Jista' l-Ministru jgħid hemm xi ċans li jibda jsir diabetic clinic fil-Health Centre ta' B'Kara minflok dak tal-Mosta biss?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-preżent klinika tad-dijabete fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' B'Kara ma tistax tinfetaħ minħabba li jeżisti nuqqas ta' tobba li jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jara jekk is-siġar fi Triq is-Santwarju B'Kara jistgħux jiġu miżbura għaliex qegħdin iwaqqgħu l-weraq fuq il-bjut tan-nies u jsoddu l-katusi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-siġar fi Triq is-Santwarju, Birkirkara, jiġu miżburin regolarment skond il-programm u l-ħtieġa taż-żbir. Jidher li bħalissa dawn m’għandhomx bżonn żbir.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu? Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħtu? Minn min huma komposti u x'inhi l-onorarja u benefiċċji oħra ta' kull wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23555.
Tista' l-Ministru tgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond it-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Karozzi environmental friendly
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqijsa numru 25260.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informazzjoni dwar l-ispejjeż li jinkludu l-flights u substance allowance li jinkludu l-lukandi ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma tistax tinżamm l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. Hemm diversi okkażjonijiet fejn l-akkomodazzjoni hi mħallsa minn min jistieden. F'okkażjonijiet oħra individwu jingħata substance allowance u għaldaqstant ma tinżammx indikazzjoni ta' kemm stilel tkun il-lukanda.
Turiżmu u Kultura — Karozzi environmental friendly
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti kollha li jaqgħu taħtu ma xtraw l-ebda karozza tat-tip li qed jirreferi għalih l-Onor interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorita' tad-Djar, li biegħet post f'San Pawl il-Baħar, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li hu elevated groundfloor flat, fuq il-kuntratt oriġinali kien hemm li jista' jsir użu tal-parti komuni, u għandu wkoll id-dritt ta' l-użu tal-bejt, madankollu qed ikun imċaħħad milli juża dawn id-drittijiet li skond il-kuntratt oriġinali huma tiegħu? X'passi se tieħu l-Awtorita' tad-Djar biex tkun irrimedjata din il-problema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma ċaħdet ebda dritt lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jekk din il-persuna ġiet imċaħħda minn terzi minn xi dritt legali, m’hemm xejn xi jżommha milli tieħu l-passi legali meħtieġa biex tieħu lura dan id-dritt.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex persuna minn Birżebbuġa, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tkompli tħallas il-kera tal-privat minħabba d-dħul finanzjarju baxx li għandha, qatt ma ġiet offruta post alternattiv mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant diġa kienet qegħda tgħix f'post tal-gvern, iżda minħabba raġunijiet personali kellha titlaq minn hemm.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-għassa tal-pulizija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma ħadux il-passi neċessarji biex jitneħħew il-vending machines li ġew installati bla permess?
Response (BORG, TONIO)
Il-Pulizija tad-Distrett ħadet passi. Sadanittant il-permessi meħtieġa mill-Kunsill Lokali ħarġu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li jinsab fil-Belt hux rekwiżizzjonat jew le? Jista' jikkonferma jew jinnega jekk is-sid hux l-Uffiċċju Konġunt jew id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-post li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant fil-fatt huwa tal-Gvern u dan kien ingħata b'ċens temporanju li issa skada. It-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern mhix infurmata jekk dan il-post hux rekwiżizzjonat. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li d-dipartiment responsabbli mill-proċeduri ta' rekwiżizzjoni huwa dak tal-Akkomodazzjoni Soċjali.