Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' sinjura separata bi tlett itfal, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija fuq ir-relief u d-dar tagħha tinsab f'abbandun? Tista' l-Housing Authority tara s-sitwazzjoni u tara x'jista' jsir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tal-Awtorita’ tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26305 u jara għaliex anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament qed inaqqsulu Lm78 fix-xahar mill-pensjoni tat-teżor? Jista' jiġi nfurmat għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26305.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' ġuvni, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li qiegħed jistenna biex jieħu r-relief u għadu ma rċieva xejn? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara jekk is-sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex jieħu pensjoni kemm ħaqqu peress li qiegħed iħoss li mhux jieħu pensjoni diċenti għax-xogħol li kien jagħmel? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26295 u 26264 dwar il-provvista ta' l-ikel mill-Unjoni Ewropea u jgħid għalfejn dawk l-anzjani li kienu qed jirċievu din l-għajnuna issa twaqqfitilhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nerġa’ ngħarraf lill-Onorevoli Membru li l-ikel li qiegħed jirreferi għalih huwa regolat mir-Regolament EU 3149/92. Dan jirreferi għal għajnuna lil dawk l-aktar fil-bżonn irrispettivament jekk humiex anzjani jew le.
Jista' l-Ministru jelenka l-ispejjeż kollha magħmula minn dan il-ministeru in konnessjoni man-Notte Gozitana kif ukoll jelenka t-tenders u direct orders maħruġa in konnessjoni ma' din l-attivita' u jindika min ħa t-tender jew direct order relattiv u l-ammont involut?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif jidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li applika għall-pensjoni ta' l-irtirar għadu ma rċieva xejn mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-findings kollha li joħorġu mis-Survey on Income and Living Conditions għas-sena 2005? Tista' tgħid jekk sarx is-Survey on Income and Living Conditons għas-sena 2006 u jekk sar meta se joħroġ ir-riżultat tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti spjega ta' dak li stqarr pubblikament fil-ħarġa tal-ġurnal "In-Nazzjon" bid-data tat-30 ta' Mejju, 2007 meta qal li l-Gvern jixtri l-computers tiegħu bl-aktar mod effettiv bl-inqas total cost of ownership possibli? Jista' jgħid b'liema mod qed jixtri dawn il-computers u kemm kienet in-nefqa kull sena għax-xiri ta' computers għall-impjegati tal-Gvern, minn kemm ilu li daħħal il-computers fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ il-Gvern? Min kienu l-kumpaniji li ssuplixxew dawn il-computers? Liema kienu d-dipartimenti u f'liema sena daħħlu l-computers għall-ewwel darba u/jew biddlu l-computers? Kemm-il impjegat tal-Gvern sena b'sena ġie fornut bil-computer?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kemm ilu mwaqqaf il-Ministeru tiegħi, in-nefqa fuq computers kienet kif murija fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kumpaniji li mingħandhom inxtraw il-computers huma:
Merlin Computers
Forestals
Intercomp
VSS
Tabone Computers
A to Z Electronics u
Strand Electronics.
Il-Ministeru jixtri l-computers permezz ta' Local Purchase Orders, bl-e procurement, quotations jew tenders.
Tista' l-Ministru tivverifika għaliex il-familja, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma tikkwalifikax skond l-iskema għall-eżenzjoni mis-surcharge fuq kontijiet ta' l-ilma u l-elettriku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ħames Community Technology Learning Centres li huma mgħammra b'teknoloġiji speċjalizati biex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jużaw dawn iċ-ċentri, humiex aċċessibli għal kulħadd, inkluż għal dawk li għandhom diżabilita' severa li taffettwa l-mobilita'? Fejn huma dawn iċ-ċentri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevelli Interpellant li l-Community Technology Learning Centers huma Ċentri li twaqqfu ma’ Organizzazzjonijiet li jaħdmu ma’ nies li għandhom bżonn attenzjoni speċjali biex jagħmlu użu jew jitgħallmu kif jużaw it-teknoloġija. Huma vejikolu ta’ kif il-Gvern qed jaħdem ma’ diversi stakeholders biex ikompli jkisser il-qasma diġitali. Iċ-Ċentri huma miftuħa għal firxa ta’ nies inklużi dawk neqsin mid-dawl. Xi uħud miċ-Ċentri jispeċjalizzaw fil-bżonnijiet ta’ nies b’diżabilita’.
Iċ-Ċentri miftuħa s’issa huma fl-Eden Foundation, Bulebel; l-Aċċess, il-Birgu u fil-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, il-Blata l-Bajda, Ir-Richmond Foundation, St. Venera u l-UĦM, il-Furjana. Dalwaqt ser jinfetħu żewġ Ċentri oħra – wieħed mal-Physically Handicapped Rehabilitation Fund, f’Kordin u l-ieħor mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, il-Belt. Lewwel tliet ċentri imsemmija huma aċċessibli wkoll għal dawk li għandhom diżabilita severa li taffetwa l-mobilita.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura u/jew s-sistema li biha familji li ma jistgħux ilaħħqu ma' l-ispiża ta' xiri ta' computer, qed jingħataw opportunita' li jakkwistaw computers f'kondizzjoni tajba bi prezz imraħħas ħafna, kif stqarr pubblikament fil-ġurnal in-Nazzjon, tat-30 ta' Mejju, 2007?
