Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienu l-individwi u/jew ażjendi li l-Malta Industrial Parks Limited infurmat li jridu jitilqu minn Ħal Far u jmorru l-qasam industrijali ta' Ħal Luqa? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet li qed tesiġi l-Malta Industrial Parks Limited mill-ażjendi nvoluti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jerġa' jitwaħħal il-bus stop li kien hemm qabel fi Triq San Ġorġ, f'San Ġiljan peress li ħafna residenti ta' l-inħawi huma anzjani u jsofru tbatija kbira u inkonvenjenza biex jaslu sal-bus stop tal-bajja ta' Spinola jew f'tarf is-Swieqi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-bus stop li kien hemm fi Triq San Ġorġ ġie imneħħi minħabba li kien qiegħed ikun ta’ ostaklu għat-traffiku.
Jien infurmat ukoll li dan l-aħħar saret żjara fuq il-post bejn il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, id-Direttorat tat-Trasport Pubbliku u l-
Unit
inkarigat mill-Immaniġġjar tat-Traffiku fejn ġie maqbul li fuq żmien ta’ prova jiġi installat
b
us stop
fi Triq San Ġorġ kantuniera ma’ Triq il-Qaliet mal-ġenb tal-HSBC Bank.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' l-MCAST li qed jattendu ċentri privati ta' l-IT għall-korsijiet tagħhom peress li m'hemmx spazju u faċilitajiet għalihom fl-MCAST fil-qasam ta' l-ITC? Jista' jgħid kemm kienu dawn l-istudenti fil-bidu tal-kors u kemm hemm minnhom li m'għadhomx jattendu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti ta' l-MCAST li qed jattendu ċentri privati ta' l-IT hu kif ġej:
Registered Currently
Training Providers 01 Dec '06 Attending Resigned
Computer Domain 55 50 5
Key Training Services 54 42 12
St Martin's Institute of IT 31 29 2
STC Training 23 23 0
Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-applikazzjoni għal akkomodazzjoni diċenti tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li flimkien mal-mara u t-tlett itfal jgħix f'post ċkejken sub-standard, bil-mara diżabbli u ilu jistenna 18-il sena mindu applika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi din is-sena u s-sena l-oħra lill-ommijiet ta' 16-il sena u taħt is-16-il sena? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-eta' u skond il-lokalita' li tiġi minnha l-omm?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bejn Jannar tas-sena 2006 u l-aħħar ta' Marzu tas-sena 2007 twieldu 68 tarbija lill-ommijiet ta' sittax -il sena jew iżgħar. Il-lokalitajiet huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt:
Trabi li twieldu lill-ommijiet ta' 16 - il sena jew inqas bejn Jannar tas-sena 2006 u l-aħħar ta' Marzu tas-sena 2007.
Region
Mother's age
15 years or less
16 years
Total
Gozo
0
1
1
North Harbour
9
15
24
South Harbour
6
12
18
South East
5
8
13
Northern
1
3
4
Western
1
7
8
Malta and Gozo
22
46
68
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' vjolenza domestika din is-sena? Jista' jgħid kemm mill-każijiet tressqu nies l-qorti? Jista' jgħid il-lokalitajiet li fihom joqogħdu dawk irrappurtati u kemm hemm każijiet f'kull lokalita?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħamex xhur ta' din is-sena l-Pulizija kellha 117 rapport li b'xi mod jinkwadraw taħt vjolenza domestika, filwaqt li matul l-istess perijodu nbdew proċeduri kriminali kontra 151 persuna dwar l-imsemmija reati.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-lokalitajiet u n-numru ta' rapporti.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex bejn il-ħin li jispiċċaw mix-xogħol u l-bidu ta' l-overtime, l-Maltapost mhux qed tħallashom ta' l-ewwel tletin (30) minuta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26471 u għar-risposta relattiva peress li l-ilmenti saru lill-Interpellant li mbagħad tressqu lill-Ministru permezz tal-mistoqsija parlamentari msemmija u allura l-ilment wasal fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn l-istudenti tal-BCom intalbu jiktbu isimhom u n-numru tal-karta ta' l-identita' fuq il-karta ta' l-eżami tagħhom meta normalment jitniżżel index number?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita', għalkemm mhix obbligata, tuża s-sistema ta' 'blind marking', jiġifieri li l-ezaminatur jimmarka l-karti ta' l-ezami mingħajr ma jkun jaf l-identita' ta' l-istudent. Il-parti fejn l-istudenti jikteb ismu u n-numru tal-karta ta' l-identita' tinqata' u tinżamm mill-amministrazzjoni wara li jingħata numru li jitniżżel ukoll fuq il-manuskrit li jgħaddi għand l-eżaminaturi. Din is-sistema tintuża fil-Fakultajiet kollha mhux għall-istudenti tal-B.Com biss.
