Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi s-salraji u benefiċċji oħra taċ-Chief Executive Officers ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat Turiżmu u Kultura huma kif ġej:
Awtorita' tat-Turiżmu - Vakanti
Heritage Malta
salarju li jammonta għall-Lm18,221 fis-sena
related expenses
Lm5,000
15% performance bonus
użu ta' karozza
telefon ċellulari
Assigurazzjoni medika għalih u għall-familja tiegħu
Life insurance policy
Tista' l-Ministru jgħid kemm kellha mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Tista' tgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Xogħol sub contracting
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Tista' tgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bil-fors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting joħroġ mill-istess kuntratt.
Jekk l-Onor. Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qed jirreferi għall-għoti ta' kuntratti, pjuttost mill-subcontracting, allura hu mitlub jiċċara u jerġa' jissottometti Mistoqsija Parlamentari oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, fil-perijodu ndikat, taħt id-dekasteru tiegħi ngħatat direct order waħda mid-Dipartiment għal Standards ta’ Ħarsien Soċjali dwar xiri ta’ vettura mingħand Easysell Kia Malta Ltd għall-prezz ta’ Lm3,800.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjegi — Xogħol sub contracting
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bil-fors ikollu għad-disposizzjoni tiegħi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għar-raġuni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt.
Jekk l-Onor. Interpellant irid informazzjoni fuq xi kaz partikolari u/jew qed jirreferi għall-ghoti ta' kuntratti pjuttost mis-
subcontracting,
allura huwa mitlub jiċċara u jerġa' jissottometti mistoqsija parlamentari oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat ukoll li d-direct orders saru skond ir-Regolamenti finanzjarji.
Talba għall-pensjoni — Persuna gravament disabilitata
Question
Fil-formola li qed nibgħat separatament li, jġibu magħhom il-pazjenti għandna t-tobba meta jkun se jagħmlu talba għall-pensjoni għall-persuna gravament disabilitata, f'paragrafu (d) hemm miktub li l-persuna jrid ikollha diżabilita' permanenti, u nikkwota:
"minn paralisi totali permanenti jew malfunzjoni gravi totali permanenti jew mard totali permanenti, sew jekk inhi kkawżata b'amputazzjoni jew mod ieħor, taż-żewġ idejn jew riġlejn."
Il-punt li tajjeb wieħed jinnota huwa li bil-lingwa li nagħmlu użu minnha kuljum, persuna ma nsejħulhiex "normali" minħabba li għandha parti importanti ta' ġisimha nieqes u mid-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma tirċievi l-ebda għajnuna minħabba paragrafu (d) ta' l-applikazzjoni.
Allura ma taħsibx il-Ministru li huwa l-waqt li ssir reviżjoni ta' l-applikazzjoni ċioe' ta' paragrafu (d) u persuna anke b'amputazzjoni ta' id jew sieq waħda tkun ukoll intitolata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm Working Group fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali li qiegħed jagħmel analiżi ta' l-Att dwar is-Sigurta Soċjali, bl-għan li jħares lejn aġġornament ta' l-istess liġi.
Is-suġġeriment tal-Onor.Interpellant zgur li għandha tkun ikkunsidrata minn dan il-Working Group.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26369, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma elenkax jew ma poġġiex l-informazzjoni kif mitluba fuq il-mejda tal-Kamra dwar xogħlijiet li qed isiru fl-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
F'kull kaz ta' xogħol fl-iskejjel, meta x-xogħol jibda, jingħata tagħrif pubbliku tal-progress li jkun qed isir.
Peress li l-Prim Ministru wiegħed kemm-il darba li se jressaq liġi dwar il-Freedom of Information, jista' jgħid jekk hux beħsiebu jagħmel dan waqt din il-leġislatura?
