B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19113, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-proġett tal-Bieb il-Belt u tat-Teatru Rjal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19113.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18246 li saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi talba kemm mill-Ministeru jew mid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex il-bini ta' l-isptar Sir Paul Boffa jiġi skedat? Jekk le, hemm xi ħsieb biex dan isir?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma saret l-ebda talba sabiex l-isptar Sir Paul Boffa jiġi skedat. M'hiniex infurmat jekk il-Gvern għandux il-ħsieb biex dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement hemm fuq Triq/Wied Siekel fil-Fontana Għawdex? X'inhu kull każ? Fejn wasal kull każ ta' enforcement u x'passi ttieħdu jew se jittieħdu f'kull każ ta' enforcement?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Din hija l-informazzjoni mitluba:
Numru ta’ l-Avvi
ż
Deskrizzjoni ta’ l-Avvi
ż
Status
ECF 176/04
Għandek żvilupp mhux skond il-kundizzjoni Numru 9 u l-pjanti approvati tal-permess PA6537/02 datat 12 ta' Novembru 2003 li jikkonsisti f'xogħlijiet ta': 1) bdil ta' ħnejjiet ma’ travi ġodda. 2)Bdil ta’ xorok. 3) Tibdil fil-pożizzjoni ta' l-aperturi.
Kaz magħluq bil-ħruġ tal-permess PA2965/04
ECF 569/04
Għandek żvilupp mingħajr permess u li jikkonsisti f'kostruzzjoni ta'
store
u ħitan tal-franka.
Applikazzjoni sanatorja PA0240/05 pendenti quddiem il-Bord ta’ l-Appell
ECF 729/04
Għandek żvilupp bi ksur tal-kundizjoni numru 13 tal-permess PA4724/00 datat 29 ta' Novembru 2002 peress li waqqajt parti min-naħa ta' wara tal-binja.
Każ magħluq bil-ħruġ tal-permess PA5160/04
ECF 773/04
Għandek żvilupp mingħajr permess u li jikkonsiti fi tfigħ ta' materjal.
Pendenti
Direct Action Team
ECF 822/04
Għandek żvilupp mingħajr permess u li jikkonsisti fi tfigħ ta' materjal.
Pendenti
Direct Action Team
ECF 748/05
Għandek żvilupp mhux skond il-pjanti approvati fil-permess PA 2773/92 datat 10 ta' Settembru 1993 li jikkonsisti f'li ngħalaq l-aċċess mill-bini eżistenti biex ġie iffurmat sit separat, ftuħ ta' bieb ġdid għas-sit il-ġdid u varjazzjoni fil-bini ta’
stores
.
Applikazzjoni sanatorja PA6810/05 għadha pendenti għar-rikonsiderazzjoni
ECF 951/05
Għandek żvilupp mingħajr permess li jikkonsisti fi tqegħid ta'
container.
Pendenti quddiem il-Bord ta’ l-Appell
Qed nirreferi għall-
case history
tal-post hawn fuq indikata, liema tabella turi kemm
enforcements
hemm pendenti fuq il-post
de quo
u kemm hemm li huma għad-
direct action
.
Illi mill-
enforcement
ECF 951/05 kien hemm mandat ta' inibizzjoni li kien ippreżentat minn John Vella fis-26 ta' Settembru 2005 (71/05 PC). Dan il-mandat li kien preċedentement milqugħ provviżorjament li jfisser li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma setgħet tieħu l-ebda azzjoni ta' infurzar, u ġie miċħud kontra John Vella f'Marzu 2007.
Illi l-istess John Vella sussegwentement ippreżenta mandat ta' inibizzjoni ieħor (13/07 AE) fil-konfront tal-ECF 569/04 ippreżentat fis-27 ta' Frar 2007 li ukoll ġie milqugħ provviżorjament dak in-nhar stess. Illi dan il-mandat ġie miċħud ukoll mill-Qorti kontra John Vella fit-22 ta' Marzu 2007 wara dikjarazzjoni li għamlet l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fejn qalet li hija ma kinitx ser tissiġilla l-passaġġ peress illi dan il-passaġġ kien jintuża minn terzi skond John Vella, iżda kienet ser tissiġilla il-
container
li kien jinsab fuq is-sit u tikklampja jew b'xi mod timpedixxi il-mobilità ta' vetturi li jinstabu fuq is-sit. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) iddikjarat ukoll illi jekk jirriżulta li minkejja dan l-użu illegali jitkompla, l-Awtorit' kienet qegħda tirriserva d-dritt li teskala l-azzjoni tagħha.
Illi d-
direct action team
mar fuq is-sit in kwistjoni fit-30 ta' Marzu 2007 sabiex jissigilla l-
container
u jikklampja kull vettura fuq is-sit kolpit bl-
enforcement
u dan wara li l-mandati ġew miċħuda. Vetturi pparkjati fuq is-sit ma kien hemm xejn u l-
container
ma setax jiġi ssiġillat peress li dan ġie impoġġi f'pożizzjoni vertikali, cioè li l-bibien tal-
container
kienu ma' l-art u għalhekk kien impossibbli li tittieħed xi azzjoni fuqu.
Matul ix-xahar t'April 2007 il-
container
imsemmi reġa’ ġie mċaqlaq għal sit ieħor ma’ ġenb is-sit in kwestjoni li iżda wkoll kien kopert b'
enforcement notice
. Dan kollu rriżulta fi
breach of notice
li kienet tkopri s-sit il-ġdid u għalhekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) setgħet tagixxi kif fil-fatt għamlet fit-28 ta' Mejju 2007 fejn il-
container
ġie mneħħi u l-vetturi li nstabu fuq il-post ġew ikklampjati mill-pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni quddiem l-Awtorita' dwar it-Trasport li saret mill-Għaqda Armar, Avvenimenti u Tiġrijiet taż-Żwiemel għal Triq San San Niklaw li tinsab bejn is-Siġġiewi u l-Qrendi biex ikunu jistgħu jsiru tiġrijiet taż-żwiemel fiha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li t-Taqsima ma rċevietx it-talba li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-permessi għal tiġrijiet taż-żwiemel fit-toroq f'Għawdex joħorġu bla ebda diffikulta filwaqt li f'Malta l-biċċa l-kbira ta' dawn il-permessi mitluba jiġu rifjutati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-talbiet għal tlielaq ta’ bhejjem fuq toroq pubbliċi ma jiġux approvati mill-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta għal dawn ir-raġunijiet:
· It-toroq għandhom jintużaw għal dak l-iskop li għalihom inbnew
· Il-bhejjem jikkaġunaw danni lil wiċċ it-toroq minħabba l-ħmieġ tagħhom u n-nagħal ta’ saqajhom
· Dawn it-tiġrijiet huma sors ta’ riskju għas-sigurta’ ta’ kull klassi ta’
road user.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux applikazzjonijiet għal kors ta' drivers ta' l-ambulanzi? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dawn inħarġux għal ħaddiema diġa mal-Gvern jew għal persuni minn barra ukoll?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma ħarġux applikazzjonijiet għal kors ta' drivers ta' l-ambulanzi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux applikazzjonijiet għal xogħol ġdid ta' drivers ta' l-ambulanzi? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dawn inħarġux għal ħaddiema diġa mal-Gvern jew għal persuni minn barra ukoll?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Billi fil-ġurnal The Malta Independent ta' nhar il-Ġimgħa l-Ministeru tiegħek qal li f'dawn l-aħħar 18-il xahar il-Gvern xtara 308 laptop computers ta' valur ta' Lm129,720 u 1499 desktop PCs b'valur ta' Lm310,763 kif ukoll li 44% tal-laptops inxtraw minn ħanut wieħed filwaqt li 41% oħra inxtraw minn żewġ ħwienet oħra u li 74% tad-desktops inxtraw minn żewġt iħwienet, jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawn is-suppliers - b'isimhom - aktar u aktar meta l-ministeru stqarr fl-istess ġurnali li b'kollox kien hemm 4 ħwienet biss li biegħu aktar minn għaxar laptops lill-Gvern u li kien hemm 12-il ħanut biss li biegħu aktar minn għaxar desktops lill-istess Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Billi l-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament huwa okkupat minn single mother bi tlett itfal, jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tagħha li l-kont ta' Lm242 huwa esaġerat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-aħħar kont tal-konsumatur indikat kien ilaħħaq Lm206.05 u dan kien għal perjodu ta’ 188 ġurnata (sitt xhur).
Billi l-konsumatur qegħdha fl-iskema soċjali, għandha tirċievi l-voucher relattiv.
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi kontestazzjoni dwar l-aġġudikazzjoni tat-tender dwar ic-CVA fil-Belt Valletta? Liema hi l-kumpanija li qed tfittex lill-Gvern dwar dan? Huwiex minnu li l-kumpanija kkonċernata qed tfittex lill-Gvern għal loss of profits and damages?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet Maltin għandhomx ħsieb li jagħmlu rappreżentazzjoni lill-organizzaturi tal-Eurovision Song Contest dwar il-proċeduri u sistemi diskriminatorji eżistenti dwar il-votazzjoni fis-semi-finals u fil-finali tal- contest?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ir-riżultati tas-semi finali u finali tal-Eurovision Song Contest prima facie jindikaw li s-sistemi u proċeduri intużati jistgħu jitqiesu bħala diskriminatorji. Minkejja dan, iżda, s’issa ma tfaċċaw l-ebda provi konkreti li jissustanzja dak li wieħed jista’ mill-ewwel jaħseb, ċioe`, li din is-sitwazzjoni hi konsegwenza ta’ nuqqas ta’ trasparenza u/jew maniġġjar ta’ voti mal-medda tal-biċċa l-kbira tal-pajjizi.
