Legislature:
Category:
Reset
Active:

Universita' ta' Malta — Associate Professor

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26779 u 26703 u jagħti lista ta' min applika għall-post ta' associate professor fl-Universita' ta' Malta minn Jannar 2004 'il quddiem u jgħid f'kull każ: 1) id-data tal-ġurnata meta l-Universita' rċeviet l-applikazzjoni; 2) id-data li fiha l-pubblikazzjonijiet u materjal relatati ma' l-applikant intbagħtu mill-Universita' ta' Malta lill-Association of Commonwealth Universities f'Londra; 3) id-data li fiha l-Association of Commonwealth Universities bagħtet il-materjal għand ir-referees tagħha; 4) id-data li fiha l-Universita' ta' Malta rċeviet ir-risposta dwar l-applikazzjoni; 5) id-data li fiha kull applikant irċieva avviż dwar l-andament ta' l-applikazzjoni tiegħu/tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra li jirraprezenta elenku ta' applikazzjonijiet (mingħajr l-isem minħabba protezzjoni ta' informazzjoni personali) għall-promozzjoni għall-associate professor, id-data tal-jum meta l-Universita' irċeviet l-applikazzjoni, u d-data li fiha l-pubblikazzjonijiet u l-materjal relatat intbagħtu lill-ACU. Informat li l-Universita' ma rċeviet l-ebda 'peer assessment' mill-ACU qabel Settembru 2006 u minn dak iz-zmien 'l hawn ħadmet biex tipproċessa l-applikazzjonijiet ta' kandidati hekk kif il-'peer assessment' tagħhom bdew jaslu. Fuq bazi ta' dan 19-il kandidat ġew appuntati Associate Professors. Hemm xi wħud mill-kandidati l-oħra li għadhom qed jiġu kkunsidrati mill-Bord.

Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jara li terġa' tiġi kkunsidrata t-talba tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex ikollha reserved parking viċin ir-residenza tagħha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li mir-rapport tat-tabib ta' l-applikant kif ukoll mir-rapport tat-tabib ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport, il-problema ta' mobilita ta' l-applikant mhux severa hafna. Iżda l-applikant jista' jappella din id-deċizjoni għand ir-Review Panel, Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Disabilita, St Joseph High Street, Santa Venera.

Deheb depożitat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm deheb depożitat bħala rahan fil-Monte di Pieta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sat-30 t’April 2007 kien hemm 8,285 polza tad-deheb iddepożitati l-Monte di Pietà b’kapital ta’ Lm353,892 misluf fuqhom.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Salarji u benefiċċji oħra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ġustizzja u Intern — Salarji u benefiċċji

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda persuna fid-Dekasteru tiegħi li għandha tali ħatra.
Leg 10 PQ #25666 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Ħaddiema li għalqu l-61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-ħaddiema li għalqu l-61 sena li hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma kif ġej: Persuna waħda fis-segretarjat privat tal-Ministru għat-Turiżmu u Kultura li għandha 65 sena. Din il-persuna ġiet ingaġġata minn barra s-Servizz Pubbliku skond ir-regoli tal-Guidelines for Engagement of Staff for Ministers' Secretariats. Il-kuntratt ta' din il-persuna jiġġedded kull sena. Uffiċjal wieħed fl-Awtorita' tat-Turiżmu li għandu 70 sena. Dan l-uffiċjal kien Chairman tal-Hotels & Catering Establishments Board meta dan il-bord ġie xolt fl-2001. Ix-xogħol ta' dan l-uffiċjal jikkonsisti fl-initial drafting tal-leġislazzjoni ta' l-Industrija tat-Turiżmu kif ukoll josserva u jsegwi l-operat tal-liċenzi ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu u r-raġuni li dan l-uffiċjal inżamm kienet minħabba l-eperjenza vasta tiegħu f'dan il-qasam u jitqies bħala espert. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall Kultura u l-Arti li għandu 63 sena ingħata sitt xhur extension sakemm jiġi maħtur u mħarreġ Direttur Eżekuttiv ġdid. Impjegat wieħed fit-Teatru Manoel li għandu 62 sena u li ngħata extension sakemm jinstab xi ħadd minfloku u jkun għadda ż-żmien ta' prova għall-imjegat il-ġdid. Żewġ impjegati f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Dawn għandhom 62 u 61 sena li ngħataw extensions sal-30 ta' Settembru 2007 u sal-31 ta' Diċembru 2007 rispettivament sakemm jinstabu r-replacements tagħhom.
Leg 10 PQ #25668 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Salarji u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ġustizzja u Intern — Xogħol sub contracting

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (BORG, TONIO)

Meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bilfors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onor. Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qed jirreferi għal l-għoti ta' kuntratti pjuttost mis-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa' jissottometti mistoqsija parlamentari oħra.

Ġustizzja u Intern — Direct Orders

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fid-dekasteru tiegħi, matul ix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu 2007, ingħataw dawn id-direct orders mid-Dipartiment tal-Pulizija: DETAILSAMOUNTSUPPLIERAPPROVED BY JanCombat TrousersLm 1,300Merc TradingM.J.H.A. FebComputer SoftwareUS$3,839ForensicPC (USA)M.J.H.A FebRepairs on OutboardLm 1,317CJ Frendo LtdM.J.H.A. FebPistolsEur21,506Glock (Austria)Min of Finance FebSecurity Fax MachineEur 5,433Rohde & Schwarz (Germany)Min of Finance MarIT Equipment for IRULm16,871Intercomp Ltd Computime Ltd Hydroelectric Ltd J Cardona Ltd I.T.C. Ltd Baron Networks Tenovar LtdMin of Finance
Leg 10 PQ #26031 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Tista' tgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #26032 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Xogħol Sub contracting

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Tista' tgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma sar l-ebda xogħol ta' sub contracting mal-ministeru għal Għawdex u d-dipartiment li jaqgħu taħtu matul Jannar, Frar u Marzu 2007.
Leg 10 PQ #26033 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: JOSEPH DEBONO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Direct Orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żvilupp Urban u Toroq — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ADT għandha Board ta' Diretturi skond l-Att Numru 332 tal-liġijiet ta' Malta. Dan jikkonsisti f'Chairman, Deputy Chairman, 4 membri u Segratrju. :Sitta minnhom huma irġiel u waħda hija mara li għandha bejn it-30 u l-45 sens. Tlieta mill-irġiel għandhom bejn it-30 u l-45 sena u t-tlieta l-oħra għandhom il fuq minn 46 sena. Barra minn hekk hemm Vintage Cars Board li għandu id-Direttorat tal-Licenzji u Testjar cioe il-Vintage & Classic/Veteran Vehicles. Dan hu kompost minn sitt irġiel li wieħed għandu bejn it-30 u l-45 sena u l-oħrajn għandhom il fuq minn 46 sena. L-aħħar bord li għadu kif ġie mmawaqqaf hu tal Control Vehicular Access (CVA). Dan għandu tlett membri rġiel; tnejn fuq is-64 sena; u wieħed bejn it-30 u l-45 sena. Il-Ministeru/Dipartiment għandu dawn il-Bordijiet: Negotiating Board - Dock No. 1 li huwa kompost minn Chairman, sitt membri u segratarju. Il-membri ta' dan il-bord huma kollha rħiel. Sitt membri għandhom il-fuq minn 46 sena u zewġ membri għandhom bejn it-30 u l-45 sena. Negotiating Board - Ta'Qali Convention Centre Dan il-bord huwa iffurmat minn Chairman u ħames membri. Dawn huma kollha rġiel. Ħamsa minnhom għandhom il-fuq minn 46 sena u wieħed għandu bejn il-30 u l-45 sena.
Leg 10 PQ #26618 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma kif ġej: Heritage Malta Malta Song Board Dar il-Mediterran għall-Konferenzi Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita' ta' San Ġakbu Orkestra Nazzjonali MTA - Bord tad-Direttorat ta' l-Enforcement Bord ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu Kummissjoni Nazzjonali Folklor Kumitat Festi Nazzjonali Kumitat Regatta Manoel Theatre Management Committee L-etajiet tal-persuni konċernati maqsuma fil-kategoriji mitluba mill-Onor. interpellant huma hekk: inqas minn 29 sena bejn 30 u 45 sena 'l fuq minn 46 sena Irġiel 0 28 52 Nisa 1 17 5
Leg 10 PQ #26619 Sitting 545 2007-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Tista' tagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 24501.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Tista' tagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel Primarji — Studenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26320, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma poġġiex l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra dwar in-numru ta' studenti f'kull klassi?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jidhirlix li f'dan l-istadju din l-informazzjoni għandha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.