Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-lanċa tal-pilot fil-Port l-Kbir kenitx bil-ħsara bil-konsegwenza li l-vapuri kellhom jidħlu l-Freeport biex jiġbru l-pilot li mbagħad idaħħalhom fil-Port il-Kbir? Ma jaħsibx li din toħloq inkonvenjent u spejjeż bla bżonn lis-sidien tal-vapuri?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-lanċa li l-kuntrattur tal-Belt kien qed jopera ġiet fil-fatt irtirata mis-servizz temporanjament bejn is-6 u l-11 ta’ Dicembru sabiex isirulha tiswijiet urġenti. Matul dawn il-jiem il-bastimenti kienu mitluba jimbarkaw il-pilota minn Marsaxlokk.
Ngħarraf ukoll lill-Onor Membru li l-ftiehim konkluż mal-Piloti Marittimi f’Diċembru li għadda, jipprovdi għas-servizzi tal-laneċ tal-pilota, mill-istess piloti marittimi, fil-portijiet Maltin. Dan għandu jżid l-effiċjenza peress li issa ser ikun hemm erba’ laneċ tal-pilota joperaw fiż-żewġ portijiet. Dan apparti l-investiment li ser isir mill-piloti marittimi sabiex jinxtraw żewġ laneċ ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm lukandi ma ħallsux il-liċenzja għas-snin 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm kienu 5-star, 4-star u 3-star sena b'sena? X'passi ttieħdu kontra min ma ħallashomx? Jista' jgħid ukoll kemm lukandi m'għandhomx il-permess kif meħtieġ mill-MEPA u x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu f'dan ir-rigward?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi tlett lukandi ta’ ħames stilel, tmien lukandi ta’ erba’ stilel, tliet lukandi ta’ tlett stilel u erba' ta’ żewġ stilel għadhom ma hallsux il-liċenzja tas-sena 2007.
Erba' lukandi ta’ erba' stilel ma hallsux il-licenzja tas-snin 2006 u 2007.
Żewg lukandi ta’ erba' stilel u lukanda waħda ta’ tlett stilel ma ħallsux il-liċenzji għas-snin 2005, 2006 u 2007.
Permess ta’ l-uffiċċju legali l-Awtorita’ ħarget Ittra Eżekuttiva lil dawk is-sidien tal-lukandi li għadhom ma ħallsux il-liċenzji mis-sena 2005 jew mis-sena 2006. Kull min ma ħallasx il-liċenzja, inkluż dik tas-sena 2007, qed jiġi avżat li jekk dan ma jsirx fi żmien raġonevoli, tista' tiġi rrevokata l-liċenzja u jistgħu jittieħdu l-passi kolla neċessarji skond il-liġi.
Rigward kemm hemm lukandi li m’għandhomx il-permess kif meħtieġ mill-MEPA nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
L-Awtorita’ tat-Turizmu toħrog permess ta’ lukanda jekk ikollha dokumentazzjoni li tindika li l-lukanda għandha l-permess neċessarju tal-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proċedura speċjali li permezz tagħha għalliem regolari jista' jmur jgħallem fi skola speċjali (special needs) u jekk fl-affermattiv jista' jispjega din il-proċedura x'tinvolvi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li meta jkun hemm vakanza għall-għalliem regolari fi skejjel speċjali tinħareġ sejħa għal dawk l-għalliema li jixtiequ jgħallmu f'dawn l-iskejjel. Din is-sejħa tinħareġ mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li taħtu jaqgħu dawn l-iskejjel.
Tista' l-Ministru tagħti aġġornament ta' x'inhu jiġri fil-biċċerija t'Għawdex u tgħid meta se tibda tiffunzjona?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bhalissa qeghdin jigu evalwati l-offerti li ntefghu ghal Provvista, Installazzjoni, Ittestjar u Kummissjonar ta' Apparat u Servizzi Ancillari tal-Biccerija u li l-biccerija tibda tiffunzjona skond l-ezitu ta' din l-evalwazzjoni.
Tista' l-Ministru telenka x-xogħolijiet li saru s'issa fl-iskola Ninu Cremona kif ukoll tgħid x'fadal isir u meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol? Inoltre tista' tgħid x'miżuri qed jittieħdu biex it-tfal ma jiġux esposti għall-perikli u nkonvenjent waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata mill-FTS li wara li sar l-iskavar ta' l-ewwel fazi, saru l-bazijiet ghall-kolonni tal-Car Park fejn bhalissa qed igi ikkastjat is-saqaf. Ix-xoghol ghadu fil-fazi inizjali tieghu u li jwassalna biex l-iskola tkun lesta fi zmien 3 snin. S'issa ma kellna l-ebda complaint u x-xoghol miexi kif kien ippjanat b'kordinazzjoni mad-direzzjoni ta' l-iskola.
Peress li qed isiru diversi lamentali dwar ix-xogħlijiet li saru fi Triq Santa Duminka u Triq Profs G Aquilina, Munxar, Għawdex minħabba l-fatt li m'hemmx senjaletika adegwata u allura hemm potenzjal ta' perikolu kemm għas-sewwieqa kif ukoll għall-pedestrians, kif ukoll hemm sinjali fl-art li huma rregolari senjatament sinjal abjad fi Triq Profs G Aquilina li f'punt minnhom huwa dritt u mbagħad jieħu linja differenti u jirkeb is-siment u mbagħad wara jerġa' jkompli mal-linja preċedenti, jista' l-Minisru jara li l-Awtorita' kompetenti tara dawn l-affarijiet biex jiġu riżolti kemm jista' jkun malajr u jiġu evitati perikli u nkonvenjent?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li kemm fi Triq Santa Duminka u Triq Profs G Aquilina, Munxar ix-xogħlijiet għadhom għaddejjin u ser jkunu finaliżżati fil ġejjieni qrib. Ma jirrużultax li hemm periklu la għas-sewwieqa u lanqas għal pedestrians sakemm jiġu osservati ir-regolamenti tat-traffiku.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha punti l-applikanta, li isimha qed jintbagħat separatament, li ilha li applikat 12-il sena għal akkomodazzjoni soċjali u li bħalissa toqgħod f'post ta' periklu għal saħħitha (mard tal-qalb) għax umdu u b'ħafna taraġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-persuna ndikata lit-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' tad-Djar, il-Furjana, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna possibli.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jitneħħa l-periklu għall-ġirien tat-Turkish Kebab House fit-telgħa ta' Rue d'Argens, kantuniera ma' Strada Rudolfu, Sliema li għandu ġabra ta' ċilindri tal-gass għall-użu tal-kċina tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tinvestiga l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant ma' l-entitajiet konċernati.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li wara li qegħda tiġi resurfaced Triq Birbal, Hal Balzan isiru traffic lights fil-junction bejn Triq Birbal u Pjazza Wesgħa Guże Aquilina?
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28742 u għall-fatt li Lm17.7 miljun ġew allokati għall-programmi ta' taħriġ li ġew allokati għalihom l-istess fondi, jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 29207 u 29291 u jgħid kemm inħolqu mpjiegi full time bħala riżultat ta' l-istess taħriġ? Min kienu l-entitajiet jew aġenziji privati u jew pubbliċi li mplimentaw dawn l-programmi?
Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna li spiċċat mix-xogħol bl-early retirement, tistax tibqa' taħdem u tibbenefika mill-miżura li tħabbret fil-budget, cioe' li pensjonanti jistgħu jibqgħu jaħdmu, jaqilgħu kemm iridu u jirċievu l-pensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-miżura li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li persuna issa tista' taħdem u taqla' kemm trid mingħajr ma titlef xejn mill-pensjoni, tapplika għall-pensjoni kontributorja ta' l-irtirar imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Pensjonijiet imħallsa taħt skemi ta’
early retirement
ma jaqgħux taħt l-imsemmi Att.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29468 u jgħid kemm huma s-salarji ta' dawn il-gradi li jaħdmu fil-Malta Air Traffic Services Limited:
Manager External Relations
Manager Finance & Administration
Manager Operations
Manager Technical Services
Executive ACC Airspace & Systems
Executive Admin. Operations
Executive Corporate Training
Executive Technical Services
Aerodrome Coordinator
Training Coordinator
AISU Coordinator
Safety Coordinator?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29460 u jinvestiga l-ilment tar-residenti mill-Imsida, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, dwar overflowing jew seepage ta' drenaġġ fil-bitħa tagħhom minn Triq Ċensu Farrugia, Msida li qed joħloq inkonvenjent kbir għalihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29224 u jgħid mill-2005 lil hawn kemm iddaħħlu lecturers jew għalliema b'titlu ieħor fl-Universita' ta' Malta biex jgħallmu suġġett/i fil-Kors ta' l-Istudji ta' Traduzzjoni u Interpretazzjoni fil-Fakulta' ta' l-Arti? Jista' jgħid ukoll kemm-il kandidat kien hemm għal kull post u fuq liema kriterji ntgħażlu l-kandidati li ngħataw l-inkarigu ta' lecturer kif ingħad?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ġew ingaġġati tlett lecturers biex jgħallmu suġġett/i fil-kors ta' l-Istudji ta' Traduzzjoni u Interpretazzjoni fil-Fakulta' ta' l-Arti.
Kien hemm:
tmien kandidati għall-Malti
kandidat għall-Ingliz
erbgħa kandidati għall-Franċiz.
Il-kriterji li fuqhom intagħzlu l-kandidati kienu dawn li ġejjin:
'Relevant Qualifications'
'Experience'
'Aptitude & Suitability'
'Performance in Interview'
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 29247 u 29346 u jgħid jekk l-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea kitbux rapporti evalwattivi u kritiċi tal-proċeduri użati minn kumitati tal-kuntratti f'pajjiżna dwar ħruġ u għoti ta' kuntratti f'pajjiżna din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea bagħtu rapport inizjali fejn esprimew l-ewwel reazzjonijiet mit-tfittix li rriżulta waqt iż-żjara. Fuq dan ir-rapport preliminari l-awdituri stiednu n-naħa Maltija biex tagħmel il-kummenti tagħha qabel ma r-rapport jiġi addottat korrett miż-żewġ naħat. Ir-reazzjoni Maltija ġiet ikkomunikata bl-aħħar kummenti jsiru f’Novembru.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 29226 u 29345 u jgħid kemm ingħataw fondi pubbliċi La Vittoria Band Club, Mellieħa matul din is-sena u minn liema fondi ngħataw dawn il-flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fir-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, La Vittoria Band Club, Mellieħa, ingħataw kontribuzzjoni ta’ Lm10,000 min-National Lotteries Good Causes Fund.