Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #26767 Sitting 542 2007-06-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24454 taqbel il-Ministru miegħi li huwa fid-dover ta' kull wieħed minna li nassiguraw li l-flus li din il-Kamra tivvota għall-operat tal-Gvern jintefqu b'għaqal u prudenza. Għaldaqstant tista' l-Ministru tagħtini l-informazzjoni mitluba biex inkun nista' nifli aħjar l-operat tal-ministeru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

OPM — Bordijiet ta' l-Għażla

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlametnari 24460 dwar bordijiet ta' l-għażla, jista' l-Prim Ministru jgħidli jekk fil-każijiet imsemmija kienx hemm membri tal-bord li kienu mdaħħlin f'aktar minn każ wieħed? Jekk fl-affermattiv, għaliex dawn tħallew jerġgħu jifformaw parti minn bordijiet ta' l-għażla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għall-mistoqsija qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Servizz tal-helicopter — Ħlas ta' VAT

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24459 dwar ħlas ta' VAT għas-servizz tal-helicopter, jista' l-Prim Ministru issa jgħtini t-tagħrif mitlub?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26770 Sitting 542 2007-06-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Items of expenditure

Question

Tista' l-Ministru tgħid: Kemm hi n-nefqa s'issa taħt kull item of expenditure għal din is-sena sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-ministeru tagħha? Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li s'issa għadu ma tħallasx? Għal xhiex ġie kommess kull wieħed minnhom? Meta ġie kommess? Saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor? Jekk saru, kemm kien l-ammont ta' kull wieħed minnhom? Mil-liema items ħarġu u fuq liema marru? X'kienet ir-raġuni f'kull każ? Meta sar kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #26771 Sitting 542 2007-06-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Rabat

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentar 24456 dwar it-Triq Rabat - San Lawrenz, tista' l-Ministru tgħidli fuq liema items tal-bill of quantities n-nefqa kienet akbar minn dik aċċettata fl-offerta? Kemm kienet in-nefqa aċċettata fuq kull item u kemm kienet in-nefqa finali? Għaliex kien hemm bżonn iż-żieda f'kull nefqa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba hija kif jidher fuq l-iskeda li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Universita' ta' Malta — Associate Professor

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26703 u jagħti lista ta' min applika għall-post ta' associate professor fl-Universita' ta' Malta minn Jannar 2004 'il quddiem u jgħid f'kull każ: 1) id-data tal-ġurnata meta l-Universita' rċeviet l-applikazzjoni; 2) id-data li fiha l-pubblikazzjonijiet u materjal relatati ma' l-applikant intbagħtu mill-Universita' ta' Malta lill-Association of Commonwealth Universities f'Londra; 3) id-data li fiha l-Association of Commonwealth Universities bagħtet il-materjal għand ir-referees tagħha; 4) id-data li fiha l-Universita' ta' Malta rċeviet ir-risposta dwar l-applikazzjoni; 5) id-data li fiha kull applikant irċieva avviż dwar l-andament ta' l-applikazzjoni tiegħu/tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Privat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Segretarjat Privat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jiena tajt fis-6 ta' Ġunju 2007 għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18592. Minn dakinhar ma nbidel xejn ħlief li naqset persuna mis-Segretarjat Privat tiegħi.

Segretarjat Privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 21206.
Leg 10 PQ #26785 Sitting 542 2007-06-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Segretarjat Privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru tas-Segretarjat Privat mal-Ministeru tiegħi huwa 19. Il-membri tas-Segretarjat Privat tiegħi huma mpjegati skond il-Guidance of the "Employment of Staff for Minister's Secretariat" kif approvat mill-Cabinet li tpoġġa diġa fuq il-mejda ta' din il-kamra
Leg 10 PQ #26787 Sitting 542 2007-06-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Segretarjat Privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. L-għazla ta’ dawn il-persuni ssir skond il-prassi li normalment tintuza f’dawn il-każijiet. Il-pagi ta’ dawn l-uffiċjali huma kif indikat fil-“Guidelines for the ‘Engagement of Staff for Minister’s Private Secretariats” li tqiegħed fuq il-mejda ta’ din il-kamra. Ma nara ebda raġuni valida għalfejn għandi nsemmi l-ismijiet ta’ dawn l-uffiċjali.