Madankollu, se nkunu qed insegwu fil-fora eżistenti, kull suggeriment jew proposta sabiex is-sistema tal-votazzjoni fil-futur telimina kemm jista’ jkun fatturi li jinfluwenzaw b’mod negattiv l-andament tal-proċess u, allura, ir-riżultati, permezz ta’ miżuri li jistgħu jiġu addottati mill-pajjizi parteċipanti.
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie mniedi l-iskills gap analysis min-naħa tal-Ministeru tiegħu flimkien mal-ETC u liema huma l-partijiet l-oħra kollha nvoluti f'dan l-eżerċizzju?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-aħħar analiżi li saret fuq nuqqasijiet ta’ ħiliet fis-suq tax-xogħol lokali kien dak tal-Barometru tax-Xogħol imniedi mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ bejn Novembru 2005 u Frar 2006 u li kien ikopri x-Xitwa 2005 u r-Rebbiegħa 2006. Il-partijiet involuti f’dan l-istħarriġ kienu l-għaqdiet ta’ min iħaddem, l-għaqdiet tal-ħaddiema, korpi kostitwiti u l-imprendituri li kienu intervistati. Dan l-istħarriġ kien l-aħħar wieħed tax-xorta tiegħu.
Informat li fil-ġimgħat li għaddew, il-Korprozzjoni nediet stħarriġ bejn dawn l-imprendituri ż-żgħar li joperaw miż-żona industrijali tal-Mosta. Dan il-proġett pilota sar bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlametari għan-Negozji Żgħar u s-Self-Employed, bil għan li tinġabar informazzjoni fuq nuqqasijiet ta’ ħiliet li dawn l-imprendituri jaffaċjaw minn żmiem għal żmien u biex naraw wkoll x’taħriġ jinħtieġu fil-futur qarib biex itejbu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħhom
Jista' l-Ministru jgħid u jindika l-ismijiet u d-dettalji ta' dawk li kienu nvoluti fit-tixħim tal-liċenzji tal-karozza u li ntalbu jirritornaw lura l-liċenzja tagħhom? Jista' jikkonferma li mhux kulmin kien involut fit-tixħim intalab jagħmel hekk?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghal ragunijiet ta' protezzjoni tad-data ma nhossx li ghandi naghti d-dettalji mitluba.
Sadanittant l-ADT qed tiehu l-mizuri mehtiega biex dawk il-persuni li nstabu li kellhom il-hrug tal-licenzja taghhom mhux b'mod legittimu, ikollhom din il-licenzja irtirata.
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji u jispjega x'inhi l-policy tal-gvern u ta' entitajiet u aġenziji governattivi kollha inkluż il-Bank Ċentrali u l-Universita' ta' Malta għal dak li jikkonċerna reduced hours? Jista' jispjega jekk hemmx xi kriterju jew prezz stabbilit u jekk fl-affermattiv jispjegah ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu bħalissa fl-iskejjel speċjali u li qegħdin jistennew biex jiġu trasferiti għaċ-Ċentri ta' l-Adulti u li għadhom m'għamlux is-sena programm ta' transizzjoni? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dawn l-istudenti hux ser jibqgħu fl-iskejjel speċjali għas-sena skolastika li jmiss sakemm il-programm ta' transizzjoni jsir u dan peress li fl-assenza ta' dan il-programm l-istudenti se jsofru konsegwenzi psikoloġiċi serji?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li studenti li qed jattendu bħalissa fl-iskejjel speċjali u li qegħdin jistennew biex jiġu trasferiti għaċ-Ċentri ta' l-Adulti hemm 25, li twieldu bejn is-sen 1984 - 1985. L-ewwel fazi tal-programm tat-transizzjoni diġa' saret.
Bħalissa qed isiru l-arranġamenti meħtieġa bejn l-uffiċjali tal-Ministeru tiegħi u dawk tal-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali, sabiex dawn iz-zgħazagħ jimxu għaċ-Ċentri ta' l-Adulti bi programm ta' transizzjoni.
