Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala triq ġdida li qiegħda tinbena bħalissa f'Had-Dingli (Triq Dun Karm Azzopardi) mhix se tinfetaħ kollha minkejja li d-distanza biex isir hekk hi verament żgħira?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li peress li naħa waħda tal-parti mhux miftuħa tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant inbniet reċentament, is-sid tal-bini inkwistjoni huwa obbligat li jiftaħ u jifforma sa nofs it-triq tul il-bini tiegħu cioe' nofs il-parti tat-triq inkiwstjoni. Dan l-obbligu joħroġ minn Kapitlu 10 tal-liġijiet ta' Malta (Kodiċi tal-Pulizija). In-nofs l-ieħor tat-triq ikun jista' jinfetaħ wara li l-art skemata bħala triq pubblika tiġi esproprjata. Dan peress li l-art ta' magħha għadha ma ġietx żviluppata.
Tista' l-Ministru tivverifika jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament, tikkwalifikax għal rebate fuq is-surcharge tal-kontijiet ta' l-elettriku u l-ilma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jaghti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Ufficcju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali li jkopri l-lokalita' taghha biex tinghata l-informazzjoni u l-ghajnuna mehtiega.
Jista' l-Ministru jgħid x'ser ikun il-futur ta' l-ispizjara u l-pharmacy technicians issa li daħlet ir-riforma li l-pazjenti se jibdew jiġbru l-mediċini mingħand l-ispizjar ta' l-għażla tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lil-Onor Interpellant li l-ispiżjara u l-Pharmacy Technicians ser jibqgħu impjegati tal-Gvern jagħmlu xogħol skond il-job descriptions tagħhom.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim li sar bejn il-gvern u l-privat dwar l-bini ta' dar għall-anzjani fil-Mellieħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma nistax nifhem għaliex qed terġa ssir din l-istess domanda meta diġa ġiet imwieġba tliet darbiet 25295, 25740, 26319 u d-dokument mitlub tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 531 fid-29 ta' Mejju 2007.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex inċident li seħħ nhar it-Tnejn 28 ta' Mejju, 2007 fil-baħar tar-ramla ta' Għajn Tuffieħa u li seta kellu konsegwenzi serji ħafna ma jerġax jirrepeti ruħu?
Jikkonferma li l-ambulanza ma setgħetx tgħaddi minħabba li ħadd ma kellu ċ-ċavetta tal-katnazz tal-katina li tagħlaq din il-bajja għal vetturi? Jista' jgħid min hu responsabli mill-ftuħ ta' din il-katina?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma sar ebda rapport lill-Pulizija dwar xi inċident fir-ramla ta' Għajn Tuffieħa nhar it-28 ta' Mejju 2007 jew dwar xi ambulanza li ma setgħetx tgħaddi minħabba li l-aċċess kien magħluq.
Jista' l-Ministru jgħid jekk pensjonanti ta' l-invalidita' taħt il-61 sena jikkwalifikawx għal skema ta' ikel b'xejn mogħti mill-EU? Jekk ma jikkwalifikawx, x'inhi r-raġuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għal darb’oħra nerġa’ ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ikel li qiegħed jirreferi għalih huwa regolat mir-Regolament EU 3149/92. Dan jirreferi għal għajnuna lil dawk l-aktar fil-bżonn irrispettivament mill-istat soċjali tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk romol li l-unika dħul tagħhom hu l-pensjoni tar-romol jikkwalifikawx għall-iskema ta' ikel b'xejn mogħti mill-EU? Jekk ma jikkwalifikawx, x'inhi r-raġuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 26602.
Jista' l-Ministru jgħid kemm karozzi f'din l-aħħar sena ttellgħu għat-test ta' eċċessivita' ta' duħħan mill-vettura tagħhom b'riżultat tar-rapporti li saru permezz tas-sistema tal-sms? Jista' jgħid kemm minnhom intalbu li jagħmlu tiswijiet meħtieġa biex jirregolarizzaw u kemm minnhom inżammu milli jużaw il-vetturi b'mod permanenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi bejn April 2006 u Marzu 2007, kien hemm:
· 1,291 vetturi li ttellgħu għat-test ta' eċċessivita' ta' duħħan mill-vettura tagħhom b'riżultat tar-rapporti li saru permezz tas-sistema tal-sms;
· 157 minnhom intalbu li jagħmlu tiswijiet meħtieġa biex jirregolarizzaw;
· L-ebda vettura ma nżammet milli tintuża b’mod permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm karozzi tal-linja f'din l-aħħar sena ttellgħu għat-test ta' eċċessivita' ta' duħħan mill-vettura tagħhom b'riżultat tar-rapporti li saru permezz tas-sistema tal-sms? Jista' jgħid kemm minnhom intalbu li jagħmlu tiswijiet meħtieġa biex jirregolarizzaw u kemm minnhom inżammu milli jużaw il-vetturi b'mod permanenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi bejn April 2006 u Marzu 2007, kien hemm:
57 karozzi tal-linja li ttellgħu għat-test ta' eċċessivita' ta' duħħan mill-vettura tagħhom b'riżultat tar-rapporti li saru permezz tas-sistema tal-sms;
6 minnhom intalbu li jagħmlu tiswijiet meħtieġa biex jirregolarizzaw;
L-ebda karozza tal-linja ma nżammet milli tintuża b’mod permanenti
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' xiri ta' garaxx li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern għadha qed tevalwa t-talba li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Huwa mistenni li l-applikant jingħata risposta sa l-aħħar ta' dan ix-xahar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Maltin li marru jaħdmu f'pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea minn meta pajjiżna ssieħeb fl-1 ta' Mejju 2004? Jista' jgħid kemm kien hemm ċittadini Ewropej li ġew jaħdmu f'Malta mid-data li pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi mhux possibbli li wieħed jistabbilixxi n-numru ta’ ċittadini Maltin li marru jaħdmu f’pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan minħabba li mhux kull min imur barra minn Malta biex ifittex xogħol jew biex jaħdem, jindika dan fuq il-formola tat-tmiem ta’ l-impjieg tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC).
Jista’ jkun hemm ukoll numru ta’ persuni, bħal gradwati ġodda, illi jitilqu minn Malta mingħajr ma huma obbligati li javżaw lill-ETC.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-24 ta’ Mejju 2007, kien hemm 5569 ċittadini Ewropej li ġew jaħdmu f’Malta.
Din il-figura hija magħmula minn:
4143 ħaddiema full-time;
841 ħaddiema part-time;
64 ħaddiema li jaħdmu b’sigħat imnaqqsa (reduced hours);
146 self-employed part-time; u
375 self-employed part-time.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tax-xogħol li qed isir fil-Qasam Industrijali ta' Bulebel? Jista' jgħid jekk l-ispiża nvoluta f'dan ix-xogħol hix koperta minn xi programm ta' fondi ta' l-EU? Jista' jgħid ukoll jekk ix-xogħol hux miexi skond il-pjanijiet, u jekk hux se jitlesta fil-ħin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fil-Qasam Industrijali ta' Bulebel huwa kopert minn programm ta' fondi ta' l-U.E. Ix-xogħol miexi skond il-pjanijiet u mistenni li jitlesta fil-ħin.
Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant illi jekk jixtieq ikun jaf id-dettalji kollha tax-xogħolijiet jista jirreferi għat-Tender document li kien ippublikat fl-1 ta' Settembru 2005 mid-dipartiment tal-kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn qed isir bini ta' fabbriki ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa qed jinbnew fabbriki ġodda jew ikunu modifikati fabbriki fl-oqsma industrijali ta' San Ġwann, tal-Marsa, ta' Bulebel, ta' Ħal Far, tax-Xewkija u ta' Ħal Luqa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm dam ix-xogħol fit-Tarzna fuq il-vapur Marco Polo? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ħalliex profitti lit-Tarzna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-vapur “Marco Polo” dam fil-faċilitajiet tal-Malta Shipyards għal 20 ġurnata. Il-vapur telaq mit-tarzna ġurnata qabel iz-zmien skedat għal din it-tiswija.
Nikkonferma li din it-tiswija ħalliet profitt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-lukandi li marru fihom l-Uffiċjali mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2007, hija kif tidher hawn taħt:
Xahar
Safra
Grad ta’ l-Uffiċjali
Kategorija
Tal-Lukanda
minn
Sa
Jannar 2007
09.01.07
11.01.07
Analyst II
u
Chief Executive Officer
5 stilel
11.01.07
14.01.07
Senior Architect
3 stilel
14.01.07
20.01.07
Director
u
Project Officer II
3 stilel
18.01.07
26.01.07
Scientific Officer
3 u 4 stilel
*
22.01.07
26.01.07
Officer in Grade 5
3 stilel
23.01.07
27.01.07
Senior Architect
u
Engineer
3 stilel
23.01.07
28.01.07
Project Officer II
4 stilel
24.01.07
27.01.07
Director
3 stilel
25.01.07
28.01.07
Head of Accounts and Administration
4 stilel
Frar 2007
13.02.07
18.02.07
Project Officer II
4 stilel
14.02.07
15.02.07
Minister for Resources and Infrastructure
u
Head of Secretariat
5 stilel
14.02.07
15.02.07
Director
5 stilel
25.02.07
01.03.07
Assistant Director
3 stilel
Marzu 2007
05.03.07
06.03.07
Analyst I
4 stilel
08.03.07
09.03.07
Senior Architect
3 stilel
14.03.07
15.03.07
Director General
3 stilel
14.03.07
15.03.07
Director
4 stilel
19.03.07
21.03.07
Project Officer II
4 stilel
23.03.07
25.03.07
Director
u
Project Officer II
4 stilel
25.03.07
28.03.07
Senior Architect
3 stilel
26.03.07
27.03.07
Analyst I
3 stilel
26.03.07
29.03.07
Occupational Health & Safety Inspector
3 stilel
27.03.07
31.03.07
Director
4 stilel
27.03.07
31.03.07
Director
4 stilel
28.03.07
30.03.07
Chief Executive Officer
4 stilel
*
Hamburg 4 nights in 3 star hotel
(18.01.07 – 22.01.07)
Hanover 3 nights in 4 star hotel
(23.01.07 – 26.01.07)
Saħħa, Anzjanu u Kura fil-Komunita' — Karozzi environmental friendly
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma nxtrat l-ebda karozza matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.