Sliema — Mrabat Street

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-crash barrier li qegħed f'post strateġiku bejn Mrabat Street u n-niżla ta' Old College Street, Sliema jistax jiġi rranġat minħabba li dan ilu kważi sentejn inkisser u huwa ta' periklu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saret speżżjoni fuq l-post. It-tiswija meħtiega ser issir mill-aktar fis possibli.

Waste Serve

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop tal-proġett equal project imtella' mill-Waste Serve? Min kien responsabbli tal-programm? Minn fejn ġew il-fondi u kif inhuma mqassmin? X'inhi l-istruttura tal-programm? Min kien responsabbli għal monitoring u x'tip ta' monitoring kien isir? X'tip ta' courses kienu jsiru? Liema NGO's kienu nvoluti fil-programm u fuq liema kriterji ġew magħżula? Kemm nies bdew il-programm u kemm spiċċaw il-course kollu? Kemm hemm nies li gew impjegati biex imexxu dan il-programm? Kemm qed iqum dan il-program u kif inhuma mqassma l-pagi (minghajr mal-ministru isemmi ismijiet)? Jista jghid l-iskop tal-programm equal projects lahaqx l-ghan tieghu? Fuq liema tip ta xoghol tpoggew l-istudenti li attendew ghal dan il-kors?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett EQUAL ġie implimentat bl-iskop li jingħata taħriġ lil persuni li qed jaffaċċjaw diffikultajiet soċjali. Il-persuni li bbenefikaw minn dan il-proġett setgħu jsibu dan it-taħriġ utli meta kienu jfittxu xogħol fiss. Permezz ta’ dan il-proġett WasteServ Malta Ltd xerrdet ukoll kuxjenza dwar l-importanza ta’ l-użu mill-ġdid ta’ oġġetti skartati. Dan il-proġett ġie implimentat permezz ta’ fondi mill-Programm ta’ l-Inizjattiva EQUAL f’Malta 2004–2006 li hu amministrat mill-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali. Ir-responsabbiltà tal-proġett kienet f’idejn il-WasteServ Malta Ltd. Il-maġġuranza tal-fondi li ġew allokati għal dan il-proġett intefqu bħala għoti ta’ benefiċċju għall-parteċipanti. Il-kumplament tal-fondi tqassmu fuq kera tal-post, xiri ta’ apparat u materjal li kellu jintuża waqt it-taħriġ, ħlas ta’ għalliema, superviżjoni u konsulenza, pubbliċita’ u kuntatti internazzjonali skond kif tirrikjedi l-liġi. Il-taħriġ ingħata minn April 2006 sa Frar 2007. Il-parteċipanti kienu jitqassmu f’żewġ gruppi ma’ żewġ għalliema kull darba. WasteServ Malta Ltd allokat persuna fil-post fejn sar it-taħriġ biex tkun responsabbli mill-andament tal-progett. Barra minhekk, diversi żjarat spontanji kienu jseħħu fuq il-post mill- project leader u l-konsulent . Dan il-proġett iffinanzja taħriġ fir-rinnovar ta’ għamara antika, produzzjoni ta’ oġġetti minn affarijiet skartati, stained glass , kif ukoll taħriġ fid-drama u fl-użu ta’ l-informatika. L-NGOs li taw kontribut f’dan il-proġett kienu The Richmond Foundation , YMCA, u Mid-Dlam għad-Dawl . Dawn kienu l-NGOs li wrew interess li jipparteċipaw fil-proġett wara li ġew ikkuntattjati diversi NGOs fil-fażi tal-mili tal-proposta biex jinġiebu l-fondi għall-proġett. Tmintax-il persuna bdew il- course f’April 2006 filwaqt li fit-tmiem tal-proġett, fi Frar 2007, in-numru ta’ parteċipanti kien ta’ sebgħa u għoxrin. In-numru ta’ parteċipanti varja matul iż-żmien li fih kien implimentat dan il-proġett. Il-parteċipanti li għal xi raġuni jew oħra ma baqgħux jattendu kienu sostitwiti b’parteċipanti oħrajn. In-numru totali ta’ parteċipanti li bbenefikaw minn dan il-proġett laħħaq it-tlieta u ħamsin persuna. Sitt persuni offrew is-servizz tagħhom f’dan il-proġett. Dawn però qatt ma ġew impjegati mill-WasteServ Malta Ltd. Il-proġett sewa 150,000 Ewro. Il-parteċipanti ngħataw Lm1.50 għal kull siegħa ta’ taħriġ u Lm0.40 għal kull ġurnata ta’ attendenza għall-ispejjeż tat-trasport. Il-ħlasijiet l-oħrajn kienu mqassmin hekk: Għalliema tad-Drama Lm5 / siegħa Għalliema tal- Folk Art Lm5 / siegħa Għalliema tar- Recycled Creative Crafts Lm5 / siegħa Social Development Worker u Għalliem fuq Rinovar ta’ Għamara Lm8 / siegħa Supervisor Lm3.33 / siegħa Konsulent Lm170 / xahar L-għan tal-proġett EQUAL intlaħaq fis-sens ta’ (1) numru ta’ parteċipanti (2) numru ta’ siegħat u ġimgħat ta’ taħriġ (3) numru ta’ parteċipanti li rċevew ċertifikat ta’ parteċipazzjoni (4) numru ta’ parteċipanti li sabu mpjieg. L-impieg tal-parteċipanti huwa responsabbiltà ta’ l-NGOs li rreferew lill-istess studenti għall-proġett u għalhekk WasteServ Malta Ltd, għalkemm għandha informazzjoni dwar kemm parteċipanti rnexxielhom isibu posthom fid-dinja tax-xogħol, m’għandhiex iżda aktar dettalji dwar dawn l-individwi.

