Legislature:
Category:
Reset
Active:

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 25280 ser tingħata f'xi seduta oħra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dawn huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija fil-Ministeru jew entitajiet matul Jannar, Frar u Marzu 2007: Uffiċjal Rata kuljum Ċilindrata Kap tas-Segretarjat Lm8.26 1998cc Segretarju Privat Lm7.08 1130cc Assistent tas-Segretarju Privat Lm7.00 1400cc

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul ix-xhur ta' Jannar, Fraru Marzu nxtraw 2 karozzi għall-użu ġenerali tad-Dipartiment. Dawn kienu tat-tip Nissan Note. Il-prezz kien ta' Lm4,980 il waħda. Iċ-ċilindrata hi 1400cc petrol.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna mill-Belt Valletta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Zabbar — Mħażen

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk it-tlett imħażen li jinsabu fi Triq Bieb is-Sultan, qrib fejn jittrenjaw it-tim ta' St Patrick's, humiex vojta jew le? Jekk fl-affermattiv, jistgħu joħorġu għall-offerti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-imħażen li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma tal-Gvern u bħalissa jinsabu f'idejn it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern wara li sar żgumbrament tard is-sena li għaddiet. Dawn l-imħażen għad fihom ħafna materjal ta' 'scrap' li għad irid jitneħħa sabiex imbagħad wara jiġi deċiż xl-aħjar li jsir minnhom.

Care and Repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant kienet ibbenefikat minn għotja fis-sena 2000 biex tirranġa l-post mikri mill-Gvern. Ninsab infurmata wkoll li, għalkemm ma jirriżultax li minn dak inhar l-Awtorita’ irċeviet xi talba oħra mingħand din il-persuna, l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond biex tara jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Fond

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex jaqleb il-fond fuq xi ħaddieħor minn tal-familja, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, wara li l-inkwilin preċedenti miet madwar tliet snin ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sabiex id-Dipartiment tal-Artijiet jaqleb il-kirja minn fuq l-inkwilin ta' qabel għal fuq xi membru ieħor tal-familja sakemm ma jkunx l-armel jew l-armla, irid ikollu l-approvazzjoni tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. F'dan il-każ id-Dipartiment tal-Artijiet għadu ma rċeviex ebda komunikazzjoni mingħand id-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali.

Possession and Use

Question

Tista' l-Ministru tara għaliex il-persuna mill-Isla, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li applika biex jixtri l-fond tiegħu li għal aktar minn 30 sena, kien milqut bil-liġi Possession and Use, titħaffiflu l-applikazzjoni quddiem l-Awtorita' tad-Djar, biex isir il-kuntratt finali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fi żmien qasir l-Awtorita’ tad-Djar mistennija tinforma lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bil-prezz kummerċjali tal-fond u titlobha tipproduċi dokumenti dwar id-dħul tagħha fis-sena 2006. Dan biex jiġi verifikat jekk għandiex dritt tibbenefika minn sussidju fuq il-prezz.

Isla — Bdil ta' bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bozza li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hemm fi Triq San Ġiljan, l-Isla, ħdejn Caffe' di Capri, li l-ħin kollu tpetpet, tiġi mibdula jew irranġata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-bozza li saret referenza għaliha taqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Kunsill Lokali tal-lokal.

Servizz/settur pubbliku — Kuntratt ta' servizz

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25815, ċioe': Artiklu 3 (2) (d) ta' l-Avviż Legali 51 2007 jgħid li r-regolamenti ta' l-Avviż Legali ma japplikawx f'każ ta' kuntratti ta' servizz fis-Servizz Pubbliku jew fis-Settur Pubbliku li ma jkunux saru skond il-liġijiet applikabbli ta' Malta u partikolarment skond il-proviżjonijiet tal-Kostituzzjoni. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ħames snin sarux kuntratti simili u jekk saru, kemm kienu, f'liema gradi saru u x'kienu l-elementi fil-kuntratt/i li kienu jiksru xi liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant ingħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25815.

Ingaġġ fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25814, ċioe': L-ingaġġ fis-Servizz Pubbliku - Servizz Ġenerali - fuq bażi indefinita, sal-lum isir permezz ta' eżami fil-livell ta' clerkjew ta' principal. Jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk meta jidħol fis-seħħ l-Avviż Legali 51 ta' l-2007, jiġix affettwat dan il-metodu ta' ingaġġ u jekk iva, b'liema mod? Dan se jibqa' l-unika metodu ta' ingaġġ jew se jiġu introdotti metodi ġodda? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif se jintlaqtu l-impjegati preżenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant ingħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25814.

Impjegati mal-gvern — Kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25813, ċioe': Fl-isfond ta' l-Avviż Legali Nru. 51, Art. 7 (3) jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex minh u nkarigat mit-tiġdid jew twaqqif ta' kuntratti jinżamm responsabbli f'każ li ma jimxix mat-termini tal-kuntratti diversi, u l-klawsoli fl-avviż legali jidħlu fis-seħħ awtomatikament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant ingħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25813.

Tarzna

Question

Kemm hemm ħaddiema fulltime/part-time Maltin li jaħdmu fit-Tarzna ta' Bormla u tal-Marsa? Kemm minnhom huma fil-management? Kemm minnhuma ħaddiema tas-sengħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħala ħaddiema Maltin impjegati full time fil-facilitajiet ta’ Bormla u l-Marsa għandna dawn li gejjin: - Fit-tarzna ta’ Bormla ghandna total ta’ 1554 ħaddiem. Minn dawn hemm 198 ħaddiem fis-settur tal-Management inkluż supervisors, filwaqt li 1122 huma ħaddiema tas-sengħa. Fit-tarzna tal-Marsa għandna total ta’ 121 ħaddiem. Minn dawn hemm 18 il-ħaddiem fis-settur tal-Management inkluż supervisors filwaqt li 101 huma ħaddiema tas-sengħa. Ma hemm l-ebda ħaddiem Malti impjegat part-time fil-Malta Shipyards Ltd.

Tarzna — Ħaddiema barranin

Question

Kemm ħaddiema barranin ħadmu fit-Tarzna fl-2005 u 2006? Kemm kienu bħala esperti u kemm bħala ħaddiema? X'kien l-ammont li tħallas lil dawn il-ħaddiema? Kemm hemm ħaddiema fit-Tarzna li għandhom bejn 17-19-il sena, bejn 20-30 sena, bejn 41-50 sena u 'l fuq minn 50 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħitan tas-sejjieħ

Question

Rigward it-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 25297 jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jagħtix xi forma ta' sussidju fuq ħitan tas-sejjieħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pjan ta’ Żvilupp Rurali 2004-6 ħa ħsieb għall-għajnuna fuq applikazzjonijiet individwali dwar restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ ta’ lqugħ, biss il-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ kompletament ġodda jew li mhumiex ta’ lqugħ ma jistax ikun kopert taħt l-għan u l-arraġamenti tal-miżura agro-ambjentali li qed tkun attwata.