Nixtieq nerġa ninforma lill-Onor. Membru li ma kien hemm l-ebda ilment dwar dan la minn xi student u lanqas minn rapprezentanti ta' l-istudenti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26510 u għar-risposta relattiva, peress li l-proċess ġie eżawrit u dan ġie konfermat anke minn verifiki li saru u rriżulta wkoll li kollox huwa regolari, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex din l-applikazzjoni għadha ma ġietx konkluża meta hawn qed nitkellmu fuq l-għajxien ta' familja li qed tistenna l-ħruġ ta' din l-applikazzjoni biex tkun tista' tibda topera, proprju meta dan huwa ż-żmien meta dan it-tip ta' xogħol huwa rikjest fis-suq u dawn l-applikanti qed jiġu mċaħħda milli jaqilgħu l-għajxien tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi din l-applikazzjoni ġiet finalizzata. Fil-fatt l-applikant ġie infurmat sabiex imur jiġbor din il-liċenzja.
Għaliex għadhom ma tħallsux is-sussidju fuq ġwież/għalf lill-produtturi lokali għall-perjodu ta' Lulju - Diċembru, 2006?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għas-sussidji fuq il-ġwież ser ikunu pproċessati fil-ġranet li ġejjin. Id-dewmien irriżulta minn kjarifiki meħtieġa fuq applikazzjonijiet partikulari.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ħarġux il-formuli għall-applikazzjoni tas-sussidju fuq il-ġwież/għalf għal perjodu ta' Lulju sa Diċembru, 2007 issa li diġa ninsabu f'nofs Ġunju? Għaliex din it-traskuraġni f'dan ir-rigward?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 26740.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jkun hemm pulizija tat-traffiku mal-punt tal-ħruġ tat-traffiku minn Santa Luċija għal mar-roundabout li tgħaqqad Telgħet Maria Addolorata, Luqa Road u Triq tal-Barrani fil-ħin ta' bejn is-7.30 a.m. u 8.30 a.m. u dan għaliex qed ikun hemm dewmien esaġerat biex ix-xufiera minn Santa Luċija joħorġu madwar ir-roundaboutmsemmija, tant li qed iseħħu numru konsiderevoli ta' inċidenti f'dan il-punt?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26440, jista' l-Ministru jispeċifika kemm hemm educational psychologists impjegati mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Jista' jelenka x'inhuma l-funzjonijiet ta' dawn il-professjonisti? Kemm ilhom li ġew ingaġġati u jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu fiż-żmien qarib? Peress li f'pajjiżi bħall-Amerika ta' fuq huwa stmat li madwar wieħed minn kull ħamest itfal għandu xi forma ta' dyslexia u probabilment hawn Malta u f'pajjiżi oħrajn ir-rata hija pjuttost simili, jista' jgħid jekk hux qed isir screening programme fl-iskejjel primarji tagħna? U dan vis-a-vis tal-fatt li kemm-il darba dawn it-tfal jiġi djanjostikati kmieni, ikun possibli li fil-maġġoranza tagħhom tiġi korretta d-diżabilita' tagħhom u fl-istess ħin żgur u mhux forsi nkunu qegħdin innaqqsu r-rata ta' illtteriżmu li għandna f'pajjiżna.
