Legislature:
Category:
Reset
Active:

Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-eżamijiet tal-MATSEC fil-livell intermedju u dak avvanzat kemm kien hemm ilmenti bil-miktub permezz ta' e-mail jew xort'oħra, dwar żbalji u jew ineżattezzi fis-suġġetti varji? Liema kienu s-suġġetti u x'kienu l-ilmenti? Jista' jgħid ukoll x'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena kien hemm ilment wieħed dwar mistoqsija fl-ezami tal-Malti fil-livell Intermedju li skond l-ilment kienet dwar aspett barra mis-sillabu. Irrizulta izda li ma kienx hemm bazi għal dan l-ilment. Ma kienx hemm ilmenti oħra dwar zbalji jew inezattezzi fil-karti ta' l-ezami. Informat ukoll li kien hemm ilment dwar l-ezami ta' Paper II fil-Kimika fil-Livell Avvanzat għaliex l-istudenti ma ngħatawx kopja tal-Periodic Table waqt l-ezami. L-ebda mistoqsija f'din il-karta ma kienet titlob tagħrif dwar il-Periodic Table u għalhekk l-istudenti ma kienux zvantaggjati. Kien hemm ilment ieħor li xi 10 minuti wara li beda l-ezami ta' l-Ekonomija fil-livell Avvanzatl-iskritt tal-kandidati inbidel izda ingħata ħin barrani biex jagħmel tajjeb għal ħin li ntilef.
Leg 10 PQ #26551 Sitting 539 2007-06-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Teatru Rjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol li kien ħabbar ftit tax-xhur ilu mhux ħażin fejn is-sit tat-Teatru Rjal kellu jiġi mgħotti? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi f'dan is-sens? Jista' jgħid ukoll kemm hija l-ħsara li ġarrbu s-siġġijiet li kif kulħadd jista' jara tħallew hemm u saritilhom ħsara konsiderevoli minħabba li huma esposti għall-elementi kollha? Għal kemm tammonta din il-ħsara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi qiegħda ssir stima tax-xogħol li meħtieġ isir sabiex is-sit imsemmi jkun fi stat tajjeb, skond ir-regoli relevanti sabiex isir fih l-Malta Arts Festival Summer 2007. Il-proġett sabiex dan is-sit jiġi mgħotti jinsab fil-fażi ta’ ippjanar.
Leg 10 PQ #26552 Sitting 539 2007-06-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

CD u DVD ta' Vertigo

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25716 u jgħid xi ftehim jew kuntratt hemm bejn Where's Everybody ( u kumpanniji sussidjarji jew assoċjati) u l-Maltasong Board, dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tal-music video, ic-CD u d-DVD tal-kanzunetta Vertigo? Jista' jippreżenta kopja tal-kuntratti kollha li saru bejn iż-żewġ naħat? Kemm intalbu jħallsu l-kumpannija Where's Everybody għad-drittijiet tal-kanzunetta Vertigo, li skond il-liġi huma proprjeta' tal-Maltasong Board biex ikunu jistgħu jużawha fil-programmi tagħhom? Jista' jgħid għaliex kumpaniji u ħwienet li talbu li jbiegħu c-CD u d-DVD tal-kanzunetta Vertigo ma ngħatawx permess mill-Where's Everybody biex jagħmlu dan? Għaliex il-kanzunetta Vertigo qed tinbiegħ biss minn żewġ kumpaniji?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Rapport tal-MATSEC

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26243, jista' l-Ministru jgħid liema rakkmandazzjonijiet fir-rapport tal-MATSEC twettqu s'issa u liema huma l-oħrajn li huwa maħsub li jitwettqu? Jista' jgħid minn meta se jitwettqu?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inzid mat-tweġiba diġa' mogħtija għall-Mistoqsija ċitata.

