Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċensiment 2005

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jixxandar ir-riżultat taċ-ċensiment tas-sena 2005, speċjalment dak dwar djar u akkomodazzjoni vakanti peress li t-tagħrif hu kruċjali għal sorveljar dwar is-suq tal-proprjeta' f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26429 Sitting 533 2007-06-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bugibba, Sliema u San Ġiljan — Kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex xogħlijiet ta' tħammil u kostruzzjoni f'inħawi ta' Buġibba, Sliema u San Ġiljan ma jkomplux iħarbtu n-negozju ta' stabbilimenti turistiċi u lukandi bħal Fortina u Rafael Spinola?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura bi qbil mall-BICC kull sena jieħu ħsieb li jippubblika avviż li hu ntenzjonat inaqqas l-iskomdu fiż-żoni kollha turistiċi matul ix- xhur tas-sajf. Minbarra dan, il-Ministeru ta s-sehem tiegħu fil-Building Regulations maħruġa din is-sena u li bħalissa qegħdin fi stadju ta’ konsultazzjoni pubblika. Bi ftehim mal-ADT u l-MHRA ġie msaħħaħ il-mod ta’ kif jingħataw il-permessi għall- trenching works f’żoni turistiċi matul ix-xhur tas-sajf biex jiġi minimizzat iċ-ċans li l-industrija tintlaqat ħażin.

Skemi ta' qbiela

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi skemi differenti ħarġu ta' qbiela fuq art agrikola lill-bdiewa u raħħala matul din is-sena mid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta'? Kemm se jkollhom iħallsu iżjed il-bdiewa u r-raħħala meta mqabbel ma' kemm kienu jħallsu qabel? X'effett se jkollha ż-żieda fuq il-vijabilita' tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta' fi ħdan it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern matul din is-sena ma ħareġ l-ebda skema ġdida ta' qbiela fuq art agrikola tal-Gvern.

Tfal bid-dyslexia

Question

Jista' l-Ministru jelenka x'inhuma d-drittijiet ta' tfal li jkunu dyslexic fis-sistema edukattiva tagħna? Speċifikament x'inhi l-għajnuna li tingħatalhom waqt l-eżamijiet? Per eżempju, fl-Amerka tfal li huma severely dyslexic għandhom l-opportunita' li jingħataw eżamijiet orali, waqt li fl-Ingilterra The Disability Discrimination Act part 4, Examinations and Assessment Good Practices Act tistabilixxi li discrimination can take place by failing to make reasonsable adjustments when they are placed at a substantial disadvantage compared to other people for a reason relating to their disability. Ġejt infurmat li studenti jingħataw extra time f'ċerti suġġetti biss, meta d-diżabilita' fl-ipproċessar tal-ħsejjes ta' l-ittri u l-kliem fil-moħħ mhix limitata għal ċertu suġġeti biss? Jista' jikkonsidra miżuri verament sempliċi bħal karti ta' l-eżami b'tipa ikbar, jew l-użu ta' word processors għal dawk l-istudenti li għandhom tip ta' dyslexia forsi iktar severa liema għajnuna qed tingħata f'pajjiżi oħra? Kemm hemm educational psychologist li kapaċi jassessjaw it-tfal u kemm hemm minnhom fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li waqt l-eżamijiet tfal li jiġu ċertifikati dyslexic jingħataw reader, extra time u scribe skond il-ħtiġijiet partikolari kandidat konċernat. Dawn l-arranġamenti speċjali jingħataw propju biex tfal dyslexic ma jiġux svantaġġati. Fil-każ ta' l-eżami għad-dħul fil-Form 1 fil-Junior Lyceum dawn l-arranġamenti jingħataw fil-ħames suġġetti li jiġu eżaminati fihom. Isiru wkoll karti ta' l-eżami b'tipa akbar wkoll kull meta din il-ħtieġa tiġi identifikata u mitluba. Informat ukoll li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jistgħu jingħataw servizzi psikoloġiċi biex jassesjaw it-tfal.

Attard — Triq Konti R Barbaro

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hi ppjanata li ssir Triq Konti R Barbaro, f'H'Attard?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant hija nkluża fil-programm tat-toroq li jridu jsiru. Din it-triq ser issir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Balzan — Triq Bir Bal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hi ppjanata li ssir Triq Bir Bal f'Hal Balzan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li Triq Bir Bal f'Ħal Balzan hija nkluża fil-programm ta' toroq li jridu jsiru. Ix-xogħlijiet fuq Triq Bir Bal Balzan għadhom kif ingħataw fil-ġranet li għaddew permezz ta' żewġ kuntratti mill-period contract. Ix-xogħol mistenni jibda għall-aħħar ta' Ġunju.

Attard — Triq A Durer

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet biex tinfetaħ il-kumplament ta' Triq A Durer, f'H'Attard għadhom ma bdewx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant u qed isiru il-preparamenti meħtieġa. Ix-xogħol fuq din it-triq ser issir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Attard — Triq it-Taħħan

Question

B'referenza għall-mistqosija parlamentari 25726 jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet fi Triq it-Taħħan H'Attard għadhom ma bdewx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir l-ippjanar u l-ftehim neċessarju mall-bidwi biex il-kuntrattur ikun jista' jibda jpoġġi l-blokki tal-ġebel peress li t-triq hi dejqa wisq biex tippermetti l-inġenji neċessarji li jgħaddu. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġranet li ġejjin.

