Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26479 u cioe' : Billi f'mistoqsija parlamentari 6516 il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qal li l-Ministru responsabbli mill-agrikoltura u sajd għamel talba għall-assistenza biex jiġi stabbilit ġnien klassiku Għarbi, possibilment fi Ġnien Qaddafi, f'Raħal Ġdid, kif ser jiġi effettwat dan il-proġett mill-estenzjoni ta' l-MCAST li ħabbar il-Prim Ministru il-bieraħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Meta jkunu qed jitfasslu l-pjanti dettaljati tal-proġett ta' l-MCAST tiġi konsidrata t-talba msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienu l-individwi u/jew ażjendi li l-Malta Industrial Parks Limited infurmat li jridu jitilqu minn Ħal Far u jmorru l-qasam industrijali ta' Ħal Luqa? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet li qed tesiġi l-Malta Industrial Parks Limited mill-ażjendi nvoluti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din is-sena l-ebda individwu jew ażjenda ma ġie/ġiet infurmat/a sabiex titlaq minn Ħal Far u tirreloka ġewwa Ħal Luqa.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26526, ix-xogħol li qed nirreferi għalih huwa dak tad-drenaġġ.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li huma tad-drenaġġ nbdew fl-4 ta’Mejju 2007 u mistennija li jitlestew sa l-aħħar ta’ Gunju 2007. Il-Korporazzjoni għas-servizzi ta’ l-ilma ma rċeviet ebda lmenti dwar konsenturi li nfetħu f’propjeta privata b’riżultat ta’ dan ix-xogħol.
L-asfaltar tat-trinka jsir skond kif specifikat fil-kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħidli fiex jikkonsisti l-proġett Foundation for Tomorrow Schools li se jinbena fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex? X'inhuma t-time frames għall-bini ta' dan il-proġett?
Response (GALEA, LOUIS)
L-iskola Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex se tiġi żviluppata mill-ġdid. Il-proġett għandu jkun implimentat fi żmien tlett snin, suġġett għall-approvazzjoni tal-permessi neċessarji mill-Awtorita’ Maltija ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24458 dwar shift allowances fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, tista' l-Ministru tagħtini l-istess informazzjoni għall-aħħar ta' Marzu 2007?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond t-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se joħorġu l-offerti għall-bini tal-qorti l-ġdid f"Għawdex? Meta hu mistenni li jitlesta u jibda jiffunzjona dan il-qorti? Kemm hu mistenni li jiġi jiswa?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24456 dwar Triq Rabat, San Lawrenz bħala tweġiba għal mistoqsija parlamentari 24132 fejn jien talbatha tgħidli liema prezzjijiet inbidlu wara li ntrebħet l-offerta tat-Triq Rabat, San Lawrenz u tlabtha tagħtini wkoll breakdown ta' l-ispejjeż skond kif kienu aċċettati meta ngħatat l-offerta u breakdown ta' l-ispejjeż wara li saru l-varjazzjonijiet. Peress li fit-tweġiba tagħha għal mistoqsija parlamentari 24456 ma tatnix t-tagħrif li jien kont tlabtha fil-mistoqsija parlamentari 24132, tista' jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif li kont tlabtha aktar minn xahar ilu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba tinsab fl-iskeda annessa mar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari numru 26771.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — Bini ta' kumpless edukattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-bini ta' kumpless edukattiv ġdid li se jsir mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u li fuqu din is-sena se jintefqu Lm3 miljuni kif il-Prim Ministru ħabbar fid-diskors tiegħu tal-budget għall-2007?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 26772.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24134 dwar Triq ir-Rabat, San Lawrenz fejn jien kont tlabtha tgħidli liema kwantitajiet inbidlu wara li ntrebħet l-offerta tat-Triq Rabat, San Lawrenz. Kemm kienu l-kwantitajiet oriġinali u kemm saru wara li nbidlu, x'xogħlijiet saru li l-kwantitajiet tagħhom ma kenux nklużi fl-iskeda tax-xogħlijiet u tal-kwantitajiet oriġinali, tista' l-Ministru jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif mitlub?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba, diġa ngħatat fir-risposta għal-mistoqsijiet parlamentari numru 23409, 24457 u 22760.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, dwar il-membri tas-segretarjat tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpallant.
L-għażla ta' dawn il-persuni ssir skond l-prassi li normalment tintuża f'dawn il-każijiet. Il-pagi ta' dawn l-uffiċjali huma kif indikat fil-Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers li tpoġġa fuq il-mejda ta' din il-Kamra. Ma nara ebda raġuni valida għalfejn għandi nsemmi l-ismijiet ta' dawn l-uffiċjali.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26644 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?l
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26645 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara x'inhi r-raġuni għaliex persuna b'diżabilita', li isimha qed jintbagħat separatament, qed ikollu jħallas aktar minn Lm20 fix-xahar tat-trasport ta' Dar il-Kaptan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Respite Care, li topera minn Dar il-Kaptan u li hi Organizazzjoni mhux Governattiva, tipprovdi servizz ta' trasport, mid-dar għal fejn iridu jmorru u lura, lil persuni li, minħabba d'diżabilita' tagħhom ma jistawx jużaw trasport ieħor.
Kull sena l-Gvern iħallas is-somma ta' Lm22,500 lill-Fondazzjoni msemmija bħala sussidju għal dan is-servizz. Ninsab infurmata li biex tkopri l-ispejjez ta' dan is-servizz, li hu wieħed individwalizzat, il-Fondazzjoni titlob kontribuzzjoni minn dawk li jużawh u l-ammont tagħha jiddependi jekk il-klijent ikun jaħdem jew le.
Tista' l-Ministru tivverifika jistax isir xi ħaġa sabiex l-armla bi tfal żgħar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikat sabiex ikollha darha rranġata, tibbenefika mill-iskema Care and Repair? Jista' jerġa' jsir stħarriġ fuq l-assi tas-Sinjura, u dan peress li qed jgħixu f'sitwazzjoni fejn għandhom bżonnijiet li ma jistgħux ilaħħqu magħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care ta' l-Awtorita' tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara li terġa' tiġi kkunsidrata t-talba tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex ikollha reserved parking viċin ir-residenza tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-talbiet għal reserved parking quddiem jew viċin ir-residenza ta' persuna b'diżabilita' huma amministrati mill-Awtorita' dwar it-trasport.
Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.