Ma jaħsibx il-Ministru li meta pazjent li ma jiflaħx iħallas biex jinqeda privatament u jkollu jistenna disa' xhur sħaħ biex jarah speċjalista urologu fl-Isptar San Luqa sabiex isirulu testijiet tad-demm bħal PSA ikun qiegħed jissogra saħħtu u ħajtu bis-sistema attwali? Peress li dan it-test huwa essenzjali biex il-kanċer tal-prostata jinqabad kmieni u l-marid ifiq, pero' minkejja dan, tobba tal-familja li huma speċjalisti fil-qasam tagħhom, huma mċaħħda milli jordnaw direttament huma dan it-test li jistona ferm mal-prinċipju bażiku tal-gate keeper role ta' speċjalista tal-mediċina tal-familja li mad-dinja kollha huwa ppruvat li jnaqqas l-ispejjeż filwaqt li joffri servizz tajjeb daqs dak fil-kura sekondarja, jista' l-Ministru jagħti ċans lit-tobba tal-familja, li bħalu għandhom esperjenza kbira, sabiex jordnaw huma dan it-test, meta mbagħad tabib novell fiċ-ċentri tas-saħħa jista' jagħmel dan? Ma jaħsibx li fl-aħjar interess tal-pazjent ikun aħjar li jindirizza dawn il-prattiċi ineffiċjenti qabel jibda jaħdem l-Isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fejn hemm dubbju ta' kanċer, isiru l-arranġamenti immedjati (Accelerated Investigation Clinic) biex il-pazjent jarah speċjalista minnufih u ma jkun hemm ebda dewmien. Fil-każ ta' prostata jarah Urologu. Nixtieq infakkar li test tad-demm tal-prostata waħdu ma jfisser xejn iżda dan irid ikun preċedut minn eżami kliniku lill-pazjent. Meta test tal-prostata jkun mhux fin-normal dan għandu jiġi interpretat b'mod professjonali u jsirlu follow up PSA's kif ukoll possibli ssir biopsy tal-glandola. Fil-laboratorju tal-isptar San Luqa jsiru 24,243 test tal-PSA fis-sena.
Pazjent li ma jiflaħx iħallas għandu servizz ta' Health Centre fejn it-tabib jinvistah bla flus u t-test isirlu hemmhekk stess b'xejn.
Peress li l-mard tal-glandola tiroide jaf ikun serju ħafna u f'ċerti każi jista' jgħolli l-livell tal-kolesterol fid-demm u f'każi oħra jista' jmarrad il-qalb, jista' l-Ministru jara li meta tabib tal-familja jaħseb li hemm bżonn isir test għal din il-glandola m'għandux jinħoloq tfixkil min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa peress li l-marid qed ikollu jew iħallas minn butu u jinqeda privatament biex ifittex isir jaf għandux bżonn ta' kura jew inkella qed ikollu jistenna ġimgħat sħaħ, jitlef nofs ta' nhari ta' xogħol għalih u għal min iħaddmu, u sadanittant isofri minn ħafna qtiegħ il-qalb? Dan meta speċjalisti tal-mediċina tal-familja, huma ampjament kwalifikati sabiex jieħdu ħsieb dawn il-pazjenti u b'hekk ukoll jitnaqqas l-ammont ta' nies żejda riferuti lejn l-isptar. Ma jaħsibx li fl-aħjar interess tal-pazjent ikun wisq aħjar u cost effective li tobba tal-familja, li bħalu għandhom esperjenza kbira, jingħataw iċ-ċans sabiex jordnaw huma dan it-test, meta tqis li tabib novell fiċ-ċentri tas-saħħa jista' jagħmel adn? Ma jaħsibx li fl-aħjar interess tal-pazjent ikun aħjar li jindirizza dawn il-prattiċi ineffiċjenti qabel jibda jaħdem l-Isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Preżentament isiru 144,759 (statistika 2006) test tat-Tyroid fis-sena ġewwa l-laboratorju tal-patoloġija tal-isptar San Luqa. It-test tat-Tyroid għandu jintalab fuq suspett kliniku u mhux bħala Routine Screen fuq pazjent, kif jiġri ta' spiss.
Pazjent li ma jiflaħx iħallas jista' juża s-servizz tal-Health Centre fejn it-test isirlu b'xejn.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar xahar x'għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex tindirizza l-problemi tad-drenaġġ li jiskula fil-kantini u jnitten id-djar ta' parti min-naħa ta' ġewwa ta' Triq Viani f'Tas-Sliema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-problema imsemmija kienet riferuta lill-Awtoritajiet Sanitarji għaliex instab illi hemm diversi intercepting chambers privati mizduda u jnixxu.
Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tispezzjona partijiet fi Triq Frencesco Balbi, San Ġiljan fejn is-sistema tad-drenaġġ ma tlaħħaqx ma' l-ilma tax-xita, tfur fit-triq u minn dan il-post jitilgħu wkoll ħafna ġrieden? Jista' jinstab rimedju għal din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema tad-drenaġġ mhux qiegħda biex tlaħħaq ma’ l-ilma tax-xita għax mhix iddisinjata biex tieħu dan l-ilma wkoll. Madankollu il-Korporazzjoni għas-servizzi ta’ l-ilma se tagħmel tindif fil-mejn tad-drenaġġ biex din il-problema tittaffa.