B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12540, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi data meta l-pelican crossing ħdejn l-iskola tal-Gvern ta' San Gwann ser jiġu nstallati speċjalment minħabba li f'dak il-post saru inċidenti koroh u fi ftit xhur oħra ser ikollna sena skolastika ġdida oħra? Jista' jgħid jekk sarux xi talbiet oħra minn dakinhar biex isir dan id-dawl?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l'Awtorita' lestiet il-pjanti meħtieġa u qegħdin isiru l-istimi biex din il-pelican lights titwaħħal.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni tal-Kontrollur tas-Soċjeta' Malta and Europe Hotels Ltd. (MEH), proprjetarja ta' l-ex Grand Hotel Excelsior fil-Furjana, liema soċjeta':
. ilha f'idejn il-Kontrollur għal dawn l-aħħar 33 sena, minn wara l-għeluq tal-BICAL;
. fl-4 ta' Diċembru 1998 (disa' snin ilu) ħallset lill-BICAL is-somma ta' Lm1,580,000 għas-saldu tad-dejn oriġinali ta' madwar nofs miljun Lira Maltin u għalhekk l-iskop ta' Kontrollur spiċċa dakinhar.
X'kien qed jikkontrolla għal dawn l-aħħar disa' snin il-Kontrollur, u fl-interess u a spejjeż ta' min?
X'inhi r-raġuni li l-istess Soċjeta' MEH għadha ma ġietx likwidata, wara disa' snin mill-ħatra ta' likwidatur, u dan mingħajr ma ntemmet il-ħatra ta' Kontrollur? Jista' l-Prim Ministru jiffissa terminu għal-likwidazzjoni?
Jaf il-Prim Ministru li azzjonista maġġoritarju tas-Soċjeta' MEH, il-familja ta' l-Avukat Taljan Michele Martone li llum għandu 83 sena, kitbet lill-Onor. Franco Frattini, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell, fejn talbu jintervjeni biex tinstab soluzzjoni ekwa għal dan il-każ li ilu jkaxkar 33 sena? (Ara s-sit ta' l-internet www.marteitaliano.com.mt)
Jidhirlu l-Prim Ministru li din il-Kamra għandha taħtar kummissjoni parlamentari biex tinvestiga u tipproponi miżuri xierqa u ġusti li jwasslu biex issir ġustizzja ma' l-azzjonisti tas-Soċjeta' MEH, kif ukoll biex nilqgħu għall-ħsara li qed issir fl-Ewropa għall-kredibilita' ta' Malta bħala ċentru serju ta' investiment barrani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-kelma "droga" li hemm miktuba fuq bieb ta' fond fil-Gżira li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, titneħħa peress li qed iddejjaq kemm lir-residenti u anke lil min jgħaddi minn hemm?
Jista' l-Ministru jgħid meta se tinkesa t-triq bejn il-Manikata u l-Mellieħa li ilha magħluqa sentejn b'inkonvenjenzi kbar għar-residenti tal-Manikata u għal dawk li jużaw din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li saru stimi sabiex jkun ditterminat l-ispiża żejda li trid toħroġ l-Awtorita’ tat-Toroq, ħalli jingħata wiċċ sħiħ tul it-triq kolha u jikkumplimenta dak li jridu joħorġu l-Enemalta u WSC għal xogħol ta' reinstatement' fuq it-trinek tagħhom. L-ispiża addizzjonali fuq l-ADT hija ta’ madwar LM50.000. Kif din l-ispiża addizzjonali tkun approvata t-triq tingħata wiċċ ġdid għat-tul kollu tagħha.
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-kontribuzzjonijiet ( u l-kontributuri) li saru s'issa biex jitħawlu mill-ġdid siġar li ġew vandalizzati ħdejn it-Torri l-Aħmar tal-Għadira, Mellieħa?
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tiswija meħtieġa tal-binja magħrufa bħala "Il-Kamra tas-Sajjieda" fl-Għadira fil-Mellieħa għax se tkompli ssirilha ħsara kbira u b'periklu li taqa'?
Tista' l-Ministru tagħti spejgazzjoni lil anzjana xebba li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li din qegħda tirċievi kontijiet għoljin u biex tara x'tip ta' sussidju għandha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata biex tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet l-ispiża ta' Notte Gozitana Lejliet Lapsi li saret f'Għawdex dan l-aħħar? Tista' tagħti breakdown item item ta' l-ispiża kollha involuta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26293
Tista' l-Ministru tara li jiġi spjegat lill-familja li qiegħda fuq ir-relief li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li għandhom tifel b'diżabilita' u jixtiequ jkunu jafu x'tip ta' sussidju għandhom fuq is-surcharge? Jistgħu jiġu nfurmati bil-miktub?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tagħti spejgazzjoni għaliex is-sinjur li d-dettalji dwaru qed jinbagħtu separament qatgħulu l-pensjoni supplimentari? Jista' jiġi infurmat għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26869 u jgħid x'inhi r-raġuni għala l-provvista ta' l-elettriku qiegħda tiġi sospiża b'mod regolari ma' Malta kollha u b'mod partikolari b'mod frekwenti ħafna fl-inħawi ta' H'Attard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li numru ta' sospenenzjonijiet fil-provvista ta' l-elettriku kienu kkaġunati minn ħsarat fuq l-impjant tal-ġenerazzjoni u fuq HV Cables. Dawn il-ħsarat affetwaw partijiet varji f'Malta.
Partijiet minn Ħ'Attard kienu affetwati tlett darbiet, darba fil-15 u darbtejn fit-18 ta' Ġunju.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26698 u 26868 jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus fuq kull proġett sal-lum? Meta hi l-aħħar data li fiha jistgħu jiġu sottomessi kontijiet għal xogħlijiet pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema xogħol fil-Ministeru tal-Finanzi ġie kuntrattat lil kumpanniji ta' konsulenza u kumpanniji ta' l-awditjar u jekk inħarġux tenders għal dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministu jara li l-ġnien ta' taħt il-bieb prinċipali ta' l-Imdina jitnaddaf peress li llum hemm ħafna skart li jagħti dehra kerha lil dawk l-inħawi li tant huma popolari mat-turisti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-ġnien imsemmi jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' rapporti ta' traffikar ta' persuni din is-sena? Jista' jgħid kemm tressqu l-qorti? Jista' jgħid kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s'issa, tressqu żewġ każijiet quddiem il-Qorti dwar traffikar ta' persuni. Dawn għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Tista' l-Ministru tara li jiġi rranġat is-saqaf tad-dar tas-Sinjura separata li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, peress li dan is-saqaf kellu jiġi rranġat f''Ġunju u s'issa dan ix-xogħol għadu ma bediex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet ma' l-Enemalta sabiex jiġi provdut street lighting fil-bypass ta' l-Imtarfa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Enemalta mhix responsabli biex tiprovdi "street lighting'' fil-by pass ta' l-Imtarfa.
Għaldaqstant, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' każijiet ta' abbużi fuq it-tfal din is-sena? Jista' jgħid kemm tressqu l-qorti? Jista' jgħid kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena? Jista' jgħid kemm mill-vittmi kienu bniet u kemm kienu subien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, s'issa, il-Pulizija kellha 19-il rapport dwar abbuż fuq 24 tfal, li minnhom 19 huma bniet u 5 subien. Dwar dawn ir-rapporti ġew imressqa quddiem il-Qorti 22 persuna , li s'issa 2 kellhom il-każ deċiż u ġew mogħtija sentenza ta' priġunerija.