Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa vakanzi fil-kariga ta' kap ta' skola? Jista' jikkonferma li ħadd mill-assistenti kapijiet ma applika meta saret sejħa biex jimtlew dawn il-postijiet? Kemm hemm assistenti kapijiet li huma eleġibbli li japplikaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 11-il Assistent Kap li applika għall-kariga ta' kap ta' skola fl-aħħar sejħa li ħarġet biex jimtlew dawn il-postijiet. Informat li bħalissa hemm 16-il Assistent Kap li jistgħu japplikaw għal kariga ta' kap ta' skola.
Jikkonferma l-Ministru li f'laqgħa li saret dan l-aħħar għall-assistenti kapijiet intqal lilhom li jekk ħadd minnhom ma kien se japplika, id-diviżjoni kienet se taħtarhom direttament hi? Dan ma jmurx kontra l-ftehim ma' l-MUT?
Response (GALEA, LOUIS)
M'inix informat li saret xi laqgħa dan l-aħħar għall-assistenti kapijiet fejn intqal lilhom dak allegat fil-Mistoqsija.
Billi huwa mifhum li Senior Customs Assistants li uħud minnhom ilhom jagħmlu dan ix-xogħol għal aktar minn 20 sena ser ikollhom joqgħodu għall-eżami kompetittiv biex javvanzaw, minkejja li ilhom żmien jagħmlu xogħol u duties ta' fizzjal, jista' l-Gvern jikkonsidra li dawn minflok joqogħdu għall-qualifying exam jew interviews kif normalment jiġri meta jiġu biex jimtlew ranks ogħla minn tagħhom bħal fizzjal li jkunu sejrin jilħqu inspectors, etc?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, permezz ta’ Addendum li sar fil-5 ta’ April 2006 għall-Klassifikazzjoni dwar il-Klassi tad-Dwana tal-1995, intlaħaq ftehim li Senior Customs Assistants jingħataw opportunità ta’ darba sabiex il-vakanzi ta’ Customs Officer ikunu miftuħin għalihom biss billi joqogħdu għall-eżami kompettitiv.
Dan l-eżami jikkonsisti f’eżami bil-miktub u intervista u tingħata kunsiderazzjoni xieraq għall-esperjenza, minkejja li ma jingħatawx marki speċifiċi għall-snin ta’ servizz.
Il-vakanzi jimtlew skond l-ordni tal-mertu miksub.
Jista' l-Ministru jgħid lill-Enemalta tieħu ħsieb li tneħħi l-ħafna wires ta' l-elettriku li hemm ma' ċerti residenzi fi Triq Ortolan, San Ġwann speċjalment dawk fil-kantuniera kif ukoll mal-gallerija tagħhom li jagħtu għal Triq Pelikan, San Ġwann? Dan minħabba d-dehra kerha li qed jagħtu lill-faċċata jew naħa ta' wara tar-residenzi tagħhom li t-tnejn jagħtu għal triqat ewlenin f'dawk l-inħawi ta' San Ġwann.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-linji li tagħhom hija responsabbli l-Enemalta huma mogħddijin kif titlob is-sengħa.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-uffiċċjali / ħaddiema li spiċċaw mix-xogħol fid- Dipartimenti, Ministeru u entitajiet li huma taħt ir-responsabbilta tiegħi huma -
4 Ambaxxaturi, li spiċċalhom t-term of office tagħhom, Secretariat Officers, mal bdil tal-Ministru, 7 mill-MIC, l-maġġor parti mal-bdil mill-MIC għall-Forum Malta fl-Ewropa u 25 mil-Corporate Services.
Tista' l-Ministru tgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtha mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qegħda tinġabar u ser tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-persuni u l-grad tagħhom li ntervistaw lill-impjegati ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu fil-proċess ta' ristrutturar li sar mis-sena 2004 sal-lum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-intervisti lill-impjegati ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta (l-MTA) fil-proċess ta’ ristrutturar li sar mis-sena 2004 sal-lum saru minn Senior Manager ta’ l-MTA li kien assistit minn Senior Executive, fil-preżenza tad-Direttur jew Head tad-Dipartiment konċernat.
