Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #25675 Sitting 547 2007-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Salarji u Benefiċċji

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ghal Għawdex m'għandu l-ebda awtorita', etc li taqa' taħtu.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Salarji u Benefiċċji

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Taħt id-dekasteru tiegħi, il-Fondazzjoni għal Servizz ta’ Ħarsien Soċjali, li tinkludi l-Aġenziji Appoġġ, Sedqa u Sapport, hi l-unika entita’ mmexxija minn Chief Executive Officer. Is-salarju u l-benefiċċji ta’ min jokkupa din il-kariga huma: Fis-sena: Salarju ta’ Lm14,000; Performance Bonus sa massimu ta’ 15% tas-salarju; Car allowance ta’ Lm1,680; Ħlas lura ta’ spejjeż sa massimu ta’ Lm1,000; Premium fuq Medical u personal accident insurance sa massimu ta’ Lm150; Użu ta’ mobile phone sa Lm350. Fix-xahar: Spejjez għal fuel sa massimu ta’ 150 litru fix-xahar.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Salarji u Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

SVPR/Djar privati — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24537 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjan u Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilha, tista' l-Ministru tgħid kemm inġabru flus matul is-sena 2006 mill-kontribuzzjonijiet tal-anzjani f'San Vincenz de Paule Residence u fi djar privati taħt l-iskema ta' public private partnership maqsuma separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, matul l-2006, l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet miġbura mir-residenti f’San Vinċenz de Paule kien ta’ Lm1,753,840.84 u ta’ dawk fi djar privati għall-anzjani taħt l-iskema ta’ public private partnership kien Lm496,281.91.
Leg 10 PQ #25679 Sitting 547 2007-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Ħaddiema li għalqu l-61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fl-entita li taqa taħt ir-responsabilita' tiegħi ma hemm ħadd li għalaq il-61 sena.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema li għalqu l-61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li huma tnejn l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħi illi għandhom ħaddiema li għalqu l-61 sena. L-Awtorita' Marittima għanha żewġ ħaddiema li għandhom 63 sena kull wieħed. Wieħed minnhom qiegħed fuq definite yearly contract u l-ieħor fuq extended employment contract. Dawn iż-żewġ ħaddiema nżammu skond l-eżiġenzi ta' l-Awtorita' u minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom. L-Awtorita' tal-Kommunikazzjonijiet għandha Speċjalist Tekniku ta' 66 sena li ngħata estensjoni sa l-31 ta' Marzu tal-2008 minħabba l-kapaċitajiet speċjaliżżati tiegħu.. Imbagħad hemm ċ-Chairman li huwa wkoll id-Direttur Ġenerali ta' l-Awtorita' li għandu 68 sena u li l-kuntratt tiegħu jintemm fil-31 t' Ottubru 2007. L-Awtorita' Maltija dwar l-istandards m'għandha l-ebda ħaddiem li għalaq il-61 sena.

Immigranti illegali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali (mill-pulizija, mill-armata u mill-ministeru tal-familja u solidarjeta' soċjali) li tħallas għall-immigranti illegali fl-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm qed jiswa lill-gvern kull immigrant fid-detention centres?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26300.

Unpaid/Study Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fiċ-Ċivil li qegħdin fuq unpaid leave jew study leave? Kemm hemm impjegati li ilhom bejn 1- 2 snin 2- 3 snin 3- 4 snin 4- 5 snin 5 snin + ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26318.

Turiżmu u Kultura — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Turiżmu u Kultura — Xogħol sub contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bil-fors ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant għar-raguni li d-dritt tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onor Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qed jirreferi għall-għoti ta' kuntratti pjuttost mill- subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa' jissotometti mistoqsija parlamentari oħra.

Turiżmu u Kultura — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant hija kif tidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Xogħol sub contracting

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bilfors ikollu għad-disposizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għar-raġuni tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt. Jekk l-Onor. Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qed jirreferi għal l-għoti ta' kuntratti pjuttost mill-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa jissotometti mistoqsija parlamentari oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Forsi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar sal-20 ta' Mejju, 2007 kemm ħarġu sejħiet għall-offerti mill-Armata? Kemm tefgħu l-offerti, x'kienet kull offerta u min kienu f'kull każ? Min rebaħ dawn l-offerti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26687.

Forzi Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26366 u jgħid mill-1 ta' Jannar sal-20 ta' Mejju, 2007 kemm ħarġu sejħiet għall-offerti mill-Armata? Kemm tefgħu l-offerti, x'kienet kull offerta u min kienu f'kull każ? Min rebaħ dawn l-offerti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26687.

Public Accounts — Pensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pensjoni tal-Public Accounts tiżdiedx jew tibqa' kif tkun? Jista' jgħid ukoll jekk il-gvern hux qed jikkonsidra li jagħti xi żieda għal din il-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jiċċara il-mistoqsija tiegħu.

Gambling

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26485 u 26357 u jgħid jekk minħabba l-fatt li gambling fil-forom varji tiegħu qed jikber f'pajjiżna, hux il-ħsieb tal-gvern li jirregolah b'mod aktar komprensiv? Jidhirlu l-Gvern li għandha ssir distinzjoni ċara legali bejn slot machines u amusements machines u l-użu tagħhom, u dan l-aktar fid-dawl tal-fatt li l-vizju tal-logħob qed jikber fost il-minorenni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26485.

Riżultati ta' SEC u MATSEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li joħorġu r-riżultati tas-SEC u tal-MATSEC? Jista' jgħid kemm-il student talab li jirċievi r-riżultat permezz ta' sms?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa maħsub li r-rizultati tal-livell tas-SEC u taċ-Ċertifikat tal-Matrikola joħorġu f'nofs Lulju. Informat ukoll li kien hemm 10,792 student li talbu biex jirċievu r-rizultat ta' l-ezami permezz ta' sms. Minn dawn hemm 7,390 li resqu għall-ezami tas-SEC u 3402 li resqu għal xi ezami fil-livell taċ-Ċertifikat tal-Matrikola. B'kollox dawn jagħmlu 91.8% tal-kandidati kollha li resqu għal dawn l-ezamijiet.

Politika Nazzjonali taz-Zgħażagħ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26403, dan ifisser li l-Politika Nazzjonali taz-Zgħażagħ tinsab biss fuq il-karta? Jekk dan huwa fin-negattiv, jista'jgħid xi twettaq minnha b'mod konkret issa li suppost qed tiġi riveduta?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġerixxi l-Onor. Interpellant li kull ma jrