Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq kiri ta’ karozzi fil-Ministeru, u d-diviżjonijiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu, matul ix-xhur ta’ Jannar Frar u Marzu 2007, kienet ta’ Lm14,744 filwaqt li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) nefqet Lm30,470.39.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi ma nxtrat ebda karozza mill-Ministeru tiegħi u mill-entitajiet li responsabbli minnhom jien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ispiża fuq kiri ta' karozzi għall-ewwel tlett xhur ta' din is-sena kienet :-
Ministeru/Dipartiment Lm 3,005
Awtorita' dwar it-Trasport Lm 12,766
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li ma nxtrat l-ebda karozza għall-użu uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħi fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi effetwat ħlas ieħor lid-depożitanti tal-Bical u kumpanniji oħra? B'mod partikolari, jista' jara għala persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadu qatt ma tħallas lura ċenteżmu meta l-ammont li kien iddepożita, u li allura jrid jitħallas lura, huwa wieħed żgħir ħafna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kontrollur qiegħed jagħmel dak kollu possibbli fil-poter tiegħu biex din il-kwistjoni tiġi finalizzata fl-aktar żmien qasir sabiex il-likwidazzjoni tal-kumpaniji titkompla sal-finali u ssirdistribuzjoni ta’ dak kollu dovut fl-iqsar żmien possibbli.
Għar-rigward tal-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant, nissuġerixxi illi din il-persuna tikkunttatja dirett lilu sabiex dan jgħaddilu kopja tad-dokumenti kollha illi għandu f’idejh, sabiex il-Kontrollur ikun jista’ jivverifika u jagħti spjegazzjoni għaliex għadu qatt ma tħallas parti tal-flus lura.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-ittri li ntbagħtu f'isem il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, lid-Dipartiment ta' l-Artijiet, jiġu mwieġba?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ż-żewġ ittri li ntbagħtu lid-Dipartiment tal-Artijiet f'isem il-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġew imwieġba. Dik tad-9 ta' Frar 2007 ġiet imwieġba fis-26 ta' Frar 2007 u dik tas-17 ta' April 2007 ġiet imwieġba fl-20 ta' April 2007.
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fi żmien qasir l-Awtorita’ tad-Djar mistennija tinforma lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bid-data għall-iffirmar tal-ftehim dwar l-għotja.
Tista' l-Ministru tara li t-talba li għamlu r-residenti Għaxqin, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, rigward informazzjoni dwar kumpens tal-War Damage tkun imwieġba, għax jinħtieġu dik l-informazzjoni b'mod mill-aktar urġenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li diġa’ sar kuntatt bejn in-nutar li qed jirrappreżenta r-residenti ndikati u l-Aġent Direttur tad-Dipartiment responsabbli u ser isiru l-arranġamenti biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna minn Haz-Zabbar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li mhix qed tieħu relief u lanqas allowance, tibbenefika minn dan is-servizz biex tgħajjex familja minħabba li hija single parent u qed tgħid li ma tistax tgħajjex il-familja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, fl-24 ta’ Frar 2007, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant kienet ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Ninsab infurmata wkoll li l-imsemmi Dipartiment reġa’ kiteb lil din il-persuna dwar il-każ.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25072 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni/kumpanniji (separatament) li fil-preżent għandhom arranġament sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet pendenti tal-N.I.?
Għalkemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?
Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
X'persentaġġ ta' EU Funding utilizzat Malta s'issa minn dak li ġie allokat lilha? Kif jipparaguna ma' l-uptake tal-pajjiżi l-oħra fl-Unjoni Ewropea li ssieħbu magħna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Finanzi m’għandux dik l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25413 u jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April 2007?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta li jmiss.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25409 u jgħid kemm hawn persuni dijabetiċi u kemm minnhom huma ta' eta' minn sena sa 18-il sena, sena b'sena, jiġifieri kemm ta' sena, kemm ta' sentejn, eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali mill-pulizija, li tħallas għall-immigranti illegali fl-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm qed jiswa lill-gvern kull immigrant fid-detention centres?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma diġa' kelli l-okkażżjoni nispjega fi Tweġibiet preċedenti dwar is-suġġett, minħabba n-natura tax-xogħol minnu nnifsu u l-eżiġenzi li jistgħu jinqalgħu minn ġurnata għall-oħra, huwa impossibli li wieħed jikkwantifika bl-eżatt kemm kienet l-ispiża tal-Korp tal-Pulizija fuq iż-żamma ta' immigranti irregolari f'ċentri imexxija mill-Pulizija matul dawn l-aħħar 10 snin.
Madankollu, ninsab infurmat illi apparti s-salarji tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, l-ispiża bejn l-1 ta' Jannar 2007 u t-22 ta' Mejju 2007 kienet:
Ikel Lm66,145
Spejjeż ta' ripatrijazzjoni Lm 4,817
Spejjeż oħra Lm18,038
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-ammont totali mill-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali li tħallas għall-immigranti illegali fl-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm qed jiswa lill-gvern kull immigrant fid-detention centres?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mis-sena 2004, meta ġie allokat għall-ewwel darba Vot taħt il-Ministeru tiegħi biex ikopri spejjeż konnessi ma' l-immigranti irregolari wara li joħorġu miċ-Ċentri Magħluqa, inkluż l-ispejjeż għat-twaqqif u tmexxija ta' Ċentri Miftuħa, intefqu l-ammonti kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat.