Legislature:
Category:
Reset
Active:

Post alternattiv

Question

Tista' ġentilment l-Ministru tara jekk hux possibbli li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata post alternattiv minħabba li ilhom li applikaw bosta snin u qed igħixu f'post mhux ideali għall-familja tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jiena nfurmata illi l-persuna msemmija m'għandiex applikazzjoni pendenti għall-post alternattiv mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

MITI — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informażżjoni mitluba.

MITI — Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informażżjoni mitluba.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Karozzi environmental friendly

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi ma nxtrat ebda karozza mill-Ministeru tiegħi u mill-entitajiet li responsabbli minnhom jien.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu kienet hekk: Jannar 2007 Lm 20,976.21 Frar 2007 Lm 26,823.29 Marzu 2007 Lm 21,360.68 Peress li fil-biċċa l-kbira tiegħu dan is-safar kien fuq xogħol konness ma’ l-Unjoni Ewropea, total ta’ Lm21,868.51 ser ikunu rifużi mill-Kummissjoni Ewropea. Lista ta’ l-uffiċjali nvoluti qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li The Public Service Management Code tistabbilixxi żewġ kategoriji għal-lukandi, jiġifieri Superior I u Superior II.

Żvilupp Urban u Toroq — Karozzi environmental friendly

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ma nxtraw l-ebda karozzi tat-tip indikati mill-Onorevoli Interpellant mill-Ministeru, Dipartiment u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007.

Ġustizzja u Intern — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif dwar xiri ta' ġurnali ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #25446 Sitting 535 2007-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?

Response (FRENDO, MICHAEL)

It-tqassim tal-gażżetti mhuwiex regolat mill-Public Service Management Code jew minn ċirkularijiet tal-Gvern. Hija fid-diskrezzjoni tal-Ministeru minn jirċievi settijiet ta' gażżetti. Prinċipalment dan isir fuq bażi li kull Direttorat fil-Ministeru jkollu sett gażżetti għal matul il-ġranet tax-xogħol tal-ġimgħa sabiex kull membru tad-direttorat tal-Ministeru jżommu rwieħhom aġġornati f'dak li hu għaddej. Din il-prassi tintuża wkoll fl-Ambaxxati. Dan in vista wkoll tal-fatt li l-informazzjoni f'waqtha hija ta' importanza kbira għal ħidma tal-Ministeru. L-ispiża totali, nkluż l-Ambaxxati, għall-2006, kienet ta' Lm 12,709.68.
Leg 10 PQ #25447 Sitting 535 2007-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq xiri ta' gazzetti matul l-2006 kienet ta' Lm3,876.74. L-uffiċjali intitolati għall-gazzetti kuljum huma kif ġej: Chairman, Chief Executive Officer, Direttur Communications - Awtorita' tat-Turiżmu: Ministru, Segretarju Permanenti, Segretarju Privat, Assistent Segretarju Privat, Communications Coordinator - Ministeru għat-Turiżmu u Kultura; Is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali. Entitajiet oħra bħad-Dipartiment tat-Turiżmu, Heritage Malta, t-Teatru Manoel, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u l-Orkestra Nazzjonali m'għandhomx uffiċjal wieħed partikolari intitolat għall-gazzetti iżda tinxtara kopja tal-gazzetti biex jinżammu aġġornati dwar dak li jirrigwardhom.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Riżorsi u Infrastruttura — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nefaq is-somma ta’ Lm 3,834.19 fuq xiri ta’ gazzetti matul l-2006. F’dan il-Ministeru, hija l-prassi li minbarra l-Ministru, l-uffiċċjali msemmja hawn taħt jirċievu kopja tal-gazzetti: § Kap fis-Segretarjat Privat fil-Ministeru; § A/Segretarju Privat tal-Ministru; § Segretarju Permanenti; § Diretturi Ġenerali; § Diretturi; § Assistant Direttur, Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif; § Ko-ordinatur Eżekuttiv għall-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tara li ssir spezzjoni mill-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, fil-fond f'Hal Għaxaq, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li hu okkupat minn sitt persuni u li hu ċkejken ferm għan-numru ta' nies li jgħixu fih.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ispezzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant mistennija ssir fil-futur qrib.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn Haz-Zabbar, għandhiex applikazzjoni quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tweġiba hi fin-negattiv.

Post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex anzjana Bormliża li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li tgħix f'post ikkundannat, lanqas qatt ma kienet ipprovduta post alternattiv mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali? Tista' tgħid meta saret l-aħħar spezzjoni mill-ħaddiema tad-Dipartiment u tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ir-rapport tal-housing inspectors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant saritilha offerta li tinstabilha kirja privata sussidjata temporanja sakemm jinstab post alternattiv addattat f’waħda miż-żewġ lokalitajiet kif mitlub mill-applikanti. Għalkemm hi ma xtaqitx taċċetta din l-offerta, id-Dipartiment ikkonvinċijha li dan hu l-aktar pass għaqli fiċ-ċirkostanzi.

Post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'possibilita' hemm li xebba-omm minn Raħal Ġdid, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u bintha ta' ħmistax-il sena tbiddel ma' post ieħor tal-Gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.

Uffiċċju Konġunt — Fond

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid il-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u li jinsab f'Bormla għadux ta' l-Uffiċċju Konġunt jew le? Jekk m'għadux, qatt kien ta' l-Uffiċċju Konġunt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-fond in kwistjoni qatt kien tal-Uffiċċju Konġunt.

Msida — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser isiru t-toroq fl-Imsida li kienu msemmija fil-programm "Bini ta' toroq residenzjali 2006-2008" liema programm inħareġ mill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq fl-2006?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-toroq ta' l-Imsida li qegħdin fil-programm msemmi, ser jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008.

Income and living conditions

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-lokalitajiet li minnhom ġejjin id-59,315 persuni (in-numru ta' persuni u minn liema lokal) li huma ndikati permezz tas-survey on income and living conditions 2005 u li qed jgħixu taħt is-60% tal-median equivalised income u għaldaqstant taħt il-poverty line?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jistax jingħata għaliex l-istatistika mitluba tinġabar fuq bażi nazzjonali u mhux lokali.