Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST — Drop-outs

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2003 sal-lum kemm kien hemm studenti istitut b'istitut li bdew xi kors u ma konplewx sena b'sena? X'tip ta' monitoring qed isir għar-rata u n-natura ta' drop-outs fl-MCAST? Qed jittieħdu xi passi biex din ir-rata tonqos? Jekk fl-affermattiv, x'passi qed jittieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li bdew xi kors u ma komplewx, Istitut b'Istitut, mis-sena 2003 huwa kif ġej: Institutes 2003/04 2004/05 2005/06 2006/07 Mechanical Engineering 7 32 38 43 Electrical & Electronics Engineering 28 29 44 36 Building & Construction Engineering 11 90 92 89 ICT 71 36 37 59 Business & Commerce 73 61 123 94 Art & Design 30 47 39 38 Maritime 3 0 1 3 Community Services 20 21 22 26 Agribusiness 3 11 13 9 Gozo Centre 10 11 15 15 L-MCAST jimmoniterja s-sitwazzjoni ta' l-istudenti kollha li huma reġistrati miegħu. Id-Diretturi għandhom kuntatt regolari ma' l-istudenti u kull fejn jinħass il-bzonn jittieħdu l-passi dixxiplinari neċessarji. F'kazi fejn ikun meħtieġ jingħajtu l-ġenituri jew inkella l-kaz jintbagħat quddiem Counsellors ta' l-MCAST biex l-istudenti jingħataw l-għajnuna meħtieġa. Ta' min izomm f'moħħu li numru ta' studenti jieqfu mill-istudji tagħhom peress li jsibu impjieg.

Safety teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' safety teachers fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat separatament? Jista' jgħid ukoll kif jiġu magħżula u x'tip ta' taħriġ jingħataw? Mis-sena 2004 sal-lum kemm kien in-numru ta' rapporti li saru mill-istess safety teachers fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern sena b'sena u separatament għall-primarja u s-sekondarja? Kemm minn dawn ir-rapporti ġew milqugħa u jekk sarx ix-xogħol li kien ġie mitlub?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 74 Health & Safety Teachers. Il-Health & Safety Teachers jiġu magħzula b'interview wara li toħroġ sejħa b'ċirkolari. L-'appointment' ta' dawk li jintagħzlu jkun jgħodd għal sentejn. It-taħriġ ta' dawn l-għalliema jsir minn entitajiet kompetenti fil-qasam tal-Health & Safety bħall-Institute of Health & Safety, Msida, Red Cross Malta, Sedqa, tobba minn Sptar Boffa, Health Promotion, Health Division u l-OHSA. Barra minn hekk ikun hemm laqgħat interni regolari ta' struzzjoni kull term. Fis-snin li għaddew saru rapporti fuq ċirkostanzi li jizviluppaw minn sena għall-oħra kif jidher hawn taħt; Skejjel Primarji Skejjel Sekondarji Junior Lyceums 2004 77 18 12 2005 77 18 12 2006 74 18 13 2007 74 17 13 Dawn ir-rapporti jiġu ezaminati u jittieħdu l-passi meħtieġa.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imnħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għall-Mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20kWp (peak) fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Mosta. Għas-sitt xhur li ġejjin, il-Ministeru mhux maħsub li ser jinstalla xi sistema oħra ta' dan it-tip.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #26661 Sitting 542 2007-06-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġie stallat apparat ta' enerġija solari fuq il-bejt ta' Palazzo Parisio. Dan sar bħala proġett pilota. Jekk dan il-proġett jirnexxi, allura jiġi kkunsidrat jekk jiġix stallat apparat ieħor jew simili fuq bini ieħor li għandu l-Ministeru tiegħi.