Peress li bħalissa f'Għawdex hemm chaos kbir għaliex l-kuntratturi u dawk kollha nvoluti fis-settur tal-bini m'għandhomx fejn jarmu l-iskart tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex din is-sitwazzjoni tissolva?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li permessi biex barrieri jintużaw għar-rimi ta' skart jinħarġu mill-MEPA, għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25065 u jgħid:
1) x'kienet l-ispiża totali s'issa tal-proġett tat-terminal f'Għawdex;
2) jagħti breakdown ta' l-ispejjeż;
3) min esegwixxa x-xogħol;
4) jindika l-varjazzjonijiet mill-pjanti oriġinali u meta saru dawn il-varjazzjonijiet;
5) jgħid id-differenza fl-ispiża bejn ix-xogħol kif kellu jsir oriġinarjament u x-xogħol li sar skond il-varjazzjoni;
6) meta se jitlesta x-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ispiza totali (certified for payment) tal-proġett tat-terminal f'Għawdex sa l-aħħar ta’ Marzu 2007 hija Lm3,828,098.98.
Din hija maqsuma kif ġej:
· Civil Works (Polidano Brothers Ltd.)
Lm2,869,854.20;
· Finishes Works (Polidano Brothers Ltd.)
Lm295,513.03;
· Building Services (Central Power Installations Ltd.)
Lm195,776.45;
· Vertical Transportation (Titan International Ltd.)
Lm116,955.30;
· General Expenses (including, consultants’ fees, MEPA permit fees, Enemalta fees, etc.)
Lm350,000.00.
Il-pjanti oriġinali tat-terminal ta’ l-Imġarr, li saru mill-kumpanija tal-periti Coastal Management Co. Ltd (CMC Co. Ltd.) kienu ġew riveduti sostanzjalment mill-kumpanija tal-periti Bezzina & Cole fil-perjodu 2003-2004.
Il-varjazzjonijiet prinċipali bejn id-disinji oriġinali u dawk preżenti kienu:
1) Il-bini preżenti tat-terminal sar fuq sular wieħed u mhux fuq tnejn kif kien oriġinarjament.
2) Tibdil fil-Gangways tal-ħadid sabiex jikkumplimenta il-bini tat-terminal li issa sar fuq sular wieħed.
3) Żieda ta’ rampa għad-dħul fil-marshalling area.
4) Tibdil sostanzjali fuq id-disinn tat-toroq madwar il-port.
Ix-xogħolijiet ibbażati fuq il-pjanti ta’ Bezzina & Cole inbdew f’Lulju 2005.
Wieħed jista jgħid li x-xogħol fuq it-terminal huwa kważi lest minn kollox. L-ispiża totali tkun tista' tingħata hekk kif jingħalqu l-kontijiet tax-xogħol.
Riżorzi u Infrastruttura — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi n-nefqa f’kontijiet fuq id-dawl u l-ilma matul is-sena 2006, mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu kienet kif jidher hawn taħt:
Ministeru Lm 5,884.48
Dipartimenti Lm 126,597.15
Total Lm 132,481.63
Ministeru għal Għawdex — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kienet kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa totali f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 kienet:
Lm
GPS 12,375.87
Boffa Hospital 35,070.66
Division / Ministry 198,648.20
Elderly & CC 922,022.00
Mount Carmel Hospital 211,301.00
St Lukes Hospital 629,642.20
Total 2,009,059.93
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
In-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma fis-sena 2006 fil-Ministeru tiegħi kienet ta' Lm 12,938.32.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-sena 2006 fil-Ministeru u Dipartimenti li jaqgħu taħtu kienet ta' Lm377,087.58.