Xagħra l-Ħamra

Question

Jista' l-Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma jekk meta ddeċieda li jmur lura fuq id-deċiżjoni tiegħu li jibni korsa tal-golf fix-Xagħra l-Ħamra li sa ftit żmien ilu kien għadu qed isostni - kontra s-short list tal-MEPA - li kienet sejra ssir fl-interess nazzjonali , apparti minn konsiderazzjonijiet oħra, seta' kien motivat mill-fatt li d-Direttorat ta' l-Ambjent tal-Unjoni Ewropea saru jafu bil-każ u għamlu pressjoni fuq il-gvern biex jkun ċar u jekk jkun hemm bżonn jirrevedi l-policy dikjarata tiegħu dwar bini ta' golf courses ġodda b'mod partikolari dwar ix-Xagħra l-Ħamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma kienx motivat mill-konsiderazzjoni li qed isemmi fid-deċiżjoni li ħa dwar ix-Xagħra l-Ħamra.

Guidance and Councelling

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26244, jista' l-Ministru jgħid meta tlesta r-rapport dwar is-servizz tal-Guidance and Counselling u meta wasal għandu?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inzid mat-tweġiba diġa' mogħtija għall-Mistoqsija ċitata.

Sekwestru ta' fliexken ta' xorb

Question

B'referenza għad-deċiżjoni ta' l-uffiċjali tad-dwana li ssekwestraw għadd ta' fliexken ta' xorb alkoħoliku mill-confectionary li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, dejjem jekk it-talba tas-sid tal-ħanut hija ġustifikata u kkorroborata bl-evidenza mitluba mid-dipartiment konċernat, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lid-dwana ta' Malta milli jagħti lis-sid tal-ħanut lura l-fliexken kollha li qed jinżammu mid-dwana meta dejjem skond is-sid tal-ħanut kull flixkun inxtara legalment u skond il-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li dan l-istabbiliment kiser Regolament 13 tat-Taqsima B tas-Sitt Skeda, Kap 382 tal-Liġijiet ta’ Malta. Dan ir-regolament jistipula li l-flixken tax-xorb alkoħoliku esebiti għall-bejgħ irid ikollhom imwaħħla fuqhom faxxa jew bolla hekk kif indikat mill-Kontrollur tad-Dwana.

Public Accounts — Pensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pensjoni tal-Public Accounts tiżdiedx jew tibqa' kif tkun? Jista' jgħid ukoll jekk il-gvern hux qed jikkonsidra li jagħti xi żieda għal din il-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Riżenja

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'kienu r-raġunijiet li rriżenja s-Sur Buġġelli? Min ħa over ir-responsabilta' tax-xogħol pendenti li kellu f'idu dan l-uffiċjal għoli fid-dipartiment/ministeru? X'kien fil-fatt ix-xogħol pendenti li huwa kellu responsabilta' tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Riżenja

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'kienu r-raġunijiet li rriżenjat Dr M Vella? Min ħa over ir-responsabilta' tax-xogħol pendenti li kellha f'idha din l-uffiċjal għoli fid-dipartiment/ministeru? X'kien fil-fatt ix-xogħol pendenti li hija kellha responsabbilta' tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Dr Mireille Vella applikat għall-post ta’ Direttur Ġenerali f’ministeru ieħor wara l-ħruġ ta’ ċirkulari mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Permezz ta’ struttura ġdida, il-post ta’ Direttur International & Legal Coordination li kienet tokkupa Vella issa ġie integrat fil-post ġdid ta’ Direttur Ġenerali responsabbli mill-aspetti regolatorji fil-qasam veterinarju u tas-sajd. Din il-kariga issa hija okkupata minn Dr Anthony Gruppetta li llum jokkupa il-kariga ta’ Direttur Ġenerali Veterinary Regulations and Fisheries Conservation and Control.

Biċċerija

Question

Għaliex l-inċineratur fil-Biċċerija għadu mhux jaħdem? Kemm fil-fatt hija kkalkulata l-ispiża meħtieġa biex jitħaddem dan l-inċineratur il-ġdid? Meta fil-fatt se jitħaddem? Min kien l-uffiċjal/uffiċjali responsabbli minn dan il-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari tiegħu Nru 23821. Il-project manager ta’ l-impjant kien l-eks-Direttur Generali fit-Taqsima ta’ l-Ikel u l-Affarijiet Veterinarji. Il-lum dan il-proġett qed jaqa' taħt il-WasteServ Malta Ltd.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma nħossx li jkun prudenti li jingħataw l-ismijiet tal-persuni ikkonċernati. Il-postijiet li ġew vakanti imtlew skond il-bżonn u r-riżorsi disponibbli.