Msida — Toroq

Question

Minħabba d-djuq tat-Triq St Venera Msida, jista' l-Ministru jara li din issir one way għat-traffiku? Jista' fl-istess ħin jiġi rrimedjat il-fatt li r-residenti ta' Triq il-Ħarrub m'għandhomx aċċess għat-triq tagħhom mill-istess triq indikata tant li ħafna drabi biex jidħlu fit-triq tagħhom ikollhom jidħlu kontra l-liġi wrong way ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li ġej: · Triq il-Ħarrub: hija one-way u għandha aċċess minn St Venera By-Pass. Din it-triq għandha wiesgħa ta’ sitt (6) metri u hemm il- parking bays fuq naħa waħda tat-triq. It-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant tinvolvi li din it-triq issir two-way iżda sabiex dan iseħħ irid jitneħħa l-parkeġġ kollu tat-triq. · Triq St.Venera : din it-triq hi wiesgħa ħames metri u tmenin ċentimetru (5.8m) u hija two-way minn kantuniera ma’ Triq il-Ħarrub sa kantuniera ma’ Triq Misraħ il-Barrieri u hemm parking bays fuq naħa waħda tat-triq. Għalkemm din it-triq mhux wiesgħa biżżejjed għal two-way iżda huwa rakkommandat li din it-triq ma ssirx one-way minħabba li ġej: - Il- junction tat-toroq fiż-żona huma ristretti ħafna u ma jippermettux rotot alternattivi adekwati. - Meta jkun hemm l-għargħar fi Triq il-Wied ta’ l-Imsida ma jkunx hemm aċċess tajjeb għan naħa t’isfel tat-triq.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20 kilo Watt (peak) - kWp-fuq il-Ministeru ta' Iżvilupp Urban u t-Toroq. Għas-sitt xhur li ġejjin, il-Ministreru mħux maħsub li ser jinstalla xi sistema oħra ta' dan it-tip.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26665 Sitting 542 2007-06-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tagħha li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imnħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Fic-Centru Amministrattiv t’Ghawdex, giet stallata sistema ta’ pannelli solari tal-kobor ta’ 10kW. Minhabba fl-investiment sostanzjali biex giet stallata din is-sistema (li fil-prezent hija l-ikbar wahda tax-xorta taghha fil-pajjiz), mhuwiex mistenni li jsir xoghol gdid iehor ta’ dan it-tip fis-sitt xhur li gejjin.

ITS — Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu nfurzati r-regolamenti kontra t-tipjip fl-ITS minħabba li dawn qegħdin jinkisru regolarment f'diversi dipartimenti u uffiċini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Management ta' l-ITS jagħmel kull sforz possibli biex jinforza r-regolamenti kontra t-tipjip fl-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi.

Arranġament Schengen

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk it-tender ta' l-IT dwar l-introduzzjoni ta' l-arranġament Schengen kienx ġie rtirat u/jew maħruġ mill-ġdid? Lil min ġie aġġudikat dan it-tender?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu għax jeżistu bosta sistemi ta' l-IT relatati mas-sħubija ta' Malta fiż-żona Schengen.

Sistema ta' l-informatika tal-VAT — Aċċess bl-ID

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm verita' f'rapporti li wasluli minn sorsi qrib id-Dipartiment tal-VAT li għalkemm is-sistema l-ġdida ta' aċċess b'I.D. għas-sistema ta' l-informatika tal-VAT għadha qed tiġi tested u għad m'hix live meta riċentement Capgemini kienu qed jagħmlu EC web based survey on electronic public services report dwar il-measurmentta' l-on line availability of public services. Ir-rappreżentanti ta' Capgemini consulting, technology u outsourcing li qed jagħmlu dan ix-xogħol bħala parti mill-proġett i2010 ta' l-Unjoni Ewropea ingħataw x'jifhmu li l-proġett diġa' huwa liveminkejja li għadu fil-fażi ta' testingbil-ħsieb illi l-gvern Malti jkun jista' jsaħħaħ il-punti li jġib fil-kuntest ta' l-istatistika ta' l-UE ħalli jkompli jgħolli aktar 'il fuq ir-ranking ta' pajjiżna f'dan il-benchmark evaluation?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif issa saret drawwa ta' l-Onor. Interpellant, hu jibbaża l-politika tiegħu fuq il-persuni li jfesfsulu f'widnejh. Ir-risposta għall-Mistoqsija tiegħu hija li minn dak li qed jgħid m'hemm l-ebda verita'. Madanakollu ma nistax ma nurix id-dispjaċir tiegħi illi issa l-Onor. Interpellant qiegħed ukoll jipprova itappan ir-reputazzjoni ta' pajjiżna f'dan il-qasam u li hu lest jagħmel ħsara lill dan is-settur fejn pajjiżna qed ikollu suċċessi kbar.

