Jista' l-Ministru jgħidli x'inhu l-ammont totali ta' fondi Ewropej li l-gvern irċieva s'issa fuq il-proġett għat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex?
X'inhu l-valur totali ta' l-applikazzjonijiet għal ħlasijiet (payment applications) li ntbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea sat-30 ta' Settembru 2007 u li l-Gvern għadu ma rċeviex il-flus tagħhom mill-kummissjoni?
Jista' jgħid jekk hemmx issues pendenti mal-Kummissjoni Ewropea fuq dan il-proġett u jekk fl-affermattiv x'inhuma l-issues?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-gvern irċieva is-somma ta’ Ewro 3,097,364.81 għall-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex.
Din il-figura hija ekwivalenti għall-applikazzjonijiet kollha li ntbaghtu għal-ħlas sat-30 ta’ Settembru 2007. B’hekk il-flus li il-gvern applika għalihom rċeviehom kollha.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma mhiex infurmata li hemm issues pendenti mal-Kummissjoni Ewropea fuq dan il-proġett.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 28099 dwar flus imħallsa, tista' issa tagħtini t-tagħrif mitlub?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar in-nefqa taħt kull item of expenditure għas-sena 2007 sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex. Ma nħossx li għandi nagħti l-informazzjoni l-ohra mitluba.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 28094 dwar voti kapitali, tista' issa l-Ministru tagħtini t-tagħrif mitlub?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar il-flus li ntefqu taħt kull item of expenditure tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex matul is-snin 2006 u 2007. Ma nħossx li għandi nagħti l-informazzjoni l-oħra mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ħabsin illum u kemm jiswew lill-pajjiż kull wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fit-8 ta’ Jannar 2008, in-numru ta’ priġunieri fil-ħabs kien ta’ 386.
Infurmat ukoll, illi jekk jingħaddu s-salarji ta’ l-impjegati tal-Ħabs, l-ispiża ta’ l-ikel, il-ħlas lill-ħabsin li jaħdmu, l-ispejjeż għal programmi ta’ riabilitazzjoni, l-ispiża tas-servizzi tas-saħħa, u spejjeż oħra rikorrenti u jiġi diviż it-total bin-numru tal-medja ta’ prigunieri f’kull ġurnata matul is-sena 2007, l-ispiża tiġi madwar 52 Ewro (LM 21.69) kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti ta' natura mhux kirurġika ġo swali kirurġiċi illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-ADT Module tal-Patient Administration System, illum (17 ta' Diċembru 2007 fil-ħdax ta' filgħodu) hemm 36 pazjent ġo swali kirurġiċi li qegħdin taħt il-kura ta' Konsulenti fil-Mediċina.
Din il-figura tista' tinbidel minn ħin għal ħin skond id-discharges u l-admissions li jkun hemm matul il-jum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li attendew l-School Girl Mother's Unitkull sena minn meta din twaqqfet u x'eta' kellhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat fil-Unit Għozza, (li qabel kienet magħrufa bħala School Girl Mothers' Unit) jmorru lura sas-sena skolastika 1989-90 kif jidher hawn taħt:
1989-90 12-il tfajla etajiet bejn 14 sa 16-il sena.
1990-91 15 14 sa 21 sena
1991-92 28 13 sa 20 sena
1992-93 20 14 sa 19 sena
1993-94 28 14 sa 20 sena
1997-98 73 14 sa 25 sena
Mis-sena 1998, ir-records bdew jinzammu skond is-sena tal-kalendarju.
1998 74 tfajla, etajiet bejn 13 sa 19-il sena.
1999 98 13 sa 19-il sena
2000 114 14 sa 19-il sena
2001 116 13 sa 21 sena
2002 131 13 sa 22 sena
2003 140 13 sa 24 sena
2004 153 14 sa 20 sena
2005 156 13 sa 20 sena
2006 176 13 sa 20 sena
2007 174 12 sa 20 sena sa l-aħħar ta' Novembru 2007.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li użaw is-servizzi offruti mill-Appoġġ din is-sena u x'tip ta' għajnuna ngħatat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, li jkopri l-ewwel sitt xhur tas-sena 2007, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmata wkoll li t-tagħrif għat-tieni sitt xhur tas-sena għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa fuq petrol minn Jannar sa Novembru tal-uffiċjali biss kienet:
Ministeru
Dekasteru
Entitajiet
Nefqa
Jannar - Novembru
Lm1234
Lm4034
Lm1437
Ufiċċjali intitolati għall-petrol
Head of Secretariat
Perm Sec
General Manager Zammit Clapp Hospital
Private Secretary
DG Public Health Regulations
Executive Officer Mount Carmel Hospital
Assistant Private Secretary
DG Health Care Services
CEO Medicines Authority
DG Strategy & Sustainability
Dir Elderly Care
Dir Corporate Services
Dir Finance & Administration
Dir Gov Pharmaceutical Services
Dir Special Initiatives
Dir Nursing Services
Dir Health Promotion & Disease Prevention
Dir Environmental Health
Dir Health Information & Research
Dir Primary Health Care
Dir Health Care Services Standards
Dir Information Management and Technology
Superintendent SLH
Adviser
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top up mobile cards fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament u xahar b'xahar?
Jista’ l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 29090 li originarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita` u issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-aħħar ftehim kollettiv li sar ftit taż-żmien/ġranet ilu mat-tobba u n-nurses?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-aħħar Ftehim Kollettiv li sar mat-Tobba u n-Nurses.
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 29083, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Profs Kenneth Wain m’għadux chairperson tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? Minn meta seħħ dan u x’kienet ir-raġuni li ma baqax chairperson tal-FES?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28993 u jgħid kif ġiet magħżula l-persuna li qed tmexxi l-Foundation for International Studies li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan l-aħħar inħatar il-Group CEO tal-kumpaniji kollha ta' l-Universita' wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet u r-Rettur preżenti ħass li biex tinħoloq sinerġija iżjed bejn attivitajiet tal-FIS u l-kumpaniji li ħafna minnhom kienu relatati ma' xulxin hu ta' vantaġġ li l-FIS tibda titmexxa mis-Sur Josef Grech fil-kariga ta' Acting CEO. Informat ukoll li dan kellu l-approvazzjoni tal-Kunsill ta' l-Universita' u għalhekk mill-2007, is-Sur Josef Grech beda jmexxi l-FIS bl-għan li jinstab l-aħjar mod kif ir-riżorsi ta' l-FIS u l-Universita' jitħaddmu aħjar.