Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar accounts awditjati cioe snin 2004, 2005, 2006 ta' dawn l-entitajiet pubbliċi cioe' Gozo Ferries Company Limited, Malta National Laboratory Company Limited u l-Wasteserve Malta Limited?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-accounts tas-sena 2004, 2005 u 2006 tal-Gozo Ferries Co Ltd għadhom mhux finalizzati.
Rigward iż-żewġ kumpaniji l-oħra, ninforma lill-Onor Interpellant li dawn ma jaqgħux taħt id-dekasteru tiegħi.
B'referenza għall-proġett imsejjaħ mill-Gvern Vendor Driven Academies jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-istudju li sar minn Ernst and Young dwar l-oqsma edukativi u jew ekonomiċi li jridu jkunu msaħħa in konnessjoni ma' din l-inizjattiva?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-istudju li sar minn Ernst & Young m'huwiex relatat mal-proġett tal-Vendor Driven Academies. Dan l-istudju jkopri il-kriterji kkunsidrati l-iktar importanti li investitur jikkunsidra meta jkun qed jagħmel deċiżjoni ta' investiment. L-istudju jipprovdi numru ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-oqsma li għandhom jiġu msaħħa biex Malta tattira aktar investiment barrani.
Qed inpoġġi l-executive summary ta' l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'kien ir-riżultat tal-investigazzjonijiet ġeoloġiċi dwar l-istabilita' strutturali tat-Tieqa tad-Dwejra, studju li sar mill-Bureau Veritas Consulting Limited mir-Renju Unit?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li ssir tourist information kiosk f'xi post ċentrali fir-Rabat Għawdex, preferibilment fl-inħawi ta' Triq Repubblika jew Pjazza Indipendenza?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi diġa ġie indikat sit prominenti għall-aħħar fiċ-ċentru tar-Rabat, Għawdex fl-inħawi ndikati mill-Onor. interpellant u li x-xogħol se jibda dalwaqt sabiex dan il-post ikun trasformat f'Tourist Information Office li jaqdi bl-aqwa mod l-ħtiġijiet tat-turisti kollha li jżuru Għawdex. L-uffiċju li jservi bħala Tourist Information Office fil-preżent jiġifieri dak tat-Tiġrija Palazz, xorta waħda ser jinżamm miftuħ sabiex jipprovdi s-servizzi l-oħra kollha provduti mill-Awtorita' tat-Turiżmu.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26698 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus fuq kull proġett sal-lum? Meta hi l-aħħar data li fiha jistgħu jiġu sottomessi kontijiet għal xogħlijiet pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-provvista ta' l-elettriku qiegħda tiġi sospiża b'mod regolari ma' Malta kollha u b'mod partikolari b'mod frekwenti ħafna fl-inħawi ta' H'Attard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar il-proġett tal-Belvedere li ser isir ġewwa Pembroke? Jista' jgħid ukoll jekk hux ser ikun hemm slipway inkluża f'dan il-proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onor. interpellant qed jirreferi għall-wieħed minn dawk il-proġetti li l-Awtorita' tat-Turiżmu qiegħda taħdem biex jiġu iffinanzjati mill-fondi struttutali ta' l-Unjoni Europeja.
Il-proġett jikkonsisti fi ġnien Belvedere f'Pembroke viċin tliet lukandi ewlenin. Ma hemmx slipway inkluża f'dan il-proġett minħabba l-fatt li dan il-proġett mhux se jmiss mal-baħar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bring-in-sites u f'liema lokalitajiet jinsabu? Kemm hawn lokalitajiet li għad m'għandhomx bring-in sites u x'inhi r-raġuni li dawn għad m'għandhomx? Jista' jgħid ukoll kemm inġabar skart mill-bring-in sites fl-ewwel ħames xhur tas-sena, imqassam fi plastik, karti, ħġieġ u metall u mil-liema lokalita' nġabar l-akbar ammont ta' skart?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22917 dwar il-perikolu fi Triq Ras il-Bajjada, Munxar minħabba sewwieqa li qed jgħaddu b'veloċita' kbira li huwa ta' periklu kemm għas-sewwieqa nfushom kif ukoll għar-residenti, peress li t-tabella u s-sinjali fit-triq jidher li ma tawx ir-riżultat mixtieq u l-ilmenti tar-residenti dwar il-perikolu ma waqfux, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi wara straħħiġ li sar mall-Kunsill Lokali tal-Minxar, irriżulta li l-istess Kunsill irċieva diversi ilmenti mir-residenti tat-Triq Ras il-Bajjada, sabiex ma ssirx sleeping policeman. L-istess Kunsill Lokali huwa tal-fehma illi t-tabelli u s-sinjali li saru fi Triq Ras ll-Bajjada huma bizzejjed.
Tista' l-Ministru tgħid fhiex wasal il-proġett ta' l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex? Fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li qed isiru, kemm se tkun l-ispiża u kemm minnha se tkun finanzjata mill-Unjoni Ewropea? Kemm mistenni jipproduċi ilma dan l-impjant u x'inhu ppjanat li jsir minnu? X'se jkun ifisser għall-gżira Għawdxija dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li din is-sena l-pazjenti tar-residenza ta' Sant'Anna reġgħu għaddejjin minn inkonvenjent kbir minħabba li l-aircondition mhux jaħdem u t-tbatija għal dawn l-anzjani hija kbira tant li hija ta' detriment kbir għal saħħithom, tista' l-Ministru tindirizza immedjatament din il-problema li qed tinħoloq ta' kull sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-problema ta' l-aircondition qed tiġi indirizzata peress li l-offerta għax-xiri ta' l-airconditionqiegħda fil-fażi ta' adjudication. Sadanittant il-pazjenti qed jiġu fornuti b'fans.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru toroq ġodda residenzjali fl-2006 u fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena u f'liema lokalitajiet? Kemm hi stmata l-ispiża fuq dawn it-toroq? Kemm hu maħsub li jsiru aktar toroq residenzjali sa tmiem din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq l-mejda tal-Kamra lista ta' xogħlijiet fuq toroq residenzjali allokati matul l-2006 u l-ewwel 5 xhur ta' l-2007.
Tista' l-Airmalta tikkunsidra li ssellef tennis court li hemm Pembroke, proprejta' tagħha u li tinstab fi stat tal-biki, lill-assoċjazzjoni tat-tennis tal-lokal biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu użu minnu, minbarra li jitnaddaf u jinżamm fi stat bħan-nies? Naturalment kemm-il darba l-Airmalta jkollha użu għalih, allura din l-assoċjazzjoni toħroġ 'l barra. Dan jgħin l-isport u l-ħajja soċjali f'dawn l-akwati.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. F’kull każ kien hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Karozza uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul l-2006 kien qed jinkera garaxx ġewwa San Pawl il-Baħar biex fiħ tinżamm l-karozza uffiċjali. In-nefqa globali għal din il-kirja kienet dik ta' Lm450.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li l-ispiża globali għall-kirjiet ta' garaxxijiet li fih tinżamm il-karozza uffiċjali tal-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura kienet ta' Lm 300 fis-sena. Dawn il-garaxxijiet jinsabu fil-lokalitaijiet tal-Qrendi u ż-Żurrieq.
Tista' l-Ministru tgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tagħha? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv tista' tgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2006 ma kien qed jinkera l-ebda garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċċjali tiegħi.