Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra rapport li allegatament ħejjiet l-MTA dwar low cost airline passengersf'Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Awtorita' tat-Turiżmu tagħmel survey kontinwu ta' turisti li jżuru pajjiżna matul is-sena. Dan is-survey jiġbor ħafna informazzjoni fuq il-karatteristiċi differenti tat-turisti li jiġu fil-gżejjer Maltin. L-informazzjoni li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tikkonsisti f'analiżi ta' turisti li żaru Malta bir-Ryan Air matul il-perjodu Novembru 2006 u Frar 2007. Din l-informazzjoni hija kontinwament aġġornata permezz ta' analiżi kontinwa tal-kwestjonarji li jaslu l-MTA minn xahar għal xahar.
Fid-dawl tad-diversi ilmenti li rċevejt mingħand għadd ta' familji - ħafna minnhom bi tfal li għadhom qegħdin jitrabbew - li joqogħdu fit-triqat Enrico Mizzi, Giuseppe Cali', Triq San Ġwann tas-Salib, flimkien ma' triqat oħra fl-istess inħawi ta' Ta' Xbiex/Msida, jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' tlajjar minn prostituti qrib ir-residenzi tagħhom, aktar u aktar minħabba l-allegazzjonijiet ta' uħud minnhom li ħafna drabi minkejja l-patrols li jsiru, l-Pulizija jibqgħu għaddejjin qishom mhux huma, jekk mhux ukoll jieqfu jiċċaċċraw mal-persuni kkonċernati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ta' l-Iskwadra ta' kontra l-vizzji, regolarment jagħmlu spezzjonijiet fl-inħawi msemmija u kull fejn jirriżulta li jkun hemm xi abbuż jittieħdu dawk il-passi kollha skond il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid il-health assistants li hemm fl-Isptar San Luqa kif se jiġu affettwati mill-migration lejn l-Isptar Mater Dei? Meta se jsir il-migration tagħhom u jekk dan huwiex mistenni jkopri l-health assistants kollha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Health Assistants kollha li qed jaħdmu fl-isptar San Luqa ser jiġu trasferiti lejn l-isptar Mater Dei mal-kumplament ta' l-istaff ta' l-Isptar skond kif inhu ppjanat il-proċess tal-migrazzjoni ta' kull dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riklami awdjo-viżivi biex jipproġettaw l-Isptar Mater Dei meta din m'hijiex ażjenda kummerċjali u għaldaqstant kulħadd ser ikun intitolat - almenu għall-bidu - li jagħmel użu b'xejn mis-servizzi mediċi tiegħu? B'kollox kemm huwa budgeted li jintefaq f'reklami bejn issa u l-ftuħ uffiċjali ta' l-isptar? Minn liema budget qed jittieħdu dawn il-fondi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li r-riklami msemmija mhumiex imtella mill-Ministeru tiegħi, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew se jieħu fid-dawl tad-diversi rapporti li wasluli dwar drenaġġ li qed ifur għall-bajja sabiħa ta' San Ġiljan, faċċata tar-restaurant Ċiniż li hemm qrib il-monument LOVE?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet spezzjoni fl-inħawi u rriżulta li kien hemm sadd fis-sistema tad-drenaġġ liema sadd ġie miftuħ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara fhiex waslu l-investigazzjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali dwar il-każ ta' l-ex-chairman ta' l-Enemalta li allegatament ra d-ditta tiegħu tal-Forestals tieħu tender ta' l-informatika fl-istess żmien tal-ħatra tiegħu fil-Korporazzjoni li kien qed imexxi?
