Legislature:
Category:
Reset
Active:

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul l-2006 kien qed jinkera garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali. In-nefqa globali għal din il-kirja hi ta' Lm200 fis-sena u l-garaxx jinsab f'numru 10, Triq Dun Giakomino Galea, Naxxar. Il-kuntratt li jorbot għall-tlett snin ġie mġedded fit-18 ta' Awissu 2006 bil-prezz annwali ta' Lm240.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-garaxx għall-karozza ministerjali jinkera Lm250 fis-sena u jinsab tas-Sliema.

Turiżmu Kultura — Safar uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-enti li jaqgħu taħtu ma hemm l-ebda kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat fuq safar li sar matul Jannar, Frar u Marzu 2007.

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Turiżmu u Kultura — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet ta' Lm13,294.83, Lm12,191.20 u Lm21,429.13 rispettivament. Ta' min jgħid illi Lm9,939 f'Jannar, Lm9,305 fi Frar u Lm19,116 f'Marzu intefqu f'hospitality ma' ġurnalisti barranin bil-għan li jinkitbu artikli u riklamar fir-rivisti tagħhom. L-uffiċjali li approvaw dawn iċ-ċifri u l-entitajiet rispettivi huma kif ġej: Segretarju Permanenti, Segretarju Privat/Assistent Segretarju Privat - Ministeru għat-Turiżmu u Kultura Chairman, CEO, Director Communications & PR u Manager Hospitality - Awtorita' tat-Turiżmu Kap Eżekuttiv - Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti Chairman - Orkestra Nazzjonali Chairman - Teatru Manoel Kap Eżekuttiv - Heritage Malta Aġent Sovrintendent - Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Safar uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hemm tliet kontijiet pendenti mhux magħluqa fuq safar matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, u Marzu 2007, iżda li huma fil-proċess li jitħallsu. Dawn jikkonċernaw ħlas ta' żewġ biljetti ta' l-ajru (wieħed ta' l-Awtorita' Marittima u l-ieħor tad-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni) u ħlas wieħed biss ta' travel insurance ta' l-Awtorita' Marittima. Ma kien hemm l-ebda flus minn subsistance allowance żejda li ma ġewx ritornati minn xi uffiċjali fil-Ministeru, Dekasteru jew xi Enti li jaqgħu taħtu.

Riżorsi u Infrastruttura — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt: Tip ta’ Hospitality Jannar 2007 (Lm) Frar 2007 (Lm) Marzu 2007 (Lm) Awtorita’ Divi żjoni tas-Servizzi 25.15 49.30 - Direttur Ġenerali (Servizzi) Dipartiment tat-Tiftix għ aż-Żejt 709.15 75.00 - Segretarju Permanenti Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura - 136.91 - Kap tas-Segretarjat Privat

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Safar uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Parkeġġ fil-Belt

Question

B'riferenza għall-parkeġġ fil-Belt, issa li daħlet is-sistema tas-CVA, jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' parking bays i) riservati għar-residenti ta' areas pedonali ii) riservati għar-residenti tal-Belt iii) riservati għall-karozzi uffiċjali tal-gvern iv) in-numru ta' parking bays għal kulħadd fl-area ta' CVA v) in-numru ta' parking baysfil-Belt iżda 'l barra mis-CVA?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B'referenza għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 25777 f'seduta 523 qiegħed nagħti nformazzjoni aktar dettaljat kif indikat fl-istess tweġiba. In-numru ta’ parking bays għall-parkeġġ fit-toroq tal-Belt Valletta huma kif jidher hawn taħt :- i) riservati għar-residenti ta' areas pedonali - 141 ii) riservati għar-residenti tal-Belt - 90 fuq ir- ring road matul il-ġurnata u 493 filgħaxijiet fis-CVA iii) riservati għall-karozzi uffiċjali tal-gvern - xejn iv) in-numru ta' parking bays għal kulħadd fl- area ta' CVA - 2,502 matul il-ġurnata u filgħaxija 2,009 v) in-numru ta' parking bays fil-Belt iżda 'l barra mis-CVA - 634 . Din il-figura tinkludi madwar 150 spazju ta' parkeġġ fil-Fossa li għadhom mhux miżbugħa.

Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jkunu qed isiru xogħlijiet fit-toroq kemm minn ħaddiema tal-gvern, kif ukoll dawk privat, u jkun hemm restrizzjonijiet fuq it-traffiku billi jintuża lane wieħed, ma jintużawx portable traffic lights? Dawn fil-fatt jeżistu f'Malta? Japprezza l-Ministru li l-uzu ta' dawn it-traffic lights jgħin fl-immaniġġjar aħjar tat-traffiku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Portable Traffic Lights li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Nterpellant intużaw kemm il-darba għal xogħlijiet f’toroq li jirrikjedu maniġġjar ta’ traffiku speċjalment f’każ ta’ two-way traffic f’wiesgħa ta’ karreġġjata li tippermetti biss one-way traffic u meta x-xogħol idum perjodu twil. F’ħafna mill-każijiet minflok il- portable traffic lights jintużaw local wardens speċjalment meta x-xogħlijiet ma jdumux perjodu twil u meta l-arranġament ta’ traffiku ma jibqax sejjer matul il-lejl.

