Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birgu — Ġnien

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu x-xogħlijiet sabiex ġnien imwiegħed li kellu jsir fuq l-appartamenti ta' Sant' Anġlu l-Birgu jibda jitgawda mir-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ġnien fuq l-appartamenti ta' Sant Iermu f'Sant Anġlu jibda jitgawda meta l-konsorzju jitrasferixxi dan l-ispazju lura lill-Gvern sabiex ikun jista' jiftħu għall-pubbliku. Dan it-trasferiment huwa marbut mall-kuntratt u l-obbligi tal-konsorzju.

Baċir Nru. 1 — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-proċess tal-Baċir Nru. 1? Meta jaħseb li jista' jibda dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa il-proġett tad-Dock No 1 qiegħed fil-fażi ta' negozjati mall-konsorzju ROMEGAS u l-MEPA qed tiproċessa l-permess għall-applikazzjoni ta' l-Outline Development magħmula mill-konsorzju. Il-ħruġ ta' dan il-permess jiddetermina meta jkun jista' jiġi konkluż il-kuntratt mall-konsorzju biex jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Parlament. Ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew wara dan il-proċess u wara l-konsorzju jiksbu wkoll il-Full Development Permit.

Bormla — Skola E. S. Inglott

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm għalliem ta' l-Ingliż nieqes għall-istudenti tal-Form IV fl-iskola E. S. Inglott Bormla? X'inhi r-raġuni għaliex toursfl-Universita' li kienu jsiru lill-istess studenti twaqqfu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema ta' l-Ingliz tal-Form IV ilha marida l-isptar minn Jannar 2007. L-iskola għamlet arranġamenti sabiex l-istudenti jkollhom lezzjonijiet ta' l-Ingliz. Informat ukoll li din is-sena l-iskola imsemmija ma ġietx mitluba torganizza tours ta' l-Universita'.

Birgu — Ġnien

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslu x-xogħlijiet sabiex ġnien imwiegħed li kellu jsir fuq l-appartamenti ta' Sant' Anġlu l-Birgu jibda jitgawda mir-residenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ġnien li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant mhux wieħed mill-proġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ Dipartiment jew entita’ taħt il-Ministeru tiegħi.

Mġarr — Ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħix x'sejjer isir mill-ħwienet li kien hemm fil-port tax-xatt ta' l-Imġarr, Għawdex u li kienu mikrija mill-Lands lil terzi? Jista' jgħid jekk dawn it-terzi humiex sejrin jinstabulhom ħwienet alternattivi jew jekk huma humiex se jingħataw xi forma ta' kumpens?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

OPM — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ġustizzja u Intern — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal dak li jirrigwardja d-dekasteru tiegħu hu kif jidher fit-Tabella li qed inoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 24496.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (BORG, TONIO)

Għall-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20 kiloWatt (peak) - kWp - fuq il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Ta' min jgħid ukoll illi fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi bdiet tiġi implimentata il-policy ta' Solar Heating. Fil-preżent id-diviżjoni numru 4 hija mgħammra bis-Solar heating għal użu tal-misħun. Hemm ippjanat li matul is-sitt xhur li ġejjin diviżjonijiet oħra u primarjament il-kċina jiġu mgħammra b'apparat solar flok dak preżenti ta' electric water heaters.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għall-mistoqsija ta' L-Onorevoli Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20 Kilowatt fuq il-bejt tad-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Għas-sitt xhur li ġejjin, il-Ministeru mhux maħsub li ser jinstalla xi sistemi oħra ta' dan it-tip.

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull fejn qiegħed isir xogħol ġdid mis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tal-Ministeru qegħdin jintużaw sistemi ta’ economy lamps. Dan biex jitnaqqas il-konsum ta’ l-elettriku. Sa issa dawn il-lampi ġew installati fid-Direttorat ta’ l-EU Affairs, fil-Microvinification Laboratory u fl-uffiċċji tal-Crop Husbandry. Barra minhekk, fil-bini tal-Ministeru nbidlu t-tubi tal-kmamar kollha b’tip energy efficient li jiffrankaw sa massimu ta’ 50% enerġija elettrika. Infurmat ukoll li kull fitting ta’ l-elettriku li tinbidel issir b’dan il-mod. Hekk, fi ftit żmien nibdlu l-istallazzjonijiet kollha elettriċi li għandna għal sistemi li jiffrankaw l-enerġija. Barra minhekk twaħħlet sistema fotovoltaika ta’ 1.33 kWp (kilo Watt - peak) fuq il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u sistema oħra ta’ 2.30 kWp fiċ-Ċentru għall-Iskart Goff ta’ l-Imrieħel. Dan iċ-Ċentru ħa jkun qiegħed jieħu nofs l-enerġija meħtieġa għall-operat tas-sit minn enerġija rinovabbli, li jikkonsisti f’enerġija mix-xemx u mir-riħ. Hu ppjanat li l-panelli fotovoltajki ji¿diedu tant li l-operat kollu tas-sit jikseb l-enerġija kollha meħtieġa minn sorsi rinovabbli u se jkun hemm ukoll 30% ta’ enerġija ¿ejda li tkun mitfugħa fil- grid nazzjonali. Hu ppjanat li sorsi ta’ enerġija rinovabbli se jkunu nstallati fi tliet siti oħra biex jissuplixxu totalment jew parzjalment l-enerġija meħtieġa mis-siti. Fl-Imrieħel stess twaħħal ukoll micro-wind turbine ta’ 1.20 kWp. Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ħareg ukoll period contract, li minnu jistgħu jibbenifikaw Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, sabiex jiġu nstallati sistemi fotovoltaici. S’issa, bis-saħħa ta’ dan il-kuntratt, twaħħlu madwar 42kWp f’sistemi fotovoltaiċi fuq diversi bini pubbliku. Fis-sitt xhur li ġejjin il-Ministeru ser jinstalla turbina oħra tar-riħ fl-Għammieri. Fil-futur se jinbena park tal-enerġija mix-xemx fil-Kumpless ta’ l-Immaniġġar ta’ l-Iskart tal-Magħtab. L-enerġija li se tkun iġġenerata minn dawn il-panelli fotovoltajki se tkun mitfugħa fil-grid nazzjonali flimkien ma’ dik l-enerġija li tiġi ġġenerata mill-gassijiet ta’ l- engineered landfills wara li jkunu ġew sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ l-enerġija għall-operat ta’ kuljum tas-sit. Se tiġi installata wkoll turbina tar-riħ li se tintu¿a għall-istess skop. Qiegħed ikun ikkunsidrat li fl-impjant ta’ Sant’Antnin, li bħalissa qiegħed jiġi mmodernizzat, ikunu nstallati panelli solari fuq is-soqfa u l-enerġija ġġenerata tintu¿a għall-operat ta’ dak is-sit.

Leasing ta' l-IT — Tender

Question

Indipendentement mir-riservi li għad għandna dwar il-mod kif ġie strutturat it-tendertal-leasing ta' l-IT għas-servizz pubbliku u l-iskejjel tal-Gvern kif ukoll dwar it-timing tiegħu, jikkonferma jekk it-tender kienx ristrett għal pajjiżna biss jew jekk ġiex miftuħ għall-EU-wide tendering process? Jekk jirriżulta li dan kien miftuħ għall-kumpanniji kollha fl-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea, jista' jgħid meta dehret is-sejħa/posting fl-official journal ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tender tal-'leasing ta' l-IT' għas-servizz pubbliku u l-iskejjel tal-Gvern ma kienx ristrett għal pajjizna biss izda kien miftuħ għall 'EU wide tendering process' skond ir-regoli stipulati fil-'Procurement regulations' tal-Gvern u l-EU. It-tender ġie ppublikat fl-Official Journal ta' l-Unjoni Ewropea u deher fil-25 t' April 2007 taħt ir-referenza 2007/S 78-095606.

Manoel Island — Community Ground

Question

Filwaqt li nirreferi ġentilment lill-Ministru għall-ittra tal-Gzira United Football Club tat-2 ta' Ġunju, 2007 fejn dawn qed iħossu li minkejja sebgħa snin sħaħ ta' laqgħat ma waslu mkien mal-awtoritajiet kompetenti: billi kif inhuma l-affarijiet bil-club tagħhom għat-twaqqiegħ minħabba l-proġett tal-MIDI ftit jagħmel sens li jonfqu flus f'maintenance tal-club preżenti; u billi b'żieda ma' dan għadhom kif qabbdu perit li ċċertifika li l-kamra użata min-nursery hija 'unsafe' u dan rrakkmanda li din għandha tingħalaq; u billi huma qegħdin jitolbu biex temporanjament jużaw xi kmamar oħra fil-viċin li mhumiex jiġu użati u li jinsabu qrib il-football pitch iżda sal-lum baqgħu bla tweġiba; u billi talbu wkoll jekk jistgħux jiġu allokati temporanjament xi proprjeta' fil-Gżira bħala premises għal football club innifsu; u billi hemm ftehim bejn MIDI u Gvern biex jinbena Community Ground f'Manoel Island u s-sit għal ground diġa' ġie allokat; x'qed iżomm dan il-ground milli jinbena u jiġi ttrasferit it-titlu lil football clubs minn issa? Tistax tikkonsulta lill-Ministru responsabbli għal Lands dwar dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser nitkellem mal-Ministri sħabi li b'xi mod jista' għandhom x'jaqsmu mal-proġett biex l-obbligi li daħlu għalihom il-MIDI fir-rigward tas-suġġett imqanqal mill-Onor. Membru jiġi onorat mill-aktar fis.

Forzi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26366 u 26491 u jgħid mill-1 ta' Jannar sal-20 ta' Mejju, 2007 kemm ħarġu sejħiet għall-offerti mill-Armata? Kemm tefgħu l-offerti, x'kienet kull offerta u min kienu f'kull każ? Min rebaħ dawn l-offerti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar u l-20 ta’ Mejju 2007 l-Armata ħarġet sittax-il sejħa għall-offerti. Dettalji rigward l-offerti msemmija qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ibraġġ — Għalqa

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsiijiet parlamentari 26387 u 26490 u cioe' : Għandi rapporti li fi Triq is-Siegħ, l-Ibraġġ hemm għalqa li tinfed għal Triq il-Miżieb li qed tintuża bħala rubbish dump u li minkejja li skond il-mapep tal-MEPA hija pproġettata li trid issir Triq il-Wejba, għandha bini fuq art li n-nies ingħataw x'tifhem li hi art tal-gvern. Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hiex se ssir din it-triq kif indikat fil-website tal-MEPA? U jekk iva, jista' jikkonferma wkoll jekk xi bini mbarrat li hemm fl-inħawi ħdejn Triq il-Miżieb li jinfed għal Triq is-Siegħ inbeniex bil-permessi meħtieġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.