Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #26362 Sitting 531 2007-05-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-aħħar ta' April 2007 l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu għandha arretrati x'tiġbor f'liċenzji minn operaturi turistiċi? X'ammonti għandhom dovuta għas-sena 2005 u għas-sena 2006?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi sa l-aħħar ta’ April 2007, l-arretrati li kellha tiġbor l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu f’liċenzji minn operaturi turistiċi jammontaw għal Lm387,248. Id-Dettalji tagħhom jidhru hawn taht: Dettalji Ammont (Lm) 2006 220,230 2005 92,185 Qabel 2005 74,833

Forsi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar sal-20 ta' Mejju, 2007 kemm ħarġu sejħiet għall-offerti mill-Armata? Kemm tefgħu l-offerti, x'kienet kull offerta u min kienu f'kull każ? Min rebaħ dawn l-offerti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Xogħlijiet f'fond — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħlijiet li qed isiru in konnessjoni ma' l-applikazzjoni PA05884/05 huma koperti bil-permessi meħtieġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni msemmija koperta bil-permess meħtieġ PA 5884/05 maħruġ fis-17 ta' Lulju 2006.

Lukanda Windsor — Ħlas ta' pagi

Question

Filwaqt li napprezza l-azzjoni li beħsiebu jieħu d-Dipartiment tax-Xogħol kontra s-sidien tal-lukanda Windsor fil-qrati Maltin dwar dewmien esaġerat tal-pagi tal-ħaddiema, jista' l-Ministru jinvestiga mill-ġdid rapporti li wasluli li huwa biss issa li tħallsu l-pagi ta' Jannar? Apparti minn hekk, ħafna ħaddiema għad iridu jitħallsu bejn ħames u sitt xhur overtime filwaqt li allegatament il-manager tal-lukanda qed javviċina lill-ħaddiema biex jistaqsihom jekk minflok ikomplux jaħdmu full time humiex lesti li jaqilbu part time biex b'hekk jiffranka l-kontribuzzjoni tal-bolla u ħlas ta' benefiċċji oħra.

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn investigazzjonijiet dwar dan il-kaz irrizulta li l-pagi ta’ Jannar 2007 tħallsu fl-14 ta’ Mejju 2007, minbarra fil-kaz ta’ zewġ ħaddiema li l-paga tagħhom għadha pendenti. Ta’ min jinnota li f’din il-lukanda l-overtime li jkun inħadem f’xahar partikulari, jitħallas mal-paga tax-xahar li jkun imiss. (ez. is-salarju ta’ Frar jinkludi fih l-overtime li jkun inħadem fix-xahar ta’ Jannar.) Id-Dipartiment xorta għadu qiegħed jinvestiga dwar pagi li jistgħu jibqgħu ma jkunux tħallsu fiz-zmien dovuti u li għalihom għadha ma ħargitx akkuza. Id-Dipartiment ser jieħu l-passi kollha neċessarji jekk jirrizulta li jkun hemm xi irregolaritajiet oħra rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-impjegati. Deċizjoni rigward bdil fil-kuntratt tax-xogħol iridu jittieħdu permezz ta’ ftehim bejn l-employer u l-impjegat.

Facilitators Għawdxin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26225, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-facilitators Għawdxin li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex u jindika d-data tat-trasferiment?

Response (GALEA, LOUIS)

Le, mhux il-kaz li t-tagħrif jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Facilitators Għawdxin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26227 u għar-risposta relattiva, jista' l-Ministru ġentilment jirrispondi għat-tieni parti tad-domanda u jgħid f'liema skejjel f'Malta qegħdin posted il-125 facilitator Għawdxin?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Ibraġġ — Għalqa

Question

Qed nirreferi din id-domanda lilek billi s-segretarju eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi qal lir-residenti li dan ma jaqax taħt il-kompitu tal-kunsill. Għandi rapporti li fi Triq is-Siegħ, l-Ibraġġ hemm għalqa li tinfed għal Triq il-Miżieb li qed tintuża bħala rubbish dump u li minkejja li skond il-mapep tal-MEPA hija pproġettata li trid issir Triq il-Wejba, għandha bini fuq art li n-nies ingħataw x'tifhem li hi art tal-gvern. Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hiex se ssir din it-triq kif indikat fil-website tal-MEPA? U jekk iva, jista' jikkonferma wkoll jekk xi bini mbarrat li hemm fl-inħawi ħdejn Triq il-Miżieb li jinfed għal Triq is-Siegħ inbeniex bil-permessi meħtieġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Pensjoni barranija