MCAST — Campus

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-proġett li jitkabbar il-campus ta' l-MCAST x'faċilitajiet sportivi se jiġu provduti għall-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu maħsub li jkun hemm faċilitajiet sportivi li jikkonsistu f'indoor sports gym flimkien ma diversi outdoor games courts u faċilitajiet oħra.

Vending machines

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25786 rigward vending machines, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, inkella jurini personlament, il-permessi li nħarġu mill-kunsill lokali u dan minħabba li l-kunsill lokali in kwestjoni qed jiċħad li ngħataw il-permessi?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Obesita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu ppjanat li jsir speċjalment fis-sena skolastika 2007/08 biex it-tfal ikunu aktar konxji mill-perikli tal-ħxuna u biex jieklu u jixorbu affarijiet tajbin għalihom? Jista' jgħid ukoll hemmx il-ħsieb li jiżdied il-ħin għall-edukazzjoni fiżika u għall-attivita' fiżika fl-iskejjel sabiex mid-diskors dwar l-obesita' ngħaddu għall-fatti?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni għadha kif ippublikat policy u pjan konkret dwar ikel u xorb bħala parti mill-ħidma kontra l-ħxuna zejda tat-tfal. Huwa ntiz li jsir aktar enfasi speċjalment fl-iskejjel primarji biex aktar attivita' fizika ssir fl-iskejjel. Din hi marbuta ukoll ma' ċirkulari li ħarġet din is-sena skolastika li ndikat il-ħin li għandu jiġi allokat għall-Edukazzjoni Fizika.

Skejjel — Tuck shops/canteens

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena skolastika 2006/07 kemm kien hemm tuck shops/canteens ta' l-iskejjel ta' l-istat fejn instab li kien qed jinbiegħ ikel u xorb li ma kienx konformi mal-kuntratt li kien sar għall-kiri tal-post? X'kien dan l-ikel u xorb? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm erba' każijiet fejn instab li kien qed jinbiegħ ikel u xorb li ma kienx konformi mal-kuntratt. Dan l-ikel kien jinkludi pastizzi. F'kull każ is-sidien ġew avżati, inġibdet l-attenzjoni u tneħħa l-ikel.

Armar ta' scaffoldings

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kunsill lokali jistax jimponi xi forma ta' taxxa għall-armar ta' scaffoldingmeta dan ikun qed jagħlaq xi parti minn bankina? Jekk fl-affermattiv, sa kemm jista' jkun il-prezz mitlub?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skond l-Avviż Legali 119 ta' l-2002, Kunsill Lokali jista' jitlob ħlas għal awtorizzazzjoni għal depożitu ta' materjal tal-bini jew materjal ieħor jew xi oġġetti f'xi triq (Regolament 7). Skond Skeda C ta' l-istess Avviż Legali, id-dritt dovut hu ta' Lm1 għal kull metru kwadru jew parti minnu għal kull jum (jew parti minnu).

Korp tal-Pulizija

Question

Kemm daħlu pulizija fil-Korp, mis-sena 2000 sena b'sena sal-lum? Xi kwalifiki jrid ikollhom? Meta ser toħroġ sejħa oħra biex jidħlu? Ġew ingaġġati pulizija mingħajr livell ordinarju ta' l-edukazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-reklutaġġ ta' kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija bejn is-sena 2000 u 2006 kien hekk: 2000 2001 2002 2003 2005 2007 76 88 72 100 100 135 Fost il-kwalifiċi rikjesti f'dawn ir-reklutaġġi kienu li l-applikanti jkollhom ta' l-anqas 3 suġġetti f'livell Ordinarju, bi tnejn minnhom ikunu l-Malti u l-Ingliż. Għaldaqstant min ma kellux dawn il-kwalifiċi ma setgħax japplika. Infurmat ukoll illi l-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet kienet ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-11 ta' Mejju 2007, liema sejħa għalqet nhar l-4 ta' Ġunju 2007.

Forzi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu suldati fl-Armata mis-sena 2000 sena b'sena sal-lum? Xi kwalifiki jrid ikollhom? Meta ser toħroġ sejħa oħra biex jidħlu? Ġew ingaġġati suldati mingħajr livell ordinarju ta' l-edukazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Psikologi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu fil-preżent sabiex jiġu ngaġġati Psikologi Edukattivi mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-preparazzjoni għall-ħruġ ta' sejħa għall-applikazzjonijiet qed tiġi proċessata u tinsab fi stadju avvanzat.

Bormla — Dock no. 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq Dock No. 1, Bormla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadhom għaddejin in-negozjati bejn il Gvern u l-Consortium. Hekk kif dawn in-negozjati jiġu konklużi u tgħaddi r-Riżoluzzjoni Parlamentari għat-trasferiment ta’ l-art, ix-xogħol ikun jista’ jinbeda wara li l-permessi tal-MEPA ikunu finalizzati.