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal sal-ħin li jkun irid jiġi mgħoddi lill-uffiċċju ta' l-iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Fid-dawl tal-fatt li l-allowance tat-tfal naqset (għal raġuni jew oħra) b'madwar 35% matul dawn l-aħħar 10 snin, x'inhu jagħmel l-ministeru sabiex jassigura li dawk il-familji li għandhom aktar minn wild wieħed ma jiġux ntaxxati inġustament bis-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u dan fl-ispirtu li din is-surcharge hija maħruġa b'mod lineari, hija taxxa tal-konsum u familji numerużi bilfors jikkonsmaw aktar dawl u ilma? Peress li għandna tnaqqis fir-rata' tal-fertilita', kif jista' l-Gvern jinkoraġġixxi lill-koppji Maltin ikollhom aktar ulied, b'din il-miżura anti-familja?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jaf il-Ministru li filwaqt li huwa sew il-MCAST jiġi estiż u li huwa maħsub li ser ikun qed jiġbor fih l-istudenti kollha ta' Malta f'dan il-kulleġġ, fl-istess nifs l-Enemalta qegħda tibni tankijiet għal ħażna tal-gas/żejt ftit mijiet ta' metri biss 'l bogħod minn dan il-lok? Ma jaħsibx li din l-approssimita' ta' eluf ta' żgħażagħ Maltin daqstant viċin ta' dan il-periklu huwa nuqqas ta' ippjanar serju min-naħa tal-Kabinett tal-Ministri? Jekk Allaħares qatt iseħħ inċident fil-futur min ser jassumi r-responsabbilta?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li ġejt infurmat li ma jirrizultax li hemm xi periklu jew nuqqas ta' ppjanar kif qed jgħid l-Onor. Membru, ser inkompli nsegwi l-materja mqanqla.
B'referenza għal mistoqsijiet parlamentari 26423 u 26424, jaf il-Ministru li fil-health centres qed ikun hemm ħafna dewmien esaġerat u ffullar biex jiġu eżaminati l-pazjenti u li minħabba n-nuqqas ta' tobba saħansitra jiġu rrifjutati numru kbir ta' visti fid-djar kuljum? Jista' l-Ministru jelenka kemm seħħew PR examinations, clinical thyroid examinations u kemm ġew ordnati TFT's u PSA's mit-tobba tal-polikliniċi sabiex jiġu djanjostikati mard tal-prostata u tat-tiroide kmieni matul din l-aħħar sena? Huwa minnu li l-gvern jemmen fis-servizz tat-tobba tal-familja jew le? Japprezza l-Ministru li bil-prezzijiet li jaħdmu bihom il-maġġoranza tat-tobba tal-familja qegħdin jissussidjaw is-servizz pubbliku li bħalissa żgur li mhux ilaħħaq mad-domanda ta' xogħol li qed ikollu għad-dannu tal-pazjenti u l-istaff mediku u paramediku nnifsu li jaħdmu fis-servizz primarju? U allura l-Ministru għalfejn ma jikkonsidrax li jagħti aċċess lit-tobba tal-familja li jordnaw testijiet tad-demm tal-PSA u TFT's, imqar f'dawk il-pazjenti follow-ups? U dan fl-ispirtu biex jiġu mgħejjuna t-tobba tal-polikliniċi u kif ukoll biex jitħaffef il-proċess ta' djanjostikar jew management mediku ta' dawn il-pazjenti (għall-ġid tal-pazjenti infushom) fl-ispirtu tal-prevenzjoni primarja li suppost nemmnu biha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma tinżamx statistika ta' kemm isiru eżamijiet kliniċi tat-Tyroid, PSA u PR għax dak huwa studju ta' riċerka medika. Lanqas tinġabar statistika ta' kemm ġew ordnati TFTs u PSA individwalment. Fiċ-Ċentri tas-Saħħa tinġabar statistika kemm ġew ordnati investigazzjonijiet mit-tobba fil-privat u mit-tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
F'każijiet mhux komuni jkollhom isiru viżti urġenti biss miċ-Ċentri tas-Saħħa meta għal raġunijiet mhux previsti bħal mard tat-tobba u riferti tal-qorti, jkun hemm nuqqas ta' tobba.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li dawk li qegħdin clerks bil-kuntratt fil-Housing Authority jiġu clerks fissi tal-post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar tikkunsidra t-talba ta' l-Onor. Interpellant fid-dawl tar-riżorsi umani li jkollha bżonn minn żmien għal żmien u fil-parametri tal-provedimenti ta' Avviż Legali Numru 51 ta' l-2007.