Question

Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li kien talab għall-pensjoni barranija, dik Ingliża, huwiex intitolat għaliha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Tarzna — Ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25877 u jgħid: Kemm ħaddiema barranin ħadmu fit-Tarzna fl-2005 u 2006? Kemm kienu bħala esperti u kemm bħala ħaddiema? X'kien l-ammont li tħallas lil dawn il-ħaddiema? Kemm hemm ħaddiema fit-Tarzna li għandhom bejn 17-19-il sena, bejn 20-30 sena, bejn 41-50 sena u 'l fuq minn 50 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Allowance ta' korriment

Question

Tista' l-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tingħata allowance ta' korriment fuq ix-xogħol minflok benefiċċju għall-mard u dan billi qiegħed barra mix-xogħol b'konsegwenza ta' korriment waqt ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali dwar il-każ tagħha.

Bord ta' l-invalidita'

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-bord ta' l-invalidta' se tibgħat għall-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Kontijeit tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintabgħtu separatament, qed tirċievi kontijiet tad-dawl u ilma fuq l-indirizz imsemmi meta dan ilu li waqa' f'idejn il-gvern għal diversi snin u ilu mbarrat għal ħafna snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma ma tibqax tibgħat il-kontijiet, trid tintela formola tal-bidla tal-konsumatur. Skond ir-records tal-Korporazzjoni din il-formola qatt ma kienet sottomessa u r-responsabilita’ ta’ dan il-kont qatt ma għaddiet għand xi persuna jew entita’ oħra. Għaldaqstant qatt ma sar bdil fl-isem tal-Account Holder. Madankollu il-Korporazzjoni sejra tinvestiga iċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dan il-każ kif indikati mill-Onor Interpellant.

Pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hix intitolata għal xi forma ta' pensjoni u jekk le, għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Persuna barranija — Tluq minn Malta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ma tistax issiefer minn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar informazzjoni dwar kif u min informa lis-suġġett imsemmi li ma jistax isiefer minn Malta, sabiex inkun f'pożizzjoni li nitlob l-informazzjoni għat-tagħrif rikjest.

Għajnuna soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hijiex intitolata għall-għajnuna billi tieħu ħsieb ommha anzjani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Ħlas ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hix qed tħallas kera kif suppost?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-kera tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant hi kif stabbilita fil-kuntratt iffirmat bejn din il-persuna u d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Social

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hiex intitolata għal SA issa li ommha daħlet ġo dar ta' l-anzjani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Każ ta' familja

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jiġi rivedut, billi l-qagħda ta' saħħithom marret lura u jixtiequ aktar għajnuna mill-helper?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi ser jiġi rivedut fiċ-ċirkustanzi preżenti.

Korriment fuq ix-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tara li l-każ ta' korriment fuq ix-xogħol jerġa' jiġi eżaminat billi l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għadha ma fiqietx għal kollox?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Pensjoni ta' l-invalidita'

Question

Tista' l-Ministru tgħid min ma jikkwalifikax għall-pensjoni ta' l-invalidita' H.P. (handicapped person)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna tista tikwalifika għall-Pensjoni għal Diżabilita' jekk tiġi ċċertifikata li hija persuna gravement diżabilitata, li għalkemm għad għandha tul ta' ħajja raġonevoli ma tkunx tista żżomm lilha nnifisha b'impjieg jew xogħol għal rasha fulltime, jew li ssir hekk inkapaċi meta jkollha l-eta' li tagħmel hekk, minħabba diżabilita' permanenti. L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Taqsima I) Artiklu 2, jkompli jagħti kundizzjonijiet mediċi li jaqgħu taħt din id-definizjoni. Min japplika għal din it-tip ta' pensjoni jkun irid jidher quddiem bord mediku mwaqqaf apposta.