Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riżenji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'riżenji kien hemm fid-dekasteru tiegħu minn wara l-elezzjoni tas-sena 2003 sal-lum? Min kienu l-persuni li rriżenjaw u meta? X'kienu r-raġunijiet li taw għar-riżenja tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt mitlub nistieden l-Onor. Membru jippreċiza għall-liema tip ta' rizenja qed jirreferi.
Leg 10 PQ #26706 Sitting 547 2007-07-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Riżenji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'riżenji kien hemm fid-dekasteru tiegħu minn wara l-elezzjoni tas-sena 2003 sal-lum? Min kienu l-persuni li rriżenjaw u meta? X'kienu r-raġunijiet li taw għar-riżenja tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra

Skejjel ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbnew skejjel ġodda tal-gvern mill-1987 sal-lum, sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta ġiet fondata l-FTS, inbniet l-iskola sekondarja tas-subien f’Ħal Kirkop. Bħalissa qiegħdha titlesta l-iskola f'Ħal Qormi u qiegħed isir xogħol ta’ kostruzzjoni fuq skola ġdida sekondarja fil-Verdala, Cospicua. Ser jibda x-xogħol ukoll fuq tliet skejjel ġodda oħra, waħda fil-Mosta, f'Għawdex u F'Pembroke. Tagħrif dwar il-perjodu preċedenti għadu qed jinġabar.

Skola tal-Għargħur — Child care centre

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Gvern għandu xi pjani li jiftaħ child care centre fl-iskola primarja tal-Għargħur? Jekk iva, meta mistenni jsir dan u fejn ser isir dan billi l-klassijiet huma kollha utilizzati?

Response (GALEA, LOUIS)

Deċizjoni finali dwar f'liema skejjel ser jitwaqqfu Child Care Centres għad trid tittieħed.

Speed eċċessiv

Question

Minħabba l-ispeed li bih jidħlu l-karozzi mit-triq prinċipali tal-Hamrun fi Triq Emvin Cremona l-Imsida, jista' l-Ministru jara li minflok jibdew jitilgħu din it-triq fuq bażi ta' one way minn Triq il-Qawsalla l-Imsida?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li kien hemm suġġeriment mir-residenti fl-inħawi għal xi arranġamenti fis-sistema tat-traffiku. It-Taqsima bagħtet kopja ta' tali suġġeriment lil Kunsill Lokali ta' l-Imsida għall-kummenti tal-Kunsill. Sal-lum, it-Taqsima ma rċivietx risposta mill-Kunsill Lokali.

Qtugħ fid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux sodisfatt bl-ispjega li tat l-Enemalta għall-qtugħ ripetut fid-dawl f'diversi nħawi ta' Malta f'dawn l-aħħar jiem? Jekk le, ma jaħsibx li għandha ssir investigazzjoni indipendenti minħabba l-inkonvenjent li ħolqot lil diversi setturi tas-soċjeta' Maltija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nista nkun qatt sodisfatt b’ebda spjegazzjoni li nista ningħata għat-tip ta qtugħ li esperjenzajna f’dawn il-ġranet. Ngħid hekk għax f’ebda okkażżjoni ma l-Gvern qgħad lura milli jagħmel l-investiment kollu fil-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta l-elettriku li l-Enemalta tat parir li hu meħtieġ. La sar l-investiment kollu meħtieġ skond il-pjanijiet tekniċi għandu jkun raġjonevoli li nippretendi li dan it-tip ta’ qtugħ ma jiġrix. Jien tlabt lic-Chairman ta’ l-Enemalta spjega tal-kawżi ta’ dak li ġara. L-ispjega li ngħatajt hi identika għall-ispjegazzjonijiet li saru fil-pubbliku. Bl-informazzjoni li għandi u li hi kollha pubblika, m’għandix bażi għal suspett ta’ qerq jew negligenza mill impjegati ta’ l-Enemalta u ma narax il-bżonn t’investigazzjoni indipendenti. Madankollu jekk l-Onor. Interpellant għandu suspetti oħra nitolbu jgħidhomli biex dawn ikunu mistħarġa.

