Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-uffiċċjali jew dipartimenti li tinxtralhom gażżetti kuljum huma kif ġejjin:
Il-Ministru, is-Segretarju Parlamentari, il-Kapi taż-żewġ Segretarjati, Segretarju Privat tal-Ministru, Communications Co-Ordinators tal-Ministru u s-Segretarju Parlamentari, d-Diretturi Servizzi Korporattivi, Direttur Promozzjoni tas-Saħħa, l-Communications Officer fi ħdan id-diviżjoni tas-Saħħa, General Manager ta' Sptar Zammit Clapp, Sptar Monte Carmeli lil: CEO, Direttur Finanzi u Amministrazzjoni u l-Uffiċju ta' l-SNOs.
In-nefqa fuq ix-xiri ta' gażżetti matul is-sena 2006 kienet ta' Lm5,180.65. Din tinkludi wkoll gażżetti mqassma fis-swali ta' l-isptarijiet u fid-djar ta' l-anzjani.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nies intitolati ghall-gazzetti huma:
Segretarju Permanenti, Director Corportate Services, Director EU Affairs, Director PD & PI.
Il-Ministru, Personal Assistant, Comm. Co-ordinator, Policy Co-ordinator.
In-nefqa globali kienet ta' Lm3506.98.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li:
- Jinxtara sett gazzetti kull jum tal-ġimgħa għall-użu tal-Ministeru
- Jinxtara sett gazzetti kull jum tal-ġimgħa għall-użu tas-Segretarjat Parlamentari
- Jinxtara sett gazzetti fil-weekends mill-kap tas-Segretarjat tal-Ministru u sett gazzetti fil-weekends mill-kap tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari
Jinxtraw kopji
- għas-Segretarju Permanenti
- għat-tmien Direttorati
- għaċ-Chief Executive Officer u ċ-Chairman tal-WasteServ Malta Ltd
- għad-Direttur Ġenerali, id-Direttur ta’ l-Ippjanar, l-Assistant Direttur (EU and Multilateral Affairs), PR Executive u Assistant Direttur (Nature Protection) ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)
In-nefqa totali fuq gazzetti matul is-sena 2006 għal dawn kollha kienet ta' Lm 5,121.62.
Żvilupp Urban u Toroq — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fl-ADT hemm seba' uffiċjali li huma ntitolati għall-gazzetti kuljum, li huma:
Chief Executive Officer
Deputy Chief Excecutive Officer
Deputy Chairman
Director - LTD
Director - NID
PR & Marketing Manager
Consultant NID
L-ispiża għall-2006 fuq gazzetti kienet tammonta għall-Lm1,612.
Min naħa tal-Ministeru/Dipartiment hemm tlett uffiċjali ntitolati għall-gazzetti kuljum, li huma:
Permanent Secretary
Director SSFM
Director EU
L-ispiża għall-2006 fuq gazzetti kienet tammonta għall-Lm1,380.38.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tagħha ntitolati għall-gazzetti kuljum? Tista' tgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-impjegati fis-segretarjat privat tal-Ministeru tiegħi li huma provduti bil-gazzetti huma l-communications co-ordinator u l-uffiċjal responsabbli mill-customer care. Ninsab infurmata li s-segretarju permanenti, il-kapijiet tad-Dipartimenti u l-entitajiet, murija fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, wkoll jiġu provduti bil-gazzetti.
Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fl-istess Tabella.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 24897, tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-valur stabbilit tal-fond li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, liema fond jinsab l-Isla? Tista' ġentilment tieħu konsiderazzjoni li dan il-post kien, sa ftit żmien ilu, milqut mil-liġi possession and use u dan b'konsegwenza li l-inkwilin kien imċaħħad milli jixtri għal bosta snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata direttament mill-Awtorita’ tad-Djar bil-prezz kummerċjali tal-fond, kemm bil-miktub kif ukoll permezz ta’ telefonata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu Supply Kindergarten Assistants fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni? X'inhi l-pożizzjoni tagħhom mal-gvern? Se jsiru tal-post jew le? X'possibilta' hemm li jitjiebu l-kundizzjonijiet tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' Supply Kindergarten Assistants bi klassi huwa ta' 42. Il-pożizzjoni ta' kindergarten Assistants hi regolata bil-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati bħala persuni b'diżabilita' f'Malta u f'Għawdex? Kemm minnhom jaħdmu xogħol permanenti? Kemm minnhom jaħdmu part-time? Kemm minnhom jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor. Membru lill-Ministru tal-politika soċjali. Informat ukoll li n-numru ta’ persuni reġistrati għax-xogħol bħala persuni b’diżabilita’ ma’ l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ sa l-aħħar ta’ April 2007 kien ta’ 356 persuni fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-reġistru ta’ l-ETC.