Ħaż-Żebbuġ — Triq De Rohan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax isir xi ħaġa urġenti fi triq De Rohan Ħaż-Żebbuġ, Malta u dan għaliex hemm problema ta' flooding speċjalment fil-bidu tat-triq u dan anke meta tagħmel naqra xita? Jidher li din il-problema ilha diversi snin issa u qed tkun ta' inkonvenjent kbir għan-nies tal-lokal.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li qiegħed isir studju min naħa ta' l-ADT biex tista' tiġi solvuta din il-problema.

Qormi — Tal-Blat Housing Estate

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq l-installazzjoni ta' lift fil-blokki A,B,C u D fuq Tal-Blat housing estate Qormi wara li r-residenti diġa' ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom u l-applikazzjoni tal-MEPA ilha approvata mis-26 ta' Ġunju 1998?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar għandha żewġ applikazzjonijiet għal stallar ta' lift fi blokki C u D fil-binja ndikata mill-Onor. Interpellant. Dawn iż-żewġ applikazzjonijiet saru f'Novembru 2006. Ninsab infurmata wkoll li ż-żewġ siti ġew spezzjonati mill-perit u l-konsulent dwar il-lifts ta' l-Awtorita' u qed jitħejjew il-pjanti tal-partijiet komuni tal-blokki biex jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet għall-permessi lill-MEPA. Dwar l-applikazzjoni approvata mill-MEPA fl-1998, li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, ninsab infurmata li din kienet dwar bini ta' sular ieħor fuq il-blokki A, B, C u D, liema proġett qatt ma ġie mwettaq.

Ġnien l-Indipendenza — Funtana

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-funtana ġdida li ġiet inawgurata riċentement fi Ġnien l-Indipendenza f'Tas-Sliema? Jista' jgħid xi kriterji ambjentali huma assoċjati ma' dan il-proġett infrastrutturali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-funtana l-ġdida li ġiet inawgurata riċentement f'Tas-Sliema ġiet tiswa madwar Lm8,000. Permezz ta’ din il-funtana rridu nwasslu l-messaġġ li “d-dinja ma ġietx mogħtija lilna minn ta’ qabilna iżda ġiet mislufa lilna minn uliedna”.

Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' rapporti li ġew ikkummissjonati matul din is-sena? Jista' jgħid liema kienu dawn ir-rapporti u kemm ġew jiswew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

MCAST — Studenti bis-dyslexia

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex tlett studenti ta' l-MCAST li attendew kors ta' carers u jbatu mid-dyslexia ma ngħatawx l-għajnuna waqt l-eżami u wara li għamlu r-re-sit damu ġimgħat ma ngħataw ir-riżultati, anzi ġew mitluba biex jerġgħu jagħmlu l-eżami għal darb'oħra u kien wara li oġġezzjonaw fuq parir tat-tabib tagħhom li ngħataw ir-riżultat żmien wara? Għaliex m'hemmx arranġamenti partikolari għal żgħażagħ bħal dawn li b'tant entużjażmu jidħlu biex jitħarrġu iżda mbagħad isibu ostakoli mhux mistennija a bażi tad-diffikulta' tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ħadd mill-istudenti fuq dan il-programm ma nforma lill-MCAST dwar dyslexia jew xi ħtiġijiet oħra speċjali. L-MCAST minn dejjem kellu nies apposta fis-sezzjoni ta' l-Inclusive Education Unit, biex jieħdu ħsieb jagħtu l-għajnuna neċessarja lil dawk li jipprovdu evidenza professjonali minn tobba jew esperti oħra. Minħabba l-livell baxx ta' edukazzjoni tagħhom, dawn l-istudenti ingħataw għajnuna addizzjonali fil-Malti u fl-Ingliz matul il-kors kollu biex jgħinhom fl-istudji tagħhom. Dan sar mingħajr ebda spejjez għall-istudenti konċernati.

Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jara li t-talba għal facilitator, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tiġi proċessata peress li l-istudent in kwestjoni kulma jmur sejjer ħafna lura?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li se jsir dak kollu possibli biex din l-applikazzjoni tiġi pproċessata qabel il-bidu tas-sena skolastika li ġejja.