Attard — Reserved Parking

Question

B'referenza għal mistoqsijiet parlamentari 19495, 21718 u 25977 u peress li minn spezzjoni li saret fuq il-post, cioe quddiem l-indirizz 1, Sqaq il-Pjazzetta Nru 2, Attard, minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li r-reserved parking li għaliha qed nirreferi din il-mistoqsija parlamentari mhux għal użu minn persuni b'diżabilita', u minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku sa mis-sena 1998 ma nstabitx approvazzjoni għal tali reserved parking, iżda t-Taqsima hi nfurmata li tali approvazzjoni nħarġet mill-pulizija u peress li fit-tweġiba 21718 jingħad li hija biss l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta li tipprovdi għal postijiet ta' parkeġġ kontinwu, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex u kif u fuq liema bażi t-tali approvazzjoni nħarġet mill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Mir-records tal-Pulizija ma irriżulta li hemm xejn dwar dal-każ. Illum kwestjonijiet bħal dawn huma responsabbilita' ta' l-Awtorita' tat-Trasport li jekk tħoss li ma hemmx ġustifikazzjoni għal reserved parking, tneħħieh.

Sptar San Luqa — Parkeġġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26384 jista' l-Ministru jgħid kemm ilha topera l-kumpanija privata tal-parkeġġ fl-Isptar San Luqa kemm karozzi ġew clamped?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' karozzi li ġew clamped kemm ilha topera l-kumpanija privata huwa ta' tlett elef, erba' mija u disgħa u tmenin (3489).
Leg 10 PQ #26467 Sitting 533 2007-06-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għarb — Triq Dun Alwiġ Mizzi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26224 li ġiet riferuta lill-Ministru għal Għawdex, peress li għaddejjin xogħlijiet fit-triq li tagħti għall-Għarb, Għawdex u per konsegwenza qed jgħaddi ħafna traffiku minn Triq Dun Alwiġ Mizzi u l-vetturi qed jgħaddu minn hemm b'ċerta veloċita' li toħloq ċertu perikolu, tista' l-Ministru tara li ssir sinjaletika li tiggwida lis-sewwieqa biex isuqu bil-mod f'dik iż-żona?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li minn spezzjonijiet li saru ma hemmx il-frekwenza tat-traffiku jew traffiku li jgħaddi b'veloċita eċċessiva minn Triq Dun Alwiġ Mizzi minħabba li hemm toroq alternattivi aħjar.
Leg 10 PQ #26469 Sitting 533 2007-06-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għarb — Triq il-Knisja

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlarmentari 26220 li ġiet riferuta lill-Ministru għal Għawdex, peress li fi Triq il-Knisja, Għarb m'hemm ebda tabella li turi li fil-viċinanzi hemm skola, biex is-sewwieqa speċjalment dawk mhux midħla ta' l-inħawi jkunu jafu li jridu joqogħdu aktar attenti, tista' l-Ministru tara li din it-tabella jew tabelli jsir jew isiru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li fi Triq il-Knisja, Għarb diġa hemm sinjali miżbugħin fl-art biex is-sewwieqa jsuqu bil-mod u biex juru li hemm skola fil-viċinanzi.

Fakulta' tal-Inġineraija — Computer Programming

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 25507 u cioe' : Peress li saru lmenti minn diversi studenti tal-Fakulta' ta' l-Inġinerija dwar is-suġġett Computer Programming liema lmenti kienu dwar eżamijiet li jsiru fuq il-computers ta' l-Universita' u waqt l-eżami kien hemm breakdown tas-sistema, bil-konsegwenza li dawn l-istudenti ma setgħux ikomplu l-eżami u ġew penalizzati għax ma komplewx. Peress li din hija sitwazzjoni inġusta fil-konfront ta' dawn l-istudenti jista' l-Ministru jintervjeni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm l-ebda ilmenti dwar is-suġġett "Computer Programming" la mal-Kap tad-Dipartiment u l-anqas mad-Dekan tal-Fakulta'.

Studenti tal-B.Com

Question

Peress li saru diversi lmenti minn studenti tal-B.Com għaliex fil-karti ta' l-eżamijiet tagħhom qed jintalbu jnizzlu isimhom u n-nurmu tal-karta ta' l-identita' minflok l-index number kif normalment isir, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan qed isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma wasal ebda lment dwar dan, la minn xi studenti individwali u lanqas mir-rappreżentanti ta' l-istudenti.

Għawdex — Akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' l-Ministru ġentilment tgħid kemm-il applikazzjoni hemm pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex u tgħid kemm kull waħda minnhom ilha pendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Forzi Armati

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li jagħti l-pensjoni lil dawk il-membri tal-AFM li m'għalqux 25 sena servizz u jridu jitilqu din is-sena għaliex għandhom 'l fuq minn 55 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Artikoli dwar Pensjonijiet dwar il-Forzi Armati ta’ Malta.

Kuntratt tal-computers

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26363 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk il-kuntratt ta' l-Integrated Health System (tal-computers) li kien tħassar minħabba allegat abbuż, hux se jkun ngħata mingħajr ħruġ ta' offerti? Jekk iva, kif ser tiġi assigurata t-trasparenza u l-kontabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Għajnuna supplimentari

Question

Jista' l-ministru jgħid għaliex din il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-għajnuna supplimentari sal-lum għadha ma rċeviet l-ebda risposta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.