Peress li kull darba li tagħmel ix-xita qawwija bħalma ġara dan l-aħħar ħafna triqat isiru perikolużi, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-gvern biex jipprova jtaffi dawn il-problemi bħal bini ta' ġibjuni taħt l-art u tindif aktar sikwit ta' culverts fi triqat prinċipali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi il-Ministeru għandu sezzjoni ta’ tindif u tiswija ta’ culverts li hemm fit-toroq arterjali li tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni u tindif fuq bażi regolari matul is-sena kollha. Din is-sezzjoni izzid l-interventi tagħha fil-perjodu ta’ l-aħħar xhur tas-sajf qabel ma jibda l-istaġun tax-xita. Il-Ministeru qiegħed jieħu ħsieb biex isaħħaħ din is-sezzjoni b’aktar nies u inġenji ġodda u b’hekk ikun jista’ ilaħħaq ma’ l-ammont ta’ toroq prinċipali ġodda li qegħdin jinfetħu u li fihom qiegħed ikun inkluż il-bini ta’ culverts u wkoll, f’ċerti każi, ġibjuni.
Barra minn dan, dawn l-aħħar snin il-Ministeru kien għaddej fuq xogħol ta’ bini, studji u tfassil ta’ disinji u kuntratti għal sensiela ta’proġetti għal kontra l-għargħar. Fost dawn qieħed insemmi l-proġett tal-korsa ta’ l-ilma bejn Ħal Qormi u l-Marsa. Saru il-preparamenti għall-proġett ta' kanal kbir f’Burmarrad kif ukoll l-proġett tal-mini għal B’Kara-Msida li ser jiswa madwar Lm30 miljun.
Inbdew ukoll diversi studji u xogħol ta’ disinn u preparamenti għall-ħruġ ta’ permessi tal-MEPA fuq diversi proġetti oħra għal kontra l-għargħar. Dawn huma:
· Ħaż-Żabbar/Wied il-Għajn - tħaffir ta’ 1.75km ta’ mini minn Ħaż-Żabbar sax-Xgħajra
· Żurrieq - tħaffir ta’ mini u bini ta’ culverts u ġibjun
· Żebbuġ - tħaffir ta’ mini u bini ta’ culverts
· Wied Għollieqa/Gżira - tindif ta’ Wied Għollieqa u tiswija ta’ lqugħ u bini ta’ culverts ġodda kif ukoll bini ta’ ġibjun fil-Gżira
· Ħal Safi - bini ta’ culvert bejn Ħal Safi u l-mina ta’ Ħal Kirkop
· Magħtab - bini ta’ ġibjun
· Birżebbuġia - bini ta’ culverts u lqugħ ta’ l-ilma
· Fgura - tkabbir ta’ l-ilqugħ ta’ l-ilma li hemm f’Wied Blandun, kif ukoll bini ta’culvert
· Pembroke - bini ta’ sistema ta’ culverts
· Ħal Għaxaq - tkabbir ta’ culverts eżistenti u bini ta’ waħda ġdida ħdejn il-ground tal-football
B’ko-ordinazzjoni mal-Water Services Corporation, il-Ministeru qiegħed ukoll jasisti fi tħejjija ta' Storm Water Masterplan għal Malta u Għawdex li ser ikun lest fix-xhur li ġejjin u li jservi ta’ bażi għal ippjanar u bidu ta’ xogħol ieħor fir-rigward tal-problema ta’ l-għargħar.
Fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' STI - mard li jittieħed mis-sess? Jista' jgħid ukoll kemm mill-każi kienu jinvolvu nisa u rġiel u kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet rappurtati ta' STI fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt. It-tabella turi wkoll kemm mill-każijiet kienu jinvolvu nisa u rġiel u kemm kienu ta' nazzjonalita' barranija.
STI
Totali
(sal- 31/05/2007)
Irġiel
Nisa
Mhux residenti*
Chlamydia
26
18
8
-
Gonorrhoea
28
22
6
2
Latent Syphilis
7
4
3
-
Primary Syphilis
1
1
-
1
* In-numru ta' non-residents huma nklużi fit-total.
Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li fl-iskejjel tagħna jiġi mgħallem suġġett speċifiku ta' edukazzjoni sesswali meta wieħed iqis il-permissivita' li teżisti speċjalment bejn iż-żgħażagħ? Japprezza li n-numru ta' single mothers qed jiżdied kif ukoll mard mis-sess eċċ?
Response (GALEA, LOUIS)
Huwa fatt li l-edukazzjoni sesswali qed tiġi mgħallma bħala parti mill-lezzjoni tal-PSD fil-gzejjer Maltin u Għawdxin.