Avukati tal-fqar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ttrattaw kazijiet l-avukati tal-fqar tal-gvern sena b'sena fl-aħħar sitt snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-talbiet għal għajnuna legali f'Atti Ċivili matul is-snin 2002 - 2007 kienu kif ġej: 2002 - 213 2003 - 262 2004 - 209 2005 - 178 2006 - 188 2007 - 138 (sal-25 ta' Ġunju)

Appoġġ — Nies li talbu għajnuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nies attendew jew talbu għajnuna mill-Appoġġ fl-aħħar 6 snin sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rebate ta' Surcharge

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ma kentix tħallas surcharge u għandha l-kartuna r-roża issa fl-aħħar kont għandha s-surcharge? Din intitolata għal rebate? Tista' tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Rebate fuq is-surcharge

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, u li għandha l-kartuna r-roża hix intitolata għal rebate fuq is-surcharge? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Uffiċċju ta' l-Awditur tal-MEPA

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-uffiċċju ta' l-awditur tal-MEPA ġie sal-lum attrezzata bil-ħatra ta' investigatur u staff ieħor neċessarju biex dan l-uffiċċju jiffunzjona?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fl-Uffiċċju ta’ l-Awditur fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) inħatret assistenta personali u għaddej il-proċess biex jinħatar investigatur.

NSO

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn wara Awissu 2006 'il hawn kienx hemm xi tibdil fil-kampjuni tal-prezzijiet ta' prodotti u servizz li nġabru mill-NSO? Jekk iva liema prodotti u servizzi kienu affetwati u kif ġew mibdula? Jista' jgħid jekk minn Awissu 2006 sal-lum inbidlux xi prattiċi fil-ġbir tal-prezzijiet biex tiġi mkejla r-rata ta' inflazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Gozo Channel — Wheelchairs

Question

Jista' l-Ministru issa jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 25976 dwar xi provvedimenti għandha l-Gozo Channel għal persuni li jużaw siġġu tar-roti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-provedimenti għal persuni li jużaw siġġu tar-roti huma: Ø Lift. Ø Aċċess għal main passenger decks li jinkludu l-Kafetterija, lounge u d- decks ta’ barra. Ø Toilets fil- Main passenger decks li huma attrezzati b’dak kollu neċessarju għal persuni b’diżabilita’.