Response (BORG, TONIO)
Jiena infurmat li l-Avukat Ġenerali ma huwiex jagħmel ebda investigazzjonijiet dwar xi każ bħal dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant u anqas hi l-funzjoni ta' l-Avukat Ġenerali li jagħmel investigazzjonijiet bħal dawn. Ma hux eskluż, iżda, li l-Avukat Ġenerali jintalab jagħti parir dwar każijiet simili.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ġiex ikkummisjonat xi studju dwar interventi meħtieġa biex iċ-Ċittadella tiġi ppreservata bl-aħjar mod? Jekk iva, meta? Lil min ġie kkummissjonat? Kemm se jiswa? Meta għandu jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bħalissa qiegħed jitħejja dokument biex toħroġ offerta għal Master Plan għall-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar taċ-Ċittadella u li l-valur ta’ dan l-istudju u ż-żmien meħtieġ biex jitlesta l-pjan jiddependu mir-riżultat wara l-ħruġ tal-offerti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sar xogħol s'issa fuq Triq Rabat, San Lawrenz skond il-kwantitajiet riveduti? Kemm hu stmat li jiswa x-xogħol għal dik il-parti tat-triq li mis-siġra ta' Pinu twassal għal San Lawrenz? Minn fejn se jiġu l-flus għal din il-parti tat-triq, minn fondi Maltin jew minn fondi Ewropej? Jekk minn fondi Ewropej, liema proġett/i se jiġi/u sagrifikat/i?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li sa issa saru 2470 metri ta' kostruzzjoni fit-Triq li mir-Rabat twassal għal San Lawrenz. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija numru 25895. Jiena nfurmta wkoll li ma humiex ser jiġu sagrifikati proġetti oħra minħabba dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tingabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
B'riferenza għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari 24450 dwar kumpless fis-sit ta' l-iskola Ninu Cremona, tista' l-Ministru tgħid jekk il-parkeġġ jaqax ukoll taħt il-Foundation for Tomorrow Schools? Jekk jaqa' taħt din il-fondazzjoni, il-parkeġġ se jkun miftuħ għall-pubbliku? Jekk il-parkeġġ ma jaqax taħt il-fondazzjoni meta huma mistennija li jitlestew iż-żewġ fażijiet tiegħu? Kemm se tiswa kull fażi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-parkeġġ huwa parti mill-proġett tal-Foundation for Tomorrow Schools u hu mistenni li jkun miftuħ għall-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-informażżjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2453 dwar trasferimenti ta' ħaddiema mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nitlobha tagħtini t-tagħrif li ġej: Kemm ġew trasferiti ħaddiema sena sena mill-1999 sal-lum mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma direttament għall-ministeru tagħha? Kemm ġew trasferiti ħaddiema għall-ministeru tagħha sena sena mill-1999 sal-lum li xi darba kienu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma? X'inhu l-grad tagħhom? X'xogħol qed jagħmlu? Kemm minnhom għandhom allowance?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li mis-sena 1999 sal-lum ġew traferiti 16-il ħaddiem mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għal mal-Ministeru għal Għawdex. L-informazzjoni mitluba milll-Onor. Interpellant dwar dawn il-ħaddiema tinsab fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-arretrati fil-pensjonijiet li qegħdin joħorġu, dawn huma dawk ir-reviżjonijiet li suppost isiru kull sena lil kull pensjonant? L-arretrati huma ta' sena waħda jew ta' iżjed minn sena waħda? Kemm huma l-ammonti fi flus fuq dawn l-arretrati għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? U kemm kien hemm pensjonanti li bbenefikaw? Dawn ir-reviżjonijiet, jekk huma hekk, ser jinħadmu għal kull pensjonant? Hemm pendenzi ta' reviżjonijiet fuq is-snin li għaddew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għaddej b'eżerċizzju ta' reviżjonijiet ta' pensjonijiet bħal ma' jsir kull sena. Hemm dawk ir-revizjonijiet li jsiru minħabba xi ftehim kollettiv, speċjalment fejn ikun hemm involuti ażjendi kbar, kif ukoll fejn il-penzjonant kien jaħdem f'organizazzjoni iżgħar. Hemm każijiet fejn ġew imħallsa arretrati għal sena u oħrajn għal aktar minn sena waħda.
Dan l-eżerċizzju jinvolvi xogħol delikat, fejn l-impjegati tad-Dipartiment ikollhom idaħħlu ħafna informazzjoni jew isewwu din id-data fuq is-sistema elettronika li biha jħallas il-benefiċċji l-istess dipartiment. Ir-reviżjonijiet ser isiru fuq il-pensjonanti kollha. Tapprezza l-Onor. Interpellanti li dan ix-xogħol irid isir b'ċertu attenzjoni biex ma jsirux żbalji li jafu joħolqu inkonvenjent għall-pensjonant.
In-numru ta' pensjonanti li gawdew minn ir-reviżjonijiet kien ta' 1153 b'nefqa ta' Lm364,610 jew €849,312 bħala arretrati, sa l-aħħar ta' April 2007.
B'referenza għan-news release tal-NSO rigward l-ispiża fil-benefiċċji ta-sigurta' soċjali minn Jannar sa Diċembru 2006, numru 54/2007, fejn jindika li kien hemm żieda ta' 6.8% fuq is-sena 2005, dwar benefiċċji kontributorji, tista' l-Ministru tagħtina breakdown dettaljat li juri:
Kemm kien hemm żieda ta' pensjonanti, nisa/rġiel, għall-pensjonijiet tal-irtirar, tar-romol u tal-invalidita'? U kemm jikkwantifikaw f'ammonti ta' flus?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra.
B'referenza għall-miżuri tal-budget 2007, kemm kienu l-benefiċċjari u kemm laħqet l-ispiża sal-ewwel sitt xhur tal-2007, rigward:
Romol li żżewġu u ser jibqgħu jibbenefikaw mill-pensjoni għall-ħames snin ta' wara ż-żwieġ;
Romol li ser jibqgħu jaħdmu bil-paga ta' iżjed mill-paga minima nazzjonali wara li t-tfal laħqu l-eta';
Persuni li jibbenefikaw minn pensjoni tad-diżabilita' li żżewġu u mhux se jittieħdilhom in konsiderazzjoni id-dħul tal-konjuġi għall-komputazzjoni tal-benefiċċju, għal ħames snin ta' wara ż-żwieġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għaddej b'eżerċizzju biex jiddentifika l-benefiċċjarji li ser jibbenefikaw mill-miżuri tal-budget 2007. Qed isir ukoll it-tibdil neċessarju fis-software tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali biex ikun jista' jakkomoda dawn il-benefiċċji ġodda fil-proċess ta' ħlas.
Għaldaqstant għalissa għad m'hemmx in-numru u l-ammont tal-ispiża involuta kif mitluba mill-Onor. Interpellanti.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskemi fis-seħħ biex jinkoraġixxu lill-pubbliku jagħmel użu minn enerġija alternattiva jew biex inaqqas mill-elettriku? Meta kienet introdotta kull skema u x'inhu l-ammont ta' sussidju li jingħata għar-rigward ta' kull skema? Kemm saru applikazzjonijiet fir-rigward ta' kull skema u x'kienu l-ammonti mħallsa għal kull skema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi u xogħlijiet saru fil-kumpless San Vincenz de Paule mill-1999 'l hawn biex jitjieb l-ambjent li fih jgħixu l-anzjani u kemm hu kkalkulat li kienet l-ispiża kapitali biex setgħu jsiru dawn ix-xogħlijiet? Jista' jgħid ukoll jekk il-ħidma li saret waslitx biex seta' jkun hemm żieda fin-numru ta' anzjani li jsibu kenn f'dan il-kumpless?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-lista ta' l-iżviluppi u xogħolijiet li saru fir-residenza ta' San Vinċenz de Paul huma:
1999 Lm454,223
2000 Lm1,420,458
2001 Lm1,107,499
2002 Lm1,559,139
2003 Lm1,809,985
2004 Lm651,399
2005 Lm378,114
2006 Lm3,303,780
2007 Lm621,487
L-ispiża totali li ntefqet mill-1999 sa l-2007 s'issa kienet Lm11,306,084.
Ninfurmak ukoll li l-ħidma li saret wasslet għal żieda fin-numru ta' anzjani rikoverati fl-SVPR.