Legislature:
Category:
Reset
Active:

Open top buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-open top buses li kellhom jibdew joperaw minn Settembru li għadda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant it-tenders għaż-żewġ rotot ingħataw u s-servizzi ser jibdew f'Lulju 2007. Dawn it-tenders ser jagħtu drittijiet esklussivi għal rotot speċifiċi.

Gambling

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minħabba l-fatt li gambling fil-forom varji tiegħu qed jikber f'pajjiżna, hux il-ħsieb tal-gvern li jirregolah b'mod aktar komprensiv? Jidhirlu l-Gvern li għandha ssir distinzjoni ċara legali bejn slot machines u amusements machines u l-użu tagħhom, u dan l-aktar fid-dawl tal-fatt li l-vizju tal-logħob qed jikber fost il-minorenni?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li das-settur huwa regolat mill-Gaming Authority nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #26358 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Peress li fil-financial estimates 2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra f'paġna 17 taħt 13. Staff Costs and Employee Information jingħad li n-nefqa ta' Lm1,932,404 (sena 2005) niżlet għal Lm1,553,292 (sena 2006) għax in-numru ta' mpjegati niżel minn 198 fis-sena 2005 għal 149 fis-sena 2006, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis fin-nefqa u fin-numru ta' mpjegati jirriżulta: mill-għeluq ta' uffiċini f'pajjiżi oħra mill-iskema ta' rtirar kmieni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26359 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

B'referenza għall-financial estimates2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra jista' jagħti breakdown ta' kif u lil min tħallsu Lm81,476 għas-sena 2005 u Lm91,285 għas-sena 2006 imniżżla bħala management remuneration f'paġna 17?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26360 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

B'referenza għall-financial estimates2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra, min huma related parties msemmija f'paġna 24 li l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu għandha tagħti Lm400,763 għas-sena 2005 u Lm883,285 għas-sena 2006?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi r-related parties imsemmija f'Paġna 24 tal-Financial Estimates 2007, li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu għandha tagħti Lm400,763 għas-sena 2005 u Lm883,285 għas-sena 2006 huma kif ġej: Related Party 2006 (Lm) 2005 (Lm) Malta Marketing Co. Ltd 748,183 386,531 AirMalta plc 121,513 14,232 Dipartimenti tal-Gvern 13,589 - Total 883,285 400,763
Leg 10 PQ #26361 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-aħħar ta' April 2007 l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu għandha arretrati x'tiġbor minn operaturi turistiċi? X'ammonti għadhom dovuti għas-sena 2005 u għas-sena 2006?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta’ April 2007, l-arretrati li kellha tiġbor l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu minn operaturi turistiċi esklużi l-liċenzji għas-snin 2005 u 2006 jammontaw għal Lm326,735. Id-dettalji jidhru hawn taħt : Dettalji Ammont (Lm) 2006 116,332 2005 90,059 Qabel 2005 120,344

Kuntratt tal-computers

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kuntratt ta' l-Integrated Health System (tal-computers) li kien tħassar minħabba allegat abbuż, hux se jkun ngħata mingħajr ħruġ ta' offerti? Jekk iva, kif ser tiġi assigurata t-trasparenza u l-kontabilita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ir-responsabilta' għall-ħruġ u l-għoti tal-kuntratt imsemmi mhix ir-responsabilta' ta' dan il-Ministeru u għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.

Każi ta' house arrest

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li jinsabu taħt bail jew house arrest u li l-każ tagħhom ilu aktar minn 15-il sena u għadhom sal-lum ma ġew deċiżi l-każi tagħhom? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-każijiet hawn fuq indikati belt belt u raħal raħal għall-Malta u Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat mill-Pulizija illi hawn żewġ persuni (1 minn Ħaż Żabbar u 1 minn Bormla) li ġew mogħtija l-liberta' proviżorja mill-Qorti aktar minn ħmistax il-sena ilu u li l-każ tagħhom għadu mhux deċiż.

Facilitators Għawdxin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26225 u għar-risposta relattiva, jista' l-Ministru ġentilment jirrispondi t-tieni parti tad-domanda u jgħid kienx hemm xi raġuni għal dan it-trasferiment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-raġuni hi l-esiġenzi tas-servizz u bzonnijiet oġġettivi.

Sptar San Luqa — Security officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm security officers jew impjegati oħra fis-servizz pubbliku li qed jagħmlu xogħol ta' security officers fl-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ammont ta' Uffiċjali tas-Sigurta' li qed jagħmlu xogħol fl-isptar San Luqa jammonta għal 60 persuna. Biss dawn ifornu wkoll iċ-Ċentri tas-Saħħa u l-isptarijiet l-oħra tal-Gvern meta dawn ikollhom uffiċjali tas-Sigurta' nieqsa.