Min qiegħed jissupplixxi dawn il-computers? Dawn huma computers second hand? X'inhuwa l-prezz ta' dawn il-computers?
Response (GATT, AUSTIN)
Bi pjaċir ninnota li fl-aħħar l-Oppozzizzjoni qiegħda tinteressa ruħha f’dan l-izvillup pozittiv għal dawk il-familji li ma’ jistgħux ilaħħqu ma’ l-ispiza ta’ kompjuter ġdid. Ngħid dan għaliex s’issa l-unika ħaġa li għamel il-Partit Laburista f’dan il-proċess kien li wera opportunizmu politiku bla preċedenti bil-għan li jgerrex lil min hu interessat li jikkompeti għal dan it-tender billi wasal ukoll biex hedded lil kull min hu interessat li jekk qatt il-Partit Laburista jkun fil-Gvern, kien ser jirrevedi kuntratt pubbliku li jkun ingħata skond il-Ligi.
Fir-rigward tal-mistoqsijiet speċifiċi ta’ l-Onorevoli Interpellant ninsab infurmat li:
Ser jinħargu linji gwida dwar min hu eliġibbli għal dawn il-kompjuters. Wara jkun hemm proċess ta’ applikazzjoni miftuħa.
Dawn huma kompjuters u laptops li llum qegħdin jintuzaw fil-Gvern u l-prezz ikun stabbilit wara li taghlaq it-tender relattiva biex jigi stabbilit l-ispiza tar-refurbishment.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26239 u jgħid sa liema data jistgħu jiġu sottomessi kontijiet għall-ħlas ta' xogħoljiet ta' proġetti permezz ta' fondi tal-Protokol Taljan u tal-pre-accession funds mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 26239.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jiġu proposti sabiex tingħeleb il-problema tat-traffic congestion li se tkun ikkawżata mill-proġetti kbar residenzjali li qegħdin isiru fil-ponta ta' Tigne', Sliema?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2005 l-Awtorita’ Dwar it-Trasport ippreparat Draft Transport Action Plan għall-Penisola ta’ Tigne’. Dan il-pjan dettaljat jinkludi livelli ta’ traffiku attwali kif ukoll kundizzjonijiet ta’ kif inhu mistenni li ser ikun it-traffiku la darba jinbdew ix-xogħlijiet fuq numru ta’ żviluppi kbar li huma ippjanati f’din iż-żona urbana traffikuża.
Wara li saret ħafna konsultazzjoni dwar dan it-
Transport Action Plan
, l-Awtorita’ Dwar it-Trasport irċeviet numru ta’ kummenti u suġġerimenti minn membri interessati f’dan il-qasam kif ukoll minn membri tal-pubbliku. B’riżultat ta’ dan saru numru ta’ modifikazzjonijiet f’dan it-
Transport Action Plan
.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm membri tal-korp tal-pulizija ggradwaw bħala avukati matul dawn l-aħħar tmien snin? Kemm minn dawn ma baqgħux fil-korp tal-pulizija wara li ggradwaw u x'kienet ir-raġuni għala spiċċaw mill-korp?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar tmien snin iggradwaw bħala avukati 12-il membru mill-Korp tal-Pulizija, li minnhom wieħed spiċċa mill-Korp minħabba raġunijiet ta' saħħa.
Issa li reġa' qed jiġi estiż id-drenaġġ f'Rabat Road, Dingli, jista' l-Ministru jara li d-djar u l-irziezet kollha f'dawn l-inħawi jiġu mqabbda mas-sistema tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-parti l-kbira ta’ l-irziezet li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant qegħdin f’livell baxx wisq biex ikunu kkumunikati mas-sistema tad-drenaġġ mingħajr ma ssir pumping station ġdida.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm speech therapists jaħdmu mad-diviżjoni tas-saħħa bħalissa? Kemm suppost hu l-complement? Billi hemm numru ta' speech therapists gradwati li qed jaħdmu mal-privat, hemm il-ħsieb li jiġu mpjegati speech therapists fil-futur qarib? Meta kien l-aħħar li ħarġet sejħa biex jiġu impjegati speech therapists?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru fil-gradi kollha ta' Speech Therapist li jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' huwa ta' 54.
Qed jittieħdu passi mal-Public Service Commission biex mill-aħħar sejħa għall-applikazzjoni li ħarġet fis-6 ta' Novembru 2006 fejn kienu ġew impjegati sitt Speech Therapists jiġu mpjegati disa' Speech Therapists oħra.
Jista' l-Prim Ministru jikkordina ma' l-Awtorita' tax-Xandir sabiex fuq l-istazzjon tar-radju li jxandar fuq il-frekwenza 106.6 il-mużika meta ma jixxandrux is-seduti parlamentari, ma jkomplix juża kliem dispreġjattiv bħal "talking lot of rubbish" meta dan l-istazzjon jirreferi għal dak li jingħad minn DJs ta' stazzjonijiet tar-radju lokali oħrajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.