Euro converters

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-ordni għall-euro converters li se jitqassmu lil kull familja? Minn liema kumpannija inxtraw? Jikkonferma li dawn inxtraw miċ-Ċina b'direct order? Meta mistennija jitqassmu? Jikkonferma li qamu xi problemi tekniċi dwar l-ordni li saret? Jekk fl-affermattiv, jista' jikkonferma jekk ġietx riżolta' jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-akkwist tal-euro converters li ser jitqassmu lil kull familja ser jinxtraw permezz ta’ Partnership Agreement li ġie iffirmat bejn il-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla għall-Ewro (NECC) u l-Bank of Valletta (BOV). L-NECC m’huwiex involut fix-xiri ta’ dawn il-converters peress li ser jingħataw b’xejn mill-BOV lill-NECC. Huwa mmirat li l-euro converters jitqassmu fid-djar minn Settembru ’l quddiem.

E-ID — Adjudication process

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 26640, ma japprezzax il-Viċi Prim Ministru li l-proġett ta' l-e-ID huwa kopert mill-proġett NIDMS - National ID Management System? Għaldaqstant jista' jagħti t-tagħrif mitlub fil-kuntest ta' dan il-proġett?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm il-proġett ta' e-ID huwa b'xi mod relatat ma' dak tan-NIDMS fil-verita' dawn huma żewġ proġetti totalment separati. Peress li ta' l-ewwel ma jaqax taħt ir-responsabbilita' ta' dan il-Ministeru, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel tali mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Siġar vandalizzati — Kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-kontribuzzjonijiet ( u l-kontributuri) li saru s'issa biex jitħawlu mill-ġdid siġar li ġew vandalizzati ħdejn it-Torri l-Aħmar tal-Għadira, Mellieħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din hija l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant: Actavis 1,000 Atlas Insurance 1,500 Dingli & Dingli 500 Gasan Group Limited 2,500 HSBC 7,000 Italian Ambassador 150 Lighthouse Communications 500 Local Councils Associations 210 Louis Deguara MP 250 Malta Enterprise 200 Maltacom 3,000 Mater Boni Consiglii - Paola 300 Melita Cable Plc 2,500 Mellieha Local Council 1,500 Methode Electronics 154.05 MFIN 3,000 Middle Sea Insurance 2,000 Edible Oil 1,000 Playmobil 100 PN 1,500 PN Mellieha 2,000 Public to HSBC/BOV Fund 2,188 Donazzjonijiet mill-pubbliku permezz ta’ SMSs* 147 Strickland Foundation 600 Tumas Group 5,000 Uniblue Systems 1,000 Vodafone Foundation 3,000 Wasteserv 500 Lm 43,299 Ingħataw ukoll dawn is-siġar: ELC 500 Italian Government 1,000 Gaia Foundation 350 1,850 * Donazzjonijiet ta’ inqas minn Lm50 minn entitajiet ġew magħduda ma’ donazzjonijiet mill-pubbliku. Hemm Lm2,000 minn dan l-ammont li ġew imwegħda (pledged) iżda għadhom ma daħlux fil-kont. L-istess jista’ jingħad għas-siġar li ġew imwegħda iżda għadhom ma waslux.

Impjiegi ġodda mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati recruitments ġodda għall-impjieg mal-gvern jew ma' entitajiet? Fuq liema bażi ġew approvati u taħt liema ministeru ġew jew sejrin jiġu mpjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

SmartCity — Impjiegi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mpjiegi ġodda mal-gvern jew kumpaniji parastatali li nħolqu jew li ser jinħolqu fil-futur qarib minħabba SmartCity? X'tip ta' impjieg huwa u x'salarju/benefiċċji qegħdin jiġu offruti?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Minħabba li l-proġett għadu fil-bidu tiegħu, jista' jkun hemm bżonn li din l-istruttura tinbidel.

Direttur f'xi bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx xi mpjegati fl-istaff privat tal-ministri jew segretarji parlamentari li ngħataw permess mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex ikun direttur f'xi Board of Directors jew f'xi Adjudicating Board tad-Dipartiment tal-kuntratti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

INSO

Question

Peress li l-INSO hija responsabbli mill-equipment tal-Isptar Mater Dei u kemm-il darba jkun hemm bżonn ta' xi equipmentieħor li mhux kompriż fit-tender li ntrebħet mill-INSO, allura jista' l-Prim Ministru jgħid kif allura jsir l-procurement ta' dan l-equipment addizjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Riżorsi u Infrastrattura — Salarji u Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-salarju u l-benefiċċji taċ-Chief Executive Officer ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi huma kif jidhru hawn taħt: · Salarju ta’ Lm14,507 fis-sena · Allowance ta’ Lm2,800 fis-sena · Karozza fully expensed · Telephone · Mobile telephone · 0-15% Performance Bonus fuq is-salarju

MITI — Salarji u Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Salarji u Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Salajri u Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Żvilupp Urban u Toroq — Salarji u Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 22536.