali huwa l-avukat Dr. Joseph Mifsud li ghandu mieghu assistent li huwa Dr. Malcolm Mifsud. Dawn jattendu l-Qorti darbtejn fil-gimgha mit-3.00 ‘l quddiem normalment nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Hamis. Wiehed jew l-iehor minn dawn l-Avukati jidher bhala avukat ta’ l-ghajnuna legali fil-qrati kriminali ta’ kompetenza superjuri. Hemm ukoll l-avukati u prokuraturi legali ex officio. Lista kurrenti taghhom qed titqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn jidhru ghall-ghajnuna legali fil-Qrati superjuri ta’ kompetenza civili u fil-qrati tal-magistrati kemm ta’ kompetenza kriminali u kemm ta’ kompetenza civili. Il-procedura sabiex jigi assenjat avukat ta’ l-ghajnuna legali hi regolata bil-ligi. In kwantu ghall-proceduri civili din hi regolata bl-artikoli 911 sa 925 tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili. In kwantu ghall-proceduri kriminali l-assenjazzjoni ta’ avukat ta’ l-ghajnuna legali hi regolata bl-artikoli 570 sa 573 tal-Kodici Kriminali. Fil-qosor il-procedura hi kif gej. Fil-proceduri civili tista’ ssir talba b’rikors lill-Prim’Awla tal-Qorti Civili. It-talba tista ssir ukoll bil-fomm lill-Avukat ghal Ghajnuna Legali. Il-persuna li titlob il-beneficcju ta’ l-ghajnuna legali trid tahlef li jidhrilha li ghandha jedd tajjeb u li ma ghandha ebda propjeta tal-valur ta’ tlett elef lira jew aktar. Jahlef ukoll li l-qliegh tieghu fis-sena huwa anqas mill-paga nazzjonali minima. Fil-kalkolu ma jittiehedx qis tar-residenza principali ta’ min japplika. Ir-rekwiziti dwar il-mezzi finanzjarji ma japplikawx fil-kaz ta’ proceduri ghall-korrezzjoni jew thassir ta’ xi registrazzoni ta’ xi att tat-twelid, taz-zwieg jew tal-mewt jew ghal xi registrazzjoni ta’ att bhal dan. L-Avukat ta’ l-Ghajnuna Legali imbghad jaghmel ir-rakkomandazzjoni tieghu lill-Qorti li taghti d-decizjoni taghha. Fil-proceduri kriminali fil-qrati superjuri it-talba ghall-beneficcju ta’ l-ghajnuna legali issir jew b’rikors jew bil-fomm lill-Avukat ta’ l-Ghajnuna Legali. Tista’ wkoll tigi informata il-Qort mill-akkuzat u f’dan il-kaz il-Qorti tavza lill-Avukat ta’ l-Ghajnuna Legali li jinforma lill-Qorti bl-isem ta’ l-Avukat ghall-Ghajnuna Legali li jkun se jirraprezenta lill-akkuzat. Fil-proceduri kriminali fil-qrati tal-magistrati il-qorti tahtar lill-avukat li jkun imissu mill-elenku ta’ avukati ex ufficio. Il-kondizzjonijiet dwar propjeta u dhul li japplikaw dwar il-beneficcju ta’ l-ghajnuna legali fi proceduri civili ma japplikawx ghall-proceduri kriminali.

Benefiċċji soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ġuvni, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ma jaħdimx u jgħix ma' ħuh il-ġuvni li jaħdem, hux intitolat għal benefiċċji soċjali? Jekk fl-affermattiv, liema huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Isla — Fond bi problemi strutturali

Question

Tista' l-Ministru tara li l-fond tal-Gvern fl-Isla, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qed ikun allegat mill-inkwilin li hemm problemi strutturali, jittieħdu l-passi neċessarji biex jekk dan hu minnu tkun irrimedjata l-problema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u t-Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tintalab mill-Uffiċċju tat-Taxxi Interni biex tħallas Lm2,000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Possession and Use

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinsab fl-Isla hux milqut mil-liġi Possession and Use? Jista' jinxtara? Jekk fl-affermattiv, xi proċedura trid tkun segwita, biex ix-xiri jseħħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex applikazzjoni taħt l-iskema Sir Sid Darek mingħand il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Jekk din il-persuna ilha għal dawn l-aħħar ħames snin il-kerreja rikonoxxuta tal-post indikat għandha tagħmel applikazzjoni taħt l-iskema msemmija.

Possession and Use

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-fond, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinsab fl-Isla, hux milqut mil-liġi Possession and Use? Jista' jinxtara? Jekk fl-affermattiv, xi proċedura trid tkun segwita, biex ix-xiri jseħħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex applikazzjoni taħt l-iskema Sir Sid Darek mingħand il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Jekk din il-persuna ilha għal dawn l-aħħar ħames snin il-kerreja rikonoxxuta tal-post indikat għandha tagħmel applikazzjoni taħt l-iskema msemmija.