Konsulenti maniġerjali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa hemm grupp ta' konsulenti maniġerijali li qed jagħmlu xogħol ta' konsulenza dwar l-istruttura u s-sistemi maniġerijali tal-MITTS? Jekk iva, liema hi din id-ditta, kif saret is-sejħa għas-servizzi tagħha u liema kienu d-ditti jew kumpanniji oħra ta' konsulenza li ġew ikkonsultati? Kemm se jiswa dan l-eżerċizzju ta' konsulenza? Kemm mistenni jdum biex jitwettaq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Imġarr Għawdex — Moll

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni qed jerġgħu jinqalgħu partijiet mill-moll ta' l-Imġarr u jitħaffru speċi ta' trinek bil-jackhammer?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kif kien ippjanat oriġinarjament, f’dawn l-aħħar jiem saru xi xogħlijiet relatati ma' l-installazzjoni ta’ expansion joints intiżi sabiex jilqgħu għal xi movimenti strutturali li jista’ jsir matul żminijiet differenti tas-sena. Dawn ix-xogħlijiet saru fi tliet postijiet differenti fil-marshalling area tas-sit tat-terminal ta’ l-Imġarr, u għadhom kemm ġew konklużi.

Qala Għawdex — Ilma bis-sadid

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Wied is-Simar, il-Qala' Għawdex ilhom xhur jilmentaw minħabba ilma bis-sadid, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-problema ta' sadid ma' l-ilma fl-inħawi msemmija ġiet rappurtata diversi drabi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u għalhekk saru diversi studji fuq is-sistema. Jirriżulta li hemm bżonn jinbidel il-main ta' l-ilma mill-ġibjun tan-Nadur sal-Qala, tul ta' madwar 2Km. Huwa pjanat li dan jibda jinbidel din is-sena. Sadanittant, saru diversi washouts programmati u tindif tal-kanen sabiex il-problema tkun ikkontrollata. Minn informazzjoni li waslet għand il-Korporazzjoni minngħand diversi konsumaturi jidher li kemm il-darba jsiru l-washouts ippjanati kull ħmistax jew tlett ġimgħat, il-kwalita' ta' l-ilma tkun tajba.

Kuntratti għal xogħol

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 26634 u 26713 u jgħid liema kuntratti għal xogħol f'toroq residenzjali li ngħataw xi xhur ilu tlestew sal-lum, inkluż l-isem tal-kuntrattur u l-lokalita' fejn sar ix-xogħol? Kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-xogħol u kemm fil-fatt ġie jiswa wara li tlesta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet ta' toroq li qed isiru dan l-aħħar qegħdin jiġu allokati permezz ta' period contracts. Din is-sistema daħlet fis-seħħ minn Diċembru 2006. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-period contracts li ingħataw s'issa.

Rabat — Triq in-Nigret

Question

Peress li għadu kif sar main ġdid ta' l-ilma fi Triq in-Nigret, Rabat u x-xogħlijiet fuqu għamlu ħsara kbira fil-wiċċ tat-triq u minħabba li din it-triq qatt ma kienet fi stat tajjeb, jikkunsidrax il-Ministru li f'dawn iċ-ċirkostanzi li t-triq tingħata wiċċ ġdid minflok ma jsir biss patching tat-trinka tal-main ta' l-ilma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-main gdid ta' l-ilma fi triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant qed issir mill-WSC u għadu ma tlestiex. Ir-reinstatement bit-tarmac issir mill-istess WSC la darba ix-xogħol tat-trinek ikun lesti.
Leg 10 PQ #26766 Sitting 542 2007-06-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Allownces

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23872 dwar allowances li ngħataw mill-Ministeru tagħha, tista' jekk jogħġobha tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet u ta' l-approvazzjoni tagħhom kif tlabtha tagħmel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23872.