Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Sajf

Question

Jista' l-Ministru jara jekk l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jistax jingħata l-opportunita' li jinżamm għall-iskola sajf minħabba li ma laħaqx applika meta kien hemm l-applikazzjonijiet miftuħa? Tista ssir eċċessjoni minħabba l-bżonnijiet ta' dan it-tifel?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva ser nara l-kaz.

Mard kroniku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hija l-kwota ta' persuna sabiex tkun intitolata għal għajnuna dwar il-mard kroniku? Tista' tgħid jekk id-dipendenti jew persuni oħra li jkunu jgħixu fl-istess dar għandhomx x'jaqsmu jew le? Kemm huwa l-ammont ta' flus l-bank li persuna jista' jkollha depożitati u jekk hemmx xi assi oħra bħad-dar li tittieħed in konsiderazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li persuna li ma taħdimx bi qliegħ tkun intitolata għall-Għajnuna tal-Mard, imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, jekk ikollha kapital li ma jaqbiżx is-LM6,000 fil-każ ta’ persuna waħedha jew l-LM10,000 fil-każ ta’ koppja miżżewġa. Id-dħul tal-familja fil-ġimgħa, ikkalkulat skond il-provedimenti tat-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta’ l-imsemmi Att, ma jridx jaqbeż LM9.30 fil-ġimgħa għal persuna waħedha u LM12.80 fil-każ ta’ koppja. Fejn fil-familja jkun hemm persuni dipendenti li ma jaħdmux, ir-rati ta’ dħul imsemmija hawn fuq jiżdiedu bi Lm3.50 fil-ġimgħa għal kull persuna dipendenti. F’każ ta’ dipendenti jew persuni oħra li jgħixu fl-istess dar u jaħdmu, dawn jiġu esklużi mill-familja u għalhekk il-kapital u d-dħul tagħhom ma jiġix ikkalkulat. Il-kapital ikkunsidrat jinkludi investimenti f’banek, stocks u shares, f’Malta u barra minn Malta, kif ukoll assi oħra bħal propjeta, bini li mhux jintuża (vojta) u flus miżmuma d-dar. Il-valur tad-dar tar-residenza u dik tas-sajf ma jiġix ikkunsidrat.

Forzi Armata — 25 sena servizz

Question

Peress li jirriżulta li hemm xi numru sostanzjali ta' suldati li mhux si jilħqu jagħlqu l-25 sena servizz, meta tidħol fis-seħħ il-klawsola ta' l-irtirar tal-55 sena, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li jippermetti li dawn is-suldati jibqgħu jservu sakemm jagħlqu l-25 sena servizz jew inkella sal-61 sena biex b'hekk ikunu jistgħu jgawdu l-pensjoni sħiħa tas-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li d-deċiżjoni dwar l-irtirar tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-età ta’ 55 sena ttieħdet u ġiet ikkomunikata lill-ranks kollha f’Diċembru 1997. Din id-deċiżjoni kif meħuda għandha tibqa’ u dawk kollha li għalqu l-55 sena għandhom jirtiraw fit-8 ta’ Jannar 2008.

Żvilupp Urban u Toroq — Karozza Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2006 kien qiegħed jinkera garaxx biex tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħi. Il-garaxx jinsab Raħal Ġdid. Il-kera ta’ dan il-garaxx hija Lm150 fis-sena.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Karozza Uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tagħha? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv tista' tgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-Tweġiba għall-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hi fl-affermattiv. Dan il-garaxx jinsab f'San Ġwann u titħallas kera ta' Lm289.10 fis-sena.

Bormla — Dar għall-anzjani

Question

Peress li meta sar ix-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f'Bormla saret filliera ta' dawl fl-art mal-ġenb tal-ground ta' l-iskola primarja, li sal-lum wara ħafna snin li fetħet din il-homegħadhom qatt ma nxtegħlu, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qatt ma nxtegħlu? Hemm xi ħsieb li dawn xi darba jixgħelu, jew saru biss biex iżejnu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' dawl indikat kien sar mill-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-entita' msemmija.

Bormla — Dar għall-anzjani

Question

Peress li meta sar ix-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f'Bormla saret filliera ta' dawl fl-art mal-ġenb tal-ground ta' l-iskola primarja, li sal-lum wara ħafna snin li fetħet din il-home għadhom qatt ma nxtegħlu, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qatt ma nxtegħlu? Hemm xi ħsieb li dawn xi darba jixgħelu, jew saru biss biex iżejnu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol tad-dawl imsemmi kien tlesta iżda qatt ma nxtegħel għaliex kien hemm diffikultajiet biex jinkiseb compliance certificate. Hu ppjanat li t-Taqsima ta’ l-Elettriku tad-Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi ser tagħmel ix-xogħol meħtieġ biex jittranġaw u jinxtegħlu dawn id-dwal fi żmien qasir.

Bormla — Dar għall-anzjani

Question

Peress li meta sar ix-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f'Bormla saret filliera ta' dawl fl-art mal-ġenb tal-ground ta' l-iskola primarja, li sal-lum wara ħafna snin li fetħet din il-home għadhom qatt ma nxtegħlu, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qatt ma nxtegħlu? Hemm xi ħsieb li dawn xi darba jixgħelu, jew saru biss biex iżejnu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-dawl imsemmi ma' ġenb il-ground ta' l-iskola primarja ma jagħmilx parti mid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minister or Officer Destination Month Flight Subsistence Accomodation Hon Dr L Deguara Germany March nil 430 nil Dr R Busuttil Germany March nil 430 nil Saviour Gambin Germany March nil 430 nil Elaine Dutton Germany March 182 258 nil Ma kienx hemm safar f'Jannar u Frar 2007 marbuta ma' din il-mistoqsija.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li jien sifirt fuq xogħol darbtejn bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena. Fiż-żewġ każi kont akkumpanjat mill-Personal Assistant tiegħi. L-ewwel safra kienet lejn Scotland u n-nefqa globali kienet ta’ LM3090.54. It-tieni safra kienet lejn Dubai u n-nefqa globali kienet ta’ LM1307.33.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Safar uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ma hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħi.

Awtorita' tad-Djar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25550, it-talba mitluba kienet għal xi għajnuna/skema mill-Awtorita' tad-Djar. Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-talba li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li saret fl-10 ta’ Mejju 2007, qed tiġi proċessata u hi fl-istadju li jiġu verifikati l-assi ta’ l-applikant.

Skejjel — Subject coordinators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm subject coordinators fid-diversi skejjel u ta' liema suġġetti huma? F'liema skejjel jinsabu dawn is-subject coordinators?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 103 subject co-ordinators fid-deversi skejjel statali. Lista ta' l-iskejjel u s-suġġetti ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minnha t-talba tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minn Haz-Zabbar quddiem id-Dipartiment tat-Taxxi Interni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn x’inżid għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23810.

Żidiet fit-tariffi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista taż-żidiet fit-tariffi kemm permezz ta' avviżi legali kif ukoll b'mod ieħor, li l-gvern introduċa minn wara l-elezzjoni tas-sena 2003 sal-lum, u dan għall-awtoritajiet, bordijiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista' l-Ministru ġentilment jelenka wkoll kif kienu t-tariffi qabel id-data u kif huma fil-preżent?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Koalizzjoni dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jagħti rendikont tal-ħidma li wettqet u li qed twettaq il-Koalizzjoni dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ mit-twaqqif tagħha sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol li nbeda mill-kumitat mwaqqaf apposta li kien jinkludi numru ta' entitajiet biex jipromwovi s-saħħa taż-żgħażagħ huwa kollu kemm hu f'idejn id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa. Matul dawn l-aħħar 4 snin u nofs dan id-dipartiment ħadem ferm bis-sħiħ f'dan il-qasam f'ħafna setturi permezz ta' kampanji fit-tul. Dawn jinkludu Saħħa Sesswali, Tipjip, Xorb u Sewqan, il-Ħsara tax-Xemx, Dieta li tipromwovi s-Saħħa u oħrajn. Fis-settur taż-żgħażagħ id-dipartiment jaħdem id f'id mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. L-uffiċjali tad-dipartiment jaħdmu ħafna mill-qrib mal-Kunsilli Lokali, kif ukoll mas-Sedqa. Numru kbir ta' fuljetti, posters u materjal ieħor jiġu prodotti kull sena u dawn jitqassmu b'xejn lill-pubbliku. Id-Dipartiment jieħu ħsieb li jgħin għaqdiet taż-żgħażagħ f'kampanji u attivitajiet relatati mas-saħħa. L-uffiċjali tad-dipartiment, li kollha huma kwalifikati f'oqsma speċjaliżżati, jipparteċipaw b'mod regolari fuq il-meżżi tax-xandir anke f'ħinijiet tard filgħaxija biex b'hekk iwasslu l-messaġġi favur is-saħħa bl-aktar mod effettiv. Propju fuq is-suġġett id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa jagħmel stħarriġ fuq is-saħħa taż-żgħażagħ (HBSC) fuq skala kbira flimkien mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Dan l-istudju li jsir f'34 -il pajjiż ieħor flimkien ma' Malta huwa ferm utli għax wieħed joħroġ paraguni li jkopru ħafna suġġetti li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa taż-żgħażagħ, bħall-bullying, saħħa sesswali, konsum ta' ħelu, eżerċizzju fiżiku, tipjip, droga, konsum ta' alkoħol, konsum tas-soft drinks u anke tul u piż tal-parteċipanti li jintużaw biex tinħadem il-BMI (Body Mass Index) biex b'hekk għalkemm ma jkunx ġie kkalkulat mir-riċerkaturi nfushom xorta jservi ta' indikatur tajjeb f'dik li hi prevelanza ta' ħxuna u piż żejjed.