B'referenza għall-ktieb voluminuż "The State of Human Rights and Democracy in Europe" li għada kif ippublikat il-Parliamentary Assembly of the Council of Europe, billi l-President tal-Kunsill tal-Ewropa fid-daħla tiegħu għall-ktieb jinkoraġixxi bil-qawwa kollha lill-parlamenti nazzjonali biex iżommu dibattiti dwar dan ir-rapport - li fih rapport speċifiku dwar Malta kif hemm dwar il-pajjiżi l-oħra kollha membri tal-istess kunsill - jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-Kamra u jista' jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern biex jimxi fuq il-parir tal-President tal-Kunsill tal-Ewropa Rene' Van Der Linden?
Response (BORG, TONIO)
Dan il-Ministeru ma rċieva ebda ktieb intitolat kif qed igħid l-Onor. Interpellant; dwar is-suġġeriment l-ieħor ta’ l-Onor. Interpellant it-talba se tiġi konsidrata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26359 u cioe': B'referenza għall-financial estimates2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra jista' jagħti breakdown ta' kif u lil min tħallsu Lm81,476 għas-sena 2005 u Lm91,285 għas-sena 2006 imniżżla bħala management remuneration f'paġna 17?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' Lm81,476 għas-sena 2005 u l-ammont ta' Lm91,285 għas-sena 2006 tħallsu lid-Diretturi, lis-CEO u lill-Executive Chairman għall-qadi tad-dmirijiet u t-twettiq ta' l-obligazzjonijiet tagħhom lejn l-Awtorita' tat-Turiżmu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26358 u cioe : Peress li fil-financial estimates 2007 tal-MTA mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra f'paġna 17 taħt 13. Staff Costs and Employee Information jingħad li n-nefqa ta' Lm1,932,404 (sena 2005) niżlet għal Lm1,553,292 (sena 2006) għax in-numru ta' mpjegati niżel minn 198 fis-sena 2005 għal 149 fis-sena 2006, jista' jgħid kemm mit-tnaqqis fin-nefqa u fin-numru ta' mpjegati jirriżulta:
mill-għeluq ta' uffiċini f'pajjiżi oħra
mill-iskema ta' rtirar kmieni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-għeluq ta' tmintax -il uffiċċju barra minn Malta irriżulta fi tnaqqis fin-nefqa ta' Lm307,849 u li l-irtirar ta' disa' impjegati naqqas in-nefqa b'Lm71,263.
Matul l-2005 numru ta' impjegati każwali li ġew ingaġġati ma' l-Awtorita' għall-perjodu qasir ta' żmien , fejn taw is-servizz tagħhom fid-dipartiment ta' l-events kienu irrapurtati man-numru ta' impjegati. Matul l-2006 dawn l-impjegati ma kienux irrapurtati.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26304 u jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fir-rigward tas-sistemi ta' l-IT ta' Mater Dei li kienu oriġinarjament koperti mit-tender li ġie miżmum wara allegazzjonijiet ta' abbużi u ħruġ ta' tagħrif kunfidenzjali? Tista' tikkonferma jekk il-hardware huwiex issa qed jinxtara b'direct order u jekk iva mingħand min u b'liema prezz? X'inhi l-pożizzjoni fir-rigward tax-xiri tas-software għall-istess għan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26263 u jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu fit-tarzna bħalissa, x'xogħol qed jagħmlu u ta' liema nazzjonalita' huma, u x'inhu t-terminu tal-kuntratt tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25520 u 25723 jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol xi jsir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq San Ġuzepp, Mosta? Jista' jgħid jekk il-MEPA tatx l-interpretazzjoni tagħha dwar il-linja tal-bini?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-biċċa l-kbira tax-xogħol fi Triq San Ġużepp tlesta u l-parti li għad fadal hija l-biċċa ta’ bejn Triq Salvu Gatt u Triq l-Isperanza.
Ninsab infurmat ukoll li s-sidien ta’ xi artijiet f’din il-parti tat-triq qegħdin f’taħditiet mall-
Joint Offic
e rigward xi linji li ġew interpretati mill-MEPA. Huwa mistenni li dan ix-xogħol li għad fadal jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx approvata biex tingħata t-tarmac Triq il-Ħtajriet fil-Mosta? Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol u min hu l-kuntrattur responsabbli mix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li xogħlijiet fuq parti ta’ Triq il-Ħtajriet inbeda. Il-kuntrattur responsabbli mix-xogħol huwa Central Asphalt Ltd.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni għal-liċenzja mill-Kummissarju tal-Pulizija ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha pendenti għal diversi xhur meta applikazzjonijiet oħrajn ta' l-istess xorta ġew proċessati u meta jidher li din l-applikazzjoni qed tieħu żmien itwal bla bżonn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant kien jirrikjedi diversi verifikazzjonijiet, li issa ġew eżawriti u huwa mistenni li din l-applikazzjoni tkun konkluża dalwaqt.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanti u l-istima/i tan-nefqa proposta għall-campus il-ġdid biex jinġabru l-istituti flimkien ta' l-MCAST?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mhux opportun li l-master plan, pjanti jew stimi jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba speċifikazzjonijiet tekniċi. Il-Master Plan jinkorpora l-istadji li matulhom jista' jsir ix-xogħol u tindika kif parti tista' titwettaq wara l-oħra u/jew flimkien ma' oħra b'mod li l-Istituti ezistenti fil-Kampus prinċipali l-MCAST ikunu jistgħu jkomplu joperaw mingħajr diffikulta' biex fl-ebda ħin ma jkun hemm tfixkil fil-korsijiet ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali. Ix-xogħol preliminari ikun jista' jibda wara li jinkisbu l-permessi meħtieġa u jitwettaq il-proċess ta' tenders biex jitħejjew il-pjanti fid-dettal tagħhom. Filwaqt li x-xogħol fuq il-proġett se jkompli mingħajr waqfien, l-Onor. Kollega tifhem li mhux possibli f'dan l-istadju li wieħed jindika meta ser jispiċċa minħabba l-entita' kbira tal-proġett u d-dipendenzi li għandu biex jitwettaq. Il-fondi se jiġu sew mill-Gvern Malti kif ukoll mill-Unjoni Ewropea permezz tal-fondi strutturali. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija għall-istampa fuq is-suġġett datata 31 ta' Mejju, 2007.
