B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25883 dwar il-proġett Villa Rundle, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm flus ivvotati għal dan il-proġett? Kemm hu mistenni li jiġi jiswa? Meta hu mistenni li jibdew ix-xogħlijiet fuqu? X'inhuma t-timeframes għat-tkomplija tiegħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-istima preliminari għal dan il-proġett tlaħħaq id-Lm970,000 u li x-xogħlijiet mistennija jibdew wara li tispiċċa l-fażi ta' ppjanar dettaljat u jinħarġu l-offerti u jitlesta l-proċess tagħhom. It-time frames għal dan il-proġett jiddependu fuq il-proċess tal-offerti.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Membri li jokkupaw kariga fil-PN
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26641 u jinfurmani x'kienu r-raġunijiet li rriżenja s-Sur Buġġelli? Min ħa over ir-responsabilta' tax-xogħol pendenti li kellu f'idu dan l-uffiċjal għoli fid-dipartiment/ministeru? X'kien fil-fatt ix-xogħol pendenti li huwa kellu responsabilta' tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’ittra li s-Sur Bugelli bagħat lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma ngħatat ebda raġuni għala saret ir-riżenja. Rigward il-kumplament tad-domanda, iddaħħlu arranġamenti tranżitorji u x-xogħol tad-Diviżjoni qiegħed jitkompla.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26652 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ferm voluminuża u għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26647 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 26650 u tgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26651 u jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24005 u jgħid issa li l-Maltapost biddlet il-kodiċi postali tal-pajjiż kollu, meta se joħroġ ktejjeb biex jagħti l-kodiċi postali l-ġodda u dan biex ma jkunx hemm taħwid u dewmien fit-tqassim tal-posta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minflok il-ktejjeb, il-Maltapost ser tikkomunika l-kodiċi postali l-ġodda permezz ta:
Post Code Finder fuq il-website tal-kumpanija www.maltapost.com. Din il-Post Code Finderli hija magħmula minn Search Engine u Databasebl-indirizzi ta' kull residenza f'Malta u Għawdex li tiġi aġġornata f'ħin rejali.
Għal dawk in-nies li m'għandhomx aċċess għall-Internet, ikunu jistgħu iċemplu il-Maltapost Customer Care fuq Freephone numru 80072244 mis-0730hrs sa 1600hrs mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Il-Maltapost se tniedi inizjattiva fejn sejra tiċċirkula kartolini bil-kodiċi postali f'kull residenza. Dawn il-kartolini ikunu jistgħu jintbagħtu lill-qraba kemm ġo Malta u barra minn Malta biex tinforma lill-qraba bil-kodiċi l-ġdid ta dik ir-residenza partikulari. Dawn il-kartolini jistgħu jintbagħtu mingħajr bżonn ta' bolla u jinġarru b'xejn mill-Maltapost.
Apparti dan kollu l-pubbliku ser jiġi nfurmat bil-kodiċi postali l-ġodda b'kampanja ta' nformazzjoni fil-media kollha nkluż it-TV.
Malta Enterprise/Malta Industrial Parks — Fabbriki
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' fabbriki reġistrati mal-Malta Enterprise u mal-Malta Industrial Parks? Jista' jaqsamhom skond is-setturi differenti? Jista' jgħid ukoll kemm hemm impjegati f'kull settur?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill- Onor Interpellant li għall-ewwel parti tal-mistoqsija, jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 23493.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinżammx.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' elettriku ġenerat li qed jintilef qabel ma dan jasal għand il-konsumatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persentaġġ ta' l-elettriku ġġenerat li qed jintilef qabel ma dan jasal għand il-konsumatur huwa ta' 15.8%, kif indikat fil-Financial Statements tal-Korporazzjoni għas-sena li tagħlaq fit-30 ta' Settembru 2005. Huwa stmat li 5% huma technical losses u l-kumplament jinkludu serq, meters weqfin, stimi żbaljati eċċ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-kontijiet tas-safar minn uffiċjali tal-Ministeru bejn Jannar u Marzu 2007, huwa kollu magħluq u m'hemmx subsistence allowance zejda mhux ritornati fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu,2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat kien hemm safra waħda flimkien maċ-Chairman ta' l-ADT ghal l-Ingilterra. L-ispejjez involuti globalment kienu ta' Lm2,296.20 (Lm982.65 rifuzi mill-ADT).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
In-nefqa ta’ hospitality xahar b’xahar matul Jannar, Frar u Marzu ta’ din is-sena kienet :-
Jannar
Ministeru/Dipartiment Lm 203.17
Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 1010.97
Frar
Ministeru/Dipartiment Lm 200.01
Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 705.79
Marzu
Ministeru/Dipartiment Lm 454.49
Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 1746.60
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'Jannar, Frar u Marzu 2007 kien hawn sitt każi fejn kien hemm kontijiet tas-safar mhux magħluqa. Ir-raġuni hija l-pressjoni tax-xogħol f'Ministeru fejn is-safar huwa parti ntegrali mix-xogħol tagħna.
Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex? X'tip ta' prodotti jimmanifatturaw u kemm hemm impjegati f'kull fabbrika?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.