Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin jistudjaw fl-Universita’ ta’ Malta u f’xi istituzzjonijiet oħra bħall-ITS jew l-MCAST? Jista’ jagħti breakdown ta’ kull nazzjonalita’ u kors?
Jista’ jgħid kemm huwa l-ħlas normali li student barrani hu mistenni jagħmel għal kors universitarju f’Malta? Hemm studenti barranin li għandhom permess jaħdmu waqt l-istudji tagħhom f’Malta?
Kemm hemm studenti barranin akkommodati fir-residenzi uffiċjali bħall-university residence u taħt liema kundizzjonijiet student barrani jista’ jakkomoda ruħu hemmhekk?
X’miżuri jittieħdu sabiex jigi żgurat li studenti barranin li jistudjaw Malta jkollhom, attwalment, il-mezzi finanzjarji sabiex iżommu lilhom infushom hawn Malta? Huwa kkontemplat li jiddaħħlu miżuri bħalma hemm, per eżempju, l-Canada fejn studenti għandu jkollhom kont imħaddem mill-istituzzjoni li minnha jitħallsu pocket money regolari u spejjeż bħal kera, trasport, kotba, ecc.?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex jiġi ċċertifikat li barranin li jżuru Malta taħt tourist visa attwalment jitilqu minn Malta fit-terminu tal-mawra tagħhom?
Iħoss il-Ministru li wasal iż-żmien li jsir enforcement aktar bir-reqqa billi sid il-post fejn jiġu akkommodati dawn it-turisti tul il-mawra tagħhom ikun mgħobbi b’ċerta responsabbilta’ li jara li dawn jitilqu minn Malta fi tmiem il-mawra tagħhom?
Iħoss li hemm bżonn ta’ kontrolli aktar iebsa għall-influss ta’ persuni mingħajr permess biex jgħixu jew jaħdmu f’Malta, liema kontrolli għandhom isiru billi jerġgħu jiddaħħlu embarcation and disembarcation cards flimkien ma’ scanning elettroniku tal-passaporti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kontinwament tagħmel spezzjonijiet għal-persuni ta’ nazzjonalita’ barranija li jistgħu jkunu Malta wara li tkun skadietilhom il-visa. Fil-fatt matul is-sena 2007, kien hemm 331 persuna li nstabu li kienu Malta irregolarment.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-għoli tal-bini permess fiż -żona ta’ l-ex Forum Hotel f’St. Andrews / Swieqi?
Jista’ jgħid jekk hemmx xi applikazzjonijiet jew pjanijiet oħra għas-sit ta’ l-ex Forum Hotel?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li Policy NHSW09 tindika li l-maximum building height limitation fuq is-sit hi 3 floors plus semi-basement.
Rigward applikazzjonijiet fuq is-sit ta’ l-ex Forum Hotel, bħalissa hemm tliet applikazzjonijiet pendenti, jiġifieri:
PA3907/04 - Outline development application: ‘Demolition of Forum Hotel and villa and substitution with multi purpose complex’
PA3043/05 - Full development application: ‘Proposed demolition of Forum Hotel and adjacent villa’
PA7245/05 - Full development application: ‘Proposed demolition of Forum Hotel and adjacent villa and construction of apartments, showrooms, basement garages + class 4 shop and semi-detached villas’.
Diskussjonijiet dwar dawn l-applikazzjonijiet għadhom għaddejin mal-perit u l-applikant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 29628 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lill-Prim Ministru, billi ftit ilu l-Ministru għarraf lill-Kamra li l-post tal-Kap tax-Schengen Unit fil-Ministeru baqa' ma mteliex għaliex fost dawk li applikaw kien hemm min ma nstabx adegwat filwaqt li kandidat ieħor ġie skwalifikat, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk u meta ser tinħareġ sejħa ġdida għall-applikazzjonijiet?
Jista' jikkonferma li l-persuna li qed tikkordina din it-taqsima bħalissa oriġinarajment kellha kuntratt ta' advisor? Jista' jgħid jekk il-kuntratt għadux l-istess? Jista' jgħid jekk hux minnu li qed jġi esplorat flimkien mal-MPO fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jekk dan il-kuntratt jistax jinbidel għall-ieħor b'titlu differenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29628.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-petizzjoni tat-12.01.08 lill-MEPA dwar PA 7245/05 fejn għadd ta' residenti minn St. Andrews u l-Ibraġġ talbu li jiġi republished for consultation is-site notice ta' l-applikazzjoni minħabba f'tibdil allegatament sostanzjali fl-iżvilupp propost?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ittra ta' petizzjoni datata 12 ta’ Jannar 2008 ġiet sottomessa lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fit-22 ta’ Jannar 2008. L-applikazzjoni pendenti PA 7245/05, li għaliha tirreferi, qegħda tkun ipproċessata u analizzata mid-Direttorat ta' l-Ippjanar b’riżultat li għadu ma ntlaħaqx qbil fuq il-pjanti. Fil-każ li l-proposta tinbidel, jista' jintalab li l-applikazzjoni tiġi ppubblikata mill-ġdid (republishing). Għalhekk, il-pubbliku se jkun jista' jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien opportun.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ġara mill-inkjesti li kienu pendenti quddiem il-Maġistrat Montebello?
Jista' jgħid kemm-il inkjesta ħalla warajh il-Maġistrat Montebello u kemm-il waħda ġiet konkluża u mibgħuta lill-AG?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi meta irtira l-Maġistrat Dr. Dennis Montebello, huwa kellu 67 inkjesta pendenti fil-Qorti ta’ Malta. Dawn ġew mgħoddija lil Maġistrat ieħor u minnhom fadal biss 3 pendenti.
Rigward il-Qorti ta’ Għawdex ninsab infurmat illi n-numru ta’ inkjesti pendenti ta’ dan il-Maġistrat hu ta’ 19.
Jista' l-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm-il kumpilazzjoni ġiet reġistrata fis-snin 2006 u 2007 u kif kienu mqassma?
Jista' jgħid kull maġistrat kemm-il inkjesta ħa u kemm minnhom ġew konklużi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il kumpilazzjoni ġiet appuntata għas-sentenza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-Qorti ta’ Malta, mis-sistema kompjuterizzata, jirriżulta li hemm 177 kumpilazzjoni differiti għas-sentenza, filwaqt illi fil-Qorti ta’ Għawdex hemm 14.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħtina idea ta' kemm ilha pendenti l-itwal kawża kriminali?
Response (BORG, TONIO)
Il-kumpilazzjonijiet kriminali bdew jiġu reġistrati fuq sistema kompjuterizzata fis-sena 2000.
Ninsab infurmat illi minn stħarriġ manwali li għamel ir-Reġistratur fil-Qorti ta’ Malta jirriżulta li l-aktar kumpilazzjoni li ilha pendenti twassal għas-sena 1999.
Infurmat ukoll illi skond ir-rekords fil-Qorti ta’ Għawdex , il-kawża li ilha l-aktar pendenti hi waħda reġistrata fis-sena 1986.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
It-total tan-nefqa fuq safar għall-Ministeru inkluż l-Ambaxxati kien ta' € 1, 039,076.18. Matul l-istess perijodu l-Ministeru rċieva €114,345.26 bħala rifużjoni mill-Unjoni Ewropeja.
Minħabba n-natura tal-ħidma tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin mhuwiex prattiku li tingħata l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid minn ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġejja:
Xahar
Head Office u FME
Ambaxxati
Jannar
€ 6,954.89
€ 8,051.08
Frar
€ 2,983.71
€ 5,808.97
Marzu
€ 5,522.33
€ 10.535.59
April
€ 3,280.50
€ 6,064.02
Mejju
€ 5,916.00
€ 4,373.85
Ġunju
€ 1,027.32
€ 10.438.98
Lulju
€ 1,770.02
€ 3,707.89
Awissu
€ 1,327.03
€ 7,072.42
Settembru
€ 291.63
€ 7,904.60
Ottubru
€ 73.76
€ 5,868.15
Total
€29,147.19
€ 69,535.08
Total Sħiħ
€ 98,682.27
Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 26132. Nixtieq inżid illi b'effett mit-22 ta' Ottubru 2007, id-Direttur dwar ir-Relazzjonijiet esterni u Kummerċ Internazzjonali ġie maħtur Ambaxxatur ta' Malta fl-Eġittu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26148.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Minn Jannar sa Ottubru 2007 ma ngħatawx direct orders mill-Ministeru u d-dekasteru li jaqgħu taħti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
In-nefqa totali kienet ta' € 49,230.97 li minnhom € 36,763.43 kienu għall-Ambaxxati kollha ta' Malta.
L-uffiċċjali huma dawk normalment intitolati għall-karozza jiġifieri s-Segretarja Permanenti, id-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi, membri tas-Segretarjat Privat u oħrajn fosthom l-Ambaxxaturi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28797 u jikkunsidra li jnaqqas it-taxxa tad-dħul minn fuq dik il-parti tal-paga li konjugi separati jkunu obbligati li jħallsu f'manteniment għat-tfal tagħhom lill-parti l-oħra anke meta ma jkollhomx kustodja fuq dawn it-tfal sakemm dan kollu jkun qed isir skond digriet tal-Qorti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29131.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28742 jista' l-Prim Ministru jgħid kif intnefqu u f'liema proġetti ġew vvotati/usati s-somma lump sum ta' aktar minn Lm112 miljun li sal-lum Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29292.