Fl-aħħar ta’ Novembru 2006 kien hemm 985 persuni b’diżabilita’ li kellhom xogħol ‘Full Time’ u 171 persuni b’diżabilita’ li kellhom biss xogħol ‘Part Time’.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19833, jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu l-proċeduri? Jista' jgħid ukoll kemm huwa l-livell ta' decibals (ħsejjes) li huwa aċċettabbli skond normi Ewropej u skond l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li Hompesch Steel qiegħed fil-proċess li jagħlaq l-iskrepjard u l-art tinbidel minflok f`żona industrijali. F`dan ir-rigward sar studju fuq il-livelli ta` ħsejjes preżenti. Ir-riżultati juru li l-livell ta` ħoss kien bejn 73.9 dBA u 74.7 dBA. L-ogħla livelli ġew imkejla viċin iż-żona residenzjali. Skond l-Environmental Impact Statement (EIS) huwa ċar li l-livelli eżistenti ta` ħoss għandom impatt negattiv fuq l-ambjent u jkun ta` benefiċċju li kieku s-sit jinbidel f`wieħed fejn l-attivitajiet industrijali ġodda jkunu ta’ tip li fihom il-ħsejjes jistgħu jiġu kkontrollati.
Il-proċeduri min-naħa ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) huma li ingħata permess
outline
(PA7031/99) biex jitneħħa l-operat eżistenti ta’ Hompesch Steel u minfloku isir żvilupp industrijali ħolistiku. Il-livelli ta’ ħoss (
debels
) iridu jkunu aċċettabbli skond linji gwida ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li huma bbażati fuq dawk tal-World Health Organisation (WHO). Dawn jispeċifikaw li bil-lejl il-livell ta` ħoss fil-kmamar tas-sodda m`għandux jaqbeż il-55 dBA. Peress li għadu mhux magħruf x`tip ta’ industriji partikulari ser ikun hemm fuq is sit, il-livelli ta` ħoss ta’ l-iżvilupp propost ma jistgħux ikunu stmati f’dan l-istadju.
Il-
policy
rilevanti għal dan is-sit hija SMCM 08 fil-Pjan Lokali ta’ Nofsinhar ta’ Malta u l-mappa rilevanti hija ZN 3.
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji u jispjega x'inhi l-policy tal-gvern u ta' entitajiet u aġenziji governattivi kollha inkluż il-Bank Ċentrali u l-Universita' ta' Malta għal dak li jikkonċerna reduced hours? Jista' jispjega jekk hemmx xi kriterju jew prezz stabbilit u jekk fl-affermattiv jispjegah ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Policy dwar xogħol fuq reduced hours li tapplika għal uffiċjali pubbliċi tal-Gvern tinsab f’sezzjoni 3.1.6 tal-Public Service Management Code.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jixxandar ir-riżultat taċ-ċensiment tas-sena 2005, speċjalment dak dwar djar u akkomodazzjoni vakanti peress li t-tagħrif hu kruċjali għal sorveljar dwar is-suq tal-proprjeta' f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess biex jinħarġu r-riżultati finali taċ-Ċensiment huwa twil, għaliex l-ewwel trid tiġi assigurata l-enumerazzjoni sħiħa ta’ kulħadd. Fil-fatt dan il-proċess ħa numru ta’ xhur. Sar ukoll proċess sħiħ ta’ ġbir ta’ tagħrif li ngħata nieqes kif ukoll il-proċess ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalita tat-tagħrif li nġabar.
Bħalissa qegħdin jinħarġu r-rapporti finali u hu mistenni li r-riżultati finali kollha taċ-Ċensiment 2005 jixxandru iktar tard din is-sena.