Barra minn hekk fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni hemm numru ta' għalliema li qed jagħmlu xogħol biex joħolqu awareness dwar l-issues imsemmija li jikkumplimentaw it-tagħrif li jingħata fil-lezzjonijiet tal-PSD kemm fis-settur tal-primarja u kif ukoll fis-settur sekondarju. Dawn huma wkoll megħjuna minn aġenziji u kif ukoll mill-Health Promotion Unit tad-Divizjoni tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jindika kemm ġew ingaġġati pilotsbarranin ma' l-Air Malta mis-sena 2005 sal-lum? Kemm minnhom bdew ma' l-Air Malta meta kellhom il-liċenzja iżda kellhom zero hours experience? Kif jista' jingħad li l-Air Malta għandha pilots biżżejjed meta hemm ħafna pilots li qed jiġu mitluba jipposponu l-leave tagħhom għas-sena d-dieħla minħabba pressjoni ta' xogħol u allegat understaffing? X'inhi r-raġuni li allegatament qatt ma tqabbdu pilots Maltin fil-UK Operations ta' l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-2005 ġew ingaġġati 51 pilota barranin fuq l-operazjonijiet mill-bazijiet ġewwa l-Renju Unit. 18-il pilota barrani iehor gew ingaggati f’Malta.
Il-piloti kollha li ġew ingaġġati fir-Renju Unit kif ukoll tlieta min dawk li ġew ingaġġati f’Malta kellhom esperjenza. Il-bqija ma’ kellhomx u bdew il-karriera tagħhom mal-kumpanija.
L-Air Malta kontinwament tfittex opportunitajiet ġodda ta’ xogħol biex iżżid l-profittabilita tagħha speċjalment fix-Xitwa fejn tradizjonalment it-traffiku jonqos ħafna.
Ix-Xitwa li għaddiet l-Air Malta irnexxiela tikri żewġ ajruplani lil żewġ kumpaniji, waħda topera f’Santiago fic-Chile u l-ohra fi Tripoli. B’din il-ħidma l-Air Malta rnexxielha tutilizza ajruplani li kienu ser jkunu ta’ piż finanzjarju mingħajr ma jirrendu l-ebda dħul għall-kumpanija. Peress li dawn it-titjiriet ġew operati minn piloti ta’ l-Air Malta l-kumpanija kellha tirrestringi l-leave matul xi xhur din ix-Xitwa. Dawn ic-cirkostanzi huma normali f’kull kumpanija li l-operazjonijiet tagħha ma jkunux konsistenti matul is-sena u jbaghtu min
seasonality
. Bħalissa kull talba ghall-leave qed tigi milqugħa.
Dwar l-aħħar part tal-mistoqsija jien infurmat li saru negozjati ntensivi bejn l-Air Malta u l-Union tal-Piloti fejn l-kumpanija offriet pakketti tajbin ħafna li ammontaw għal aktar minn Lm50,000 fis-sena ghal Kaptani u Lm40,000 fis-sena għall First Officers. Sfortunatament l-Unjoni tal-Piloti ma riditx taċċetta.
Dawn il-pakketti huma aktar minn dak li l-Air Malta qed tħallas bħalissa lil piloti barranin tagħha ġewwa l-Renju Unit.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jinforma lill-Kamra jekk meta jkun hemm karozzi pparkjati fuq yellow lines b'tali mod li jimblukkaw aċċess għal garages privati l-pulizija għandhomx dritt joħorġu ċitazzjonijiet u anke jċemplu lill-kumpanniji tat-towing - speċjalment f'ħinijiet meta ma jkunx hemm wardens tal-kunsilli lokali - billi ħafna għases tal-pulizija qed jinterpretaw dawn il-miżuri b'mod differenti minn xulxin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-parkeġġ ta' vetturi quddiem garaxx, huwa regolat bir-regolament numru 77 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur. Barra minnhekk vettura li tkun qed tostakola d-dħul jew ħruġ liberu minn xi garaxx, tkun suġġetta li tiġi rmonkata skond ir-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u Tneħħija ta' Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta' Ingombru.
Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tagħha, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tagħha, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.