Wardens — Imġieba ħażina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lok kif il-pubbliku jista' jirrapporta imġieba ħażina jew allegat abbuż ta' wardens? Jekk iva, kif jista' jsir dan ir-rapport u lil min għandu jiġi ndirizzat? Minn min hu kompost il-bord jew bordijiet li jinvestiga ilmenti bħal dawn? Min jagħmel ir-rapport jista' jitlob li jiġi mgħajjat biex jispjega l-każ tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess Avviż Legali li waqqaf il-Kumitat għall-Infurzar Lokali (Avviż Legali 237 ta' l-2006), ta wkoll poter lill-istess Kumitat li jinvestiga allegat imġieba ħażina minn Gwardjani Lokali. Il-pubbliku jista' jagħmel dan billi jibgħat l-ilment tiegħu lis-Segretarju, Kumitat għall-Infurzar Lokali fl-indirizz postali c/o 26 Triq l-Arċisqof, Valletta VLT 1443.

Apparat domestiku — Refund

Question

Jista' l-Ministru jagħti data meta se jingħataw ir-refunds tal-ħlas fuq xiri ta' apparat domestiku li huwa effiċjenti fl-enerġija hekk kif kien imwiegħed fil-budget 2007 wara li diversi familji applikaw għal dan ir-refund?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Żvilupp Urban u Toroq — Ħaddiema li jieħdu allowance

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ħaddiema li jieħdu allowance

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tagħha li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #25137 Sitting 529 2007-05-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa ta' kull ambaxxata ta' Malta separatament, f'operational & maintenance expenditure matul is-sena 2006?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa ta' kull Ambaxxata ta' Malta separatament f'Operational & Maintenance Expenditure matul is-sena 2006 kienet kif ġej: Ambaxxata Nefqa Ateni Lm 28.110.60 Beijing Lm 66,034.73 Berlin Lm 24,310.63 Il-Kajr Lm 33,123.86 Kanberra Lm 44,301.99 Kopenhagen Lm 54,114.44 Dublin Lm 78,954.09 Rappreżentanza Permanenti UE u Brussel Lm 280,811.12 Genevra Lm 60,347.30 The Hague Lm 88,056.89 Londra Lm 246,559.05 * Madrid Lm 66,233.14 Moska Lm 9,206.47 ** New York Lm 42,587.87 Pariġi Lm 120.569.70 Riyadh Lm 47,367.53 Ruma Lm 89,449.87 Strasbourg Lm 21,392.84 Toronto Lm 23,276.11 Tripli Lm 16,575.29 Tuneż Lm 33,152.37 Vienna Lm 54,779.67 Washington Lm 24,983.48 * Li minnu hemm kera ta' Lm189,673.91 li titħallas lill-Kumpannija ta' interessi tal-Gvern stess ** Ma tithallasx kera skond ftehim ta' reċiproċita.
Leg 10 PQ #25138 Sitting 529 2007-05-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq għamara u furnishings oħra matul is-sena 2006 għal kull residenza ta' ambaxxaturi ta' Malta separatament?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa fuq għamara u furnishings matul l-2006 għar-residenzi ta' l-Ambaxxaturi ta' Malta kienet kif ġej: Ambaxxata Nefqa Beijing Lm 43.83 Kanberra Lm 4,863.28 Kopenhagen (bdil ta' residenza b'kera aktar baxxa) Lm 1,205.33 Rappreżentanza Permanenti EU Lm 475.00 The Hague Lm 1,710.97 Lisbona (ambaxxata ġdida) Lm 12,437.00 Londra Lm 155.73 New York Lm 907.00 Ruma Lm 135.50 Tripli Lm 217.00 Tuniż Lm 142.00 Washington Lm 118.33 Il-bqija ta' l-Ambaxxati u Konsolati l-oħrajn Lm 000.00
Leg 10 PQ #25139 Sitting 529 2007-05-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxati — Servizzi ta' avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet kull ambaxxata b'mod separat, matul is-snin 2005 u 2006 fi ħlasijiet għal servizzi ta' avukati?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa li kellhom l-Ambaxxati għas-servizzi ta' avukati, matul l-2005 u l-2006 hija kif ġej: Ambaxxata 2005 2006 Copenhagen Lm 360.66 Lm 288.53 Dublin NIL Lm 1,740.00 Ginevra NIL Lm 1.835.00 The Hague Lm 927.28 Lm 2,404,46 Londra NIL Lm 486.30 Pariġi Lm 5,125.00 Lm 3,935.00 Riyadh Lm 53.00 NIL L-Ambaxxati l-oħra kollha NIL NIL

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema li għalqu l-61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-dipartiment u enti li jaqgħu taħtu, li għalqu l-61 sena u ġġeddidilhom iż-żmien? Jista' jgħid minn liema ente ġejjin u r-raġuni wara dan it-tiġdid fiż-żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

OPM — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.