Bħalissa għaddej xogħol ta' bini ta' skejjel sekondarji fil-Verdala u f'Tal-Ħandaq kif ukoll ser jibda x-xogħol fuq skejjel sekondarji ġodda oħrajn fil-Mosta u Għawdex. Dawn l-iskejjel flimkien ma' l-iskejjel ezistenti se jkunu jistgħu jakkomodaw lill-istudenti li llum jinsabu fil-Junior Lyceum ta' San Ġuzepp.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq il-Gardell fil-Mosta hijiex responsabbilta' tal-gvern ċentrali biex tingħata t-tarmac? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li Triq il-Gardell hija nkluża fil-lista tat-toroq li jridu jsiru. Ix-xogħol fuq din it-triq għadu ma bediex minħabba diversi plots li kienu qegħdin jiġu żviluppati pero’ ninsab infurmat li x-xogħol fuq parti ta’ din it-triq se jinbeda fil-ġimgħat li ġejjien.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti tat-tieni sena tal-B.Com ġewwa l-Universita' ta' Malta qed jintalbu biex jiktbu isimhom u n-numru tal-karta ta' l-identita' fuq il-karta ta' l-eżami u mhux biss l-index number kif suppost isir? X'inhu l-iskop għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-sistema ta' "blind marking" għadha tintuża. Il-parti fejn l-istudent jikteb ismu u n-numru tal-karta ta' l-identita' tinqata' u tinżamm mill-amministrazzjoni wara li tingħata numru li jitniżżel ukoll fuq il-manuskrit li jgħaddi għand l-eżaminaturi. Din is-sistema tintuża fil-Fakultajiet kollha għall-istudenti kollha u mhux tal-B.Comm biss.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pulizija qed jagħtu ċitazzjonijiet lill-impjegati li jaħdmu l-HSBC biss u li jkunu pparkjati fi Triq il-Mitħna, Ħal Qormi, normalment fil-parti ċentrali ta' l-imsemmija triq? X'inhi r-raġuni li aktar 'il fuq fejn ikun hemm karozzi pparkjati ħafna u ħafna agħar u fi triq li tidjieq mhux jintgħataw ċitazzjonijiet, fosthom vetturi mhux liċenzjati? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni wkoll li meta kien hemm rapporti fejn anke ngħataw numri ta' vetturi, meta l-pulizija marru fuq il-post minflok għamlu kif għamlu fil-konfront ta' mpjegati tal-bank daħlu ġewwa u talbuhom isuqu l-karozzi ħalli ma jagħtuhomx ċitazzjoni? Jaħsibx li din hija diskriminazzjoni għax kien hemm xi ħadd li għamel rapport u meta persuni oħra għamlu rapporti simili dawn ġew trattati b'mod differenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll tat-Taqsima tat-Traffiku li jagħmlu ronda fl-inħawi msemmija jirrapurtaw kull ksur tar-regolamenti tat-traffiku li jinnotaw, bla ebda distinzjoni. Pero' jekk l-Onorevoli Interpellant joġgħbu jagħtini aktar tagħrif dettaljat dwar dan l-ilment, inkun nista' nitlob għal aktar informazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-mument kemm hi ċ-ċifra ta' flus globali li d-dipartiment tal-VAT irid jirrifondi lura lit-taxpayer?
Kemm minn din iċ-ċifra hija maħsuba li titħallas din is-sena?
Għal kemm snin imur lura l-aħħar pagament dovut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-14 ta’ Mejju 2007, l-ammont ta’ kreditu tal-VAT mitlub minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas matul ix-xhur li ġejjin huwa ta’ Lm19,175,383. Minn din is-somma Lm3,425,809 qed jiġu verifikati sabiex jiġi aċċertat li l-kreditu mitlub huwa tajjeb skond il-liġi. L-ewwel pagament dovut imur lura sal-1 ta’ Jannar 1999 u l-ammont dovut f’dan il-każ huwa ta’ Lm579.53.
Din is-somma tinkludi rifużjonijiet lill-persuni eżentati bi kreditu (bħal Freeport) operatur tan-negozju.
Is-somma ta’ Lm19,175,383 tista’ tinbidel jekk kemm il-darba persuni reġistrati jnaqqsu l-ammonti dovuti lilhom minn denunzja tat-taxxa li għad iridu jibgħatu sakemm il-kreditu jiġi biex jitħallas.