Issa li daħlet sistema ġdida għad-dħul ta' vetturi fil-Belt Valletta, jista' l-Ministru jgħid x'sar jew x'ser isir speċifikament beix titjieb is-sistema tas-servizz pubbliku għal dawk li jridu jmorru l-Belt kapitali u ma jużawx il-vetturi tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li ġew introdotti 2 rotot express bejn il-Mosta u l-Belt Valletta u ż-Żurrieq u l-Belt Valletta li bejniethom jagħmlu 12 il-vjaġġ filgħodu u 12 il-vjaġġ filgħaxija. L-ADT qiegħda tistudja l-possibilita' li fil-ġimgħat li ġejjin ikunu introdotti rotot oħra express li jaqdu lokalitajiet oħra fejn ikun indikat li hemm domanda sabiex dawn is-servizzi jkunu sostenibbli.
Jidher ukoll li kien hemm żieda zgħira fuq diversi rotot oħra li jindika li għalkemm id-domanda għas-servizz żdiedet b’ammont zgħir, l-iskedi preżenti qed jakkomodaw tajjeb għal din iż-żieda
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'din is-sena skolastika sewa lid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni l-kuntratt tat-trasport tat-fal ta' l-iskola? Kemm tħallas minnu s'issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-sena skolastika 2006/2007, il-kuntratt tat-trasport tat-tfal ta' -iskola huwa stmat li ser jiġi jiswa lid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni kif ġej:
Trasport tat-tfal fl-iskejjel Primarji u Sekondarji:
Ammont stmat: Lm1,529,014
Ammont imħallas s'issa: Lm 656,655
Trasport tat-tfal bi bzonnijet speċjali:
Ammont stmat: Lm 165,945
Ammont imħallas s'issa: Lm 143,868
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien hemm passiġġieri li wżaw it-trasport pubbliku fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kif jikkompara ma' l-istess żmien tas-sena li għaddiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li fl-ewwel 4 xhur tas-sena 2006 kien hemm 8903,889 passiġġieri. Fl-istess perjodu tas-sena 2007, inġarrew 9652,985 passiġġier. Dan ifisser differenza ta’ 749,096.
Wieħed irid jieħu inkonsiderazzjoni li f’Marzu tat-2006 kien hemm azzjoni industrijali li jfisser li bejn wieħed u ieħor kien hemm telf ta’ 210,000 passiġġier. Għaldaqstant, jidher li hemm żieda approssimativa ta’ 539,096 mis-sena 2006 meta tqabbel iż-żewġ perjodi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw airlines hekk imsejħa low cost biex joperaw id-diversi rottot li offra l-gvern? Kemm ġew aċċettati? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-airlines applikaw għal xi rotta f'din l-aħħar sena li ma kenitx offruta mill-gvern? Jekk kien hemm, liema kienu u x'deċiżjoni ttieħdet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fl-ewwel sejħa żewġ linji ta' l-ajru low cost applikaw biex joperaw xi uħud mir-rotot li offra l-Gvern. Il-Gvern aċċetta l-offerti taż-zewg airlines iżda waħda minnhom iddeċidiet li la l-airline l-oħra ser topera hi ma toperax. Għat-tieni sejħa, ma kienx hemm applikazzjonijiet. Fit-tielet sejħa airline waħda applikat għal xi rotot u l-offerti kienu aċċettati. Wieħed ma jistax japplika għal xi ħaġa li għaliħa ma hemmx sejħa għall-offerti. Low cost airlines oħrajn ukoll qed joperaw lejn u minn Malta.
Jekk l-Onor qed jitlob informazzjoni dwar liema rotot xi linji ta' l-ajru wrew interess fihom, din hija informazzjoni ta' natura kummerċjalment sensittiva u ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa minn Heritage Malta ħalli t-tempji ta' Hal Saflieni ġewwa Hal Tarxien jiġu spjegati aħjar permezz ta' materjal divers u tabelli fuq il-post?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni huwa mgħammar kemm b’tabelli fuq il-post kif ukoll introduzjoni awdjo-viziva f’ħames lingwi. Fil-preżent, Heritage Malta qed tintroduċi Audio-guides fl-istess ħames lingwi, jiġifieri Malti, Ingliż, Taljan, Franċiż u Ġermaniż. Fil-futur qarib, ser ikun introdott ukoll il-Ġappuniż, u aktar lingwi ser ikomplu jiżdiedu minn żmien għal żmien, sabiex dejjem nilħqu il-bżonnijiet ta' swieq ġodda fil-qasam tat-turiżmu.