Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #25587 Sitting 540 2007-06-19 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Hospitality

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Hospitality

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tagħha separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Tista' tgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Riżorsi u Infrastruttura — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Marzu 2007 kien hemm safra waħda fejn kien involut il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Jakkumpanjawħ kien hemm il-Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u d-Direttur għall-Enerġija mill-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi. Din is-safra kienet destinata għal Brussels u ġiet tiswa b’kollox Lm 701.57ċ.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Safar uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm l-ebda kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance zejda mhux ritornati, fuq xi safar li sar matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zgħazagħ u Xogħol siefer darba waħda f'Jannar 2007. Mar Londra għal konferenza dwar it-teknoloġija ta' l-informazzjoni fl-edukazzjoni, liema safra qamet Lm654.98.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rampa quddiem il-bieb

Question

Tista' l-Ministru tara li l-persuna mill-Isla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qatgħulu saqajh u jinsab f'wheelchair u l-fond li fih jabita jinstab f'taraġ, issirlu rampa sal-bieb tiegħu, għax ma jistax joħroġ mid-dar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.

Zabbar — Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir sleeping policeman fi Triq iċ-Ċimiterju, Haz-Zabbar, idealment quddiem fond nru 10? Dan minħabba li f'din it-triq dejqa qed jgħaddu ħafna karozzi b'veloċita' qawwija li qed joħolqu bosta periklu għal min ikun miexi fl-imsemmija triq.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali Żabbar għal tali' round topped road hump fi Triq iċ-Ċimiterju.

Care and Repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-anzjana Bormliża, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care ta' l-Awtorita' tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Fgura — Spezzjoni fuq fond

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23701 fejn intqal li f'nofs Frar kellha ssir spezzjoni fil-fond fil-Fgura, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, mill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tad-Djar, għaliex din sal-lum għadha ma saritx? Tista' tara li t-talba tkun milqugħa mill-aktar fis possibbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Numru 23701, li jien tajt f’Seduta Numru 494, jien ma għidtx li l-ispezzjoni kellha ssir f’nofs Frar. Ninsab infurmata li din l-ispezzjoni saret fis-6 ta’ Ġunju 2007.

Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna Bormliża, li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, għandux applikazzjoni quddiem d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, u dan minħabba li fejn jgħix ser jagħlaqlu ċ-ċens temporanju, u hemm ċans li l-familja tiegħu tispiċċa fit-triq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna mill-Isla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ntbagħtlu kont mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni ta' Lm49 meta dan is-sinjur qed jallega li m'għandu l-ebda kont pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi lill-persuna għand id-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Science Lab Technicians

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24251, jista' l-Ministru jgħid bejn min qiegħed il-ftehim imsemmi u jekk hemmx il-ħsieb li fiċ-ċirkostanzi tax-xogħol li s-Science Lab Technicians qed iwettqu l-ftehim jinbidel?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hux għaddejjin xi diskussjonijiet dwar xi ftehim kollettiv? Jekk fl-affermattiv dwar xhiex u ma' liema union għaddejjin dawn id-diskussjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm negozjati dwar Ftehim Kollettiv għaddejin mal-UĦM, MUT u UMASA rigward l-MCAST u l-Universita'.

Frontex

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti għal dak li ntqal fil-ġurnal Sunday Times ta' Londra minn kelliema tal-Frontex li "The responsibility to control the border rests with the EU Member States. Frontex just exists to enhance the co-operation of member states while doing that ..."?

Response (BORG, TONIO)

Huwa minnu li sa issa l-aġenzija Frontex m'għandhiex il-mezzi awtonomi tagħha, u lanqas ma taqdi funzjoni ta' " European Frontier Guard ", kif hemm il-ħsieb li ssir fil-futur. Il-funzjoni tagħha preżenti hi li tikkordina l-isforzi ta' l-istati membri, li jfisser li jekk dawn ma jipparteċipawx f'operazzjoni partikolari, dik l-operazzjoni ma ssirx.
Leg 10 PQ #26564 Sitting 540 2007-06-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Projections tat-turiżmu

Question

B'referenza għal rapporti fejn ic-Chief Executive Officer tal-MTA ġie rrapurtat li qal li huwa target tal-Gvern li t-turiżmu ser jiżdied b'7% din is-sena, fi kliem ieħor b'78,000 turist, jista' jgħid jekk dan sarx skond kalkoli tal-Gvern innifsu permezz tal-Joint Ministerial Committee immexxi mill-Prim Ministru, l-Ministeru u l-MTA? Fuq liema bażi nħadmu dawn il-projections meta l-indikazzjonijiet tas-suq juru l-kuntrarju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli interpellant qed jirreferi għal-dak li ntqal fil-konferenza ġenerali annwali ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu fejn dak li kien il-Kap Eżekuttiv ta' l-Awtorita', kien stqarr li fl-opinjoni tiegħu, iż-żieda fin-numru ta' turisti lejn Malta kellha tilħaq 7% sa l-aħħar tas-sena. Dik iċ-ċifra hija bbażata fuq numru ta' studji interni li jsiru ta' sikwit fi ħdan l-Awtorita'.

Kulleġġ San Benedittu

Question

Jikkonferma l-Ministru li dan l-aħħar fl-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu ġew impjegati jew trasferiti minn x'imkien ieħor persuni sabiex jagħmlu xogħol marbut b'mod esklussiv bħala security?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.