Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #26611 Sitting 544 2007-06-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Hemm tlett Bordijiet (Sanctions Moniroting Board, National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Conventions u Tsunami Relief Fund Committee) li fihom hemm 18 il-persuna, tnejn minnhom nisa, għaxra minnhom bejn 20 u 45 sena u 8 minnhom 'l fuq minn 46 sena.

Riżorsi u Infrastruttura — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura hemm dawn il–bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet: · Il-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u Floriana · Il-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Imdina · Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera · Il-Bord tal-Bennejja · Il-Bord tal-Warrant tal-Periti · Il-Bord ta' l-Inġinerija · Il-Bord ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi · Il-Malta Resources Appeals Board · Il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini B’kollox hemm 95-il membru f’dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet, 85-il raġel u 10 nisa li għandhom dawn l-etajiet: Inqas minn 29 sena Bejn it-30 u l-45 sena 'Il fuq minn 46 sena Total Nisa - 2 Rgiel - 2 Nisa - 3 Irgiel - 21 Nisa - 5 Irgiel - 62

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab hawn taħt: Bo rd / Awtorita' / Kummissjoni Irġiel Nisa Burial Board 2 1 Council for Nurses and Midwives 5 7 Council for the Professions Complimentary to Medicine 7 6 Council of Health 10 1* Dental Specialist Accreditation Committee 5 2 Food Safety Commission 6 3 General Services Board 7 2 Homecare Help Service Board 2 3 Hospital Management Committee - SVPR 5 1 Mount Carmel Hospital Board of Directors 5 2 Medical Council 11 2 Medical Specialist Accreditation Committee 12 5 Mental Health Review Tribunal 3 0 National Commission for Mental Health Reform 6 6 National Council for the Elderly 9 6 Pharmacy Council 7 6 Welfare Committee 7 3 Zammit Clapp Hospital Management Committee 8 1 Għall-aħħar parti tal-Mistoqsija ma tinżamx statistika. * Irtirat mis-servizz

MITI — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija f'Mistoqsija Parlamentari nru 24499.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għall-ewwel partijiet tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru 25164 fejn isib l-informazzjoni relatata mal-ministeru tiegħi. Ma tinżammx informazzjoni dwar l-etajiet tal-persuni li jiffurmaw dawn il-bordijiet, eċċ.

E-Procurement System — Computers

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex kellu jkun hemm persentaġġ daqshekk għoli ta' computers bi problemi li nxtraw taħt l-E-Procurement System? Min kien responsabbli li jiżgura li dawn il-computers jiġu kkonfermati u iċċertifikati tajbin meta ġew delivered fid-dipartimenti konċernati? Kemm-il ditta kien hemm li ttieħdu passi kontra tagħha minħabba li ġew delivered computers mhux ta' livell mixtieq u x'kienu l-passi meħuda? Kemm-il IMO għamel rapport kontra min iddeliverja dawn il-computers mhux ta' kwalita' u lil min ġew indirizzati dawn ir-rapporti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-E-Procurement Framework (CIMU T 0003:2004) jistabbilixxi prinċipji ċari li l-Gvern jistenna u jippretendi li s-suppliers li jagħżlu li jipparteċipaw f’din l-iskema jiggarantixxu li l-prodotti li sejrin jipprovdu u l-proċessi li jħaddmu huma ta’ l-aqwa’ kwalita’. Kull supplier li għażel li jipparteċipa kellu jiffirma dikjarazzjoni (Declaration of Conformance) li huwa sejjer isegwi ma’ l-obbligi kollha stipulati f’dan il-Framework. L-istess Framework jagħmila ċara li l-Gvern jista’ jagħmel spezzjonijiet ‘ad-hoc’ biex jivverifika li dak li qed jigi pprovdut mis-suppliers huwa skond l-istess kundizzjonijiet tal-Framework. Għaldaqstant, ir-responsabilta’ li tiġi garantita il-kwalita tal-kompjuters provduti lill-Gvern, hija kompletament tas-suppliers. L’amministrazzjoni ta’ l-E-procurement mill-bidu bdiet tirċievi lmenti, verbali u bil-miktub, mingħand il-Procurement Officers u IMOs. Wara li l-MITTS ġiet assenjata l-inkarigu biex tamministra din is-sistema, u peress li l’ilmenti mill-Procurement Officers u IMOs baqgħu deħlin, ir-rapprezentant tal-MITTS fil-Performance Monitoring Board fil-laqgħa li saret f’Awwissu 2006 spjega li kien qed ikun hemm nuqqasijiet serji f’deliveries ta’ kompjuters fid-Dipartimenti u li din is-sitwazzjoni ma setgħetx tibqa tiġi ttollerata. Ir-rappreżentant tas-suppliers fuq l’E-Procurement Monitoring Board oġġezzjona li jkun impost fuq is-suppliers li jkollhom standards ta’ kwalita bħal ISO jew standards ekwivalenti. Wieħed irid jirrimarka li l-Framework kien mill-bidu nett jimponi dan l-obligu u kull supplier li daħal fl-iskema iffirma għal dan l-obbligu. Biss l-istess ir-rappreżentant tas-suppliers kien oġġezzjona għal-dan mac-CIMU (li dak iz-zmien kien risponsabbli ghall-amministrazzjoni tas-sistema) u din ta l-aħħar, sabiex tipprova taġevola dil-pozizzjoni, kienet aċċettat li dawn l-obbligi fuq s-suppliers ma jiġux infurzati sakemm is-suppliers jipprovdu kompjuters u servizzi ta’ kwalita’ li wieħed jippretendi mingħajr ħafna osservazzjoni kif kien l-iskop tal-Framework. Sfortunatament, peress li r-rappreżentant tas-suppliers baqa’ joġġezzjona li jiġu applikati il-quality standards stipulati fil-Framework, gie deciz li immedjatament kienu se jigu ntrodotti mekkanizmi ta’ spezzjonijiet fuq kompjuters u Laptops li jkunu ġew mibjugħa lid-Dipartimenti. Min dak iz-żmien saru żewġ spezzjonijiet differenti u r-riżultat tagħhom kienu kkomunikat lis-suppliers konċernati. Ir-riżultati ta’ spezzjoni oħra li għadha kemm giet mitmuma qegħdin jiġu finalizzati. Ma kien hemm l-ebda ditta li ttieħdet azzjoni kontra tagħha iżda dawk li instabu li jpprovdu kompjuters li ma kienux skond il-kwalita stabbilita, kienu infurmati bil-miktub li jekk ma jirrangawx il-pozizzjoni tagħhom jistgħu ma’ jiħallewx jippareteċipaw aktar f’din is-sistema. Għaldaqstant is-suppliers kollha li jipparteċipaw fl-E-Procurement ġew mitluba li jagħmlu ‘self-audit’ tal-kompjuters kollha li jpprovdu lill-gvern mill-1 ta’ Settembru 2006 ‘l hawn.

Gzira — Luqa Briffa Street

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti ta' residenti ta' Luqa Briffa Street, Gżira fil-parti li tmiss mal-Msida li qed jiġu trakkijiet bir-raw sewage u jiddumpjawh fl-apert ħdejn il-pumping stationli hemm fl-istess triq kantuniera ma' Rue D'Argens għaliex dan qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti tal-lokal anki mill-aspett ta' saħħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Wastewater Unit iġġorr ir-‘raw sewage’ ġo bowsers apposta u mhux ġo trakkijiet. Kemm dan is-sewage kif ukoll dak ta’ bowsers privati jintrema f’postijiet approvati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. Il-Gżira Pumping Station mhix waħda min dawn il-postijiet. Ġie li jkun il-każ li xi materjal jintefa fil-Gżira Pumping station temporanjament, iżda dan ma jkunx ‘raw sewage’.

Gzira — Tappiera

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga it-tappiera li hemm fi Triq Luqa Briffa kantuniera ma' Triq G Tua, Gżira li ma kull maltempata speċjalment dik ta' ftit jiem ilu qegħda tfawwar ħafna drenaġġ b'inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi? Jista' jsir liaison mad-Dipartiment tas-Saħħa dwar dan? Huwa minnu li dan ic-cesspit mhuwiex jintuża iżda xorta waħda huwa mimli drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta tagħmel xita qawwija is-sistema tad-drenaġġ f’ħafna każi ma tlaħħaqx ma l-ilmijiet li jintefgħu ġo fiha illegalment madwar Malta kollha. Il-Wastewater Unit tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għadha kemm naddfet is-sistema ta’ drenaġġ fi Triq Luqa Briffa u Triq G.Tua il-Gżira u għalhekk m’hemmx problemi fis-sistema tad-drenaġġ f’dawn l-inħawi li hija normali. “Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta’ l-Ilma konsistentement tikkordina investigazzjonijiet dwar fawran ta’ drenaġġ ma’ l-awtoritajiet sanitarji li huma responsabbli biex jittiehdu passi meta dan il-fawran ikun ġej minn servizzi privati. Ma jidhirx li dan hu l-każ fiċ-ċirkostanzi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant. Ma hemm ebda fossa (cesspit) fit-toroq indikati.

Gżira — Ilma kollu sadid

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga ilment tar-residenti ta' Marand's Flats, Luqa Briffa Street, Gżira li qed ikollhom ilma kollu sadid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li billi kien hemm problema ta’ sadid fl-akkwati ta’ Triq Luqa Briffa, Gżira, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma ħadet passi biex tibdel is-sistema ta’ l-ilma kollha li twassal għal din it-triq . Il-kanna li tissuplixxi ‘l dawn l-akwati inbidlet b’waħda ġdida meta sar dan il-proġett fi Triq Rue d’Argens. Ir-residenti ta’ l-inħawi issa jirċievu ilma dirett mill-impjant tar-‘reverse osmosis’, ta’ Pembroke – ilma li hu ta’ kwalita’ superjuri meta imqabbel ma’ l-ilma li kellhom qabel. Riżultat ta’ test li sar fuq kampjun meħud mill-post imsemmi fl-14 ta’ Gunju juri li ma hemmx problema ta’ sadid.

Sptar Mater Dei — Tender ta' l-IT

Question

Wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Channel 22 — ICTV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhuwa funded il-programm televisiv dwar l-informatika ICTV li jixxandar fuq Channel 22 fost stazzjonijiet oħrajn u min huwa responsabbli għal editorial content?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond il-Pjan Nazzjonali tax-Xandir, il-PBS u Channel 22 ixandru ripetizzjonijiet ta' programmi ta' xulxin. Il-PBS huwa l-editur tal-programmi kollha ta' Channel 22.

Għawdex — Investimetn barrani

Question

B'riferenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 23867 u 24451 dwar investiment dirett barrani f'Għawdex, jista' l-prim Ministru jagħtini t-tagħrif mitlub sentejn sentejn, jiġifieri għall-1999 u 2000 flimkien, 2001 u 2002 flimkien, 2003 u 2004 flimkien u 2005 u 2006 flimkien biex hekk titħares il-kunfidenzjalita'? Jekk lanqas hekk ma titħares il-kunfidenzjalita' jista' jekk jogħġbu jagħtini t-tagħrif mitlub tliet snin tliet snin flimkien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Għawdxin jaħdmu f"Malta

Question

Jista' l-prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f"Malta? Ma' liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija kumpannija, eċċ. qegħdin jaħdmu? X'inhu l-grad tagħhom? X'kumpens għandhom, skond fejn jaħdmu, biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali li għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlametnari 23960 dwar l-opinjoni motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lill-Gvern Malti dwar is-servizz bil-baħar bejn Malta u Għawdex, jista' jekk jogħġbu l-Ministru jgħidli jekk il-gvern bagħatx it-tweġiba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, meta bagħatha? Irċeva risposta mill-Kummissjoni Ewropea dwarha? Jekk fl-affermattiv, x'kienet ir-risposta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ntalbet laqgħa formali mal-Kummissjoni dwar is-suġġett u s' issa għad ma ġietx iffissata data.
Leg 10 PQ #26786 Sitting 544 2007-06-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Improving the quality of health and insurance

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 25881 dwar Lm1,750,000 ivvotati għall-improving the quality of health and insurance (ERDF), tista' l-Ministru tgħidli x'inhuma l-proġetti li qed jippjana l-Ministeru? X'sar x'issa fuq kull wieħed minnhom? Kemm huwa stmat li jiġi jiswa kull proġett? Meta mistenni li jibda jiġi implimentat kull proġett? Meta huwa mistenni li joħorġu l-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programm tal-fondi strutturali Ewropej 2007-2013?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #26793 Sitting 544 2007-06-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Product development

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 25881 dwar il-Lm1,400,000 ivvotati għall-product development (ERDF), tista' l-Ministru tgħidli x'inhuma l-proġetti li qed jippjana l-Ministeru? X'sar s'issa fuq kull wieħed minnhom? Kemm huwa stmat li se jiġi jiswa kull proġett? Meta mistenni li jibda jiġi implimentat kull proġett? Meta huwa mistenni li joħorġu l-applikazzjonijiet għall-proġetti taħt il-programm tal-fondi strutturali Ewropej 2007-2013?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #26795 Sitting 544 2007-06-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Segretarjat Privat

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant. L-għażla ta' dawn il-persuni ssir skond il-prassi li normalment tintuża f'dawn il-każijiet. Il-pagi ta' dawn l-uffiċjali huma kif indikat fil-"Guidelines for the Engagement of Staff for Minister's Privaate Secretariats" li tpoġġa fuq il-mejda ta' din il-Kamra. Ma nara ebda raġuni valida għalfejn għandi nsemmi l-ismijiet ta' dawn l-uffiċjali.

Segretarjat Privat

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. L-għażla ta' dawn il-persuni ssir skond il-prassi li normalment tintuża f'dawn il-każijiet. Il-pagi ta' dawn l-uffiċjali huma kif indikat fil-"Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers' Private Secretariats" li tpoġġa fuq il-Mejda ta' din il-kamra. Ma nara ebda raġuni valida għalfejn għandi nsemmi l-ismijiet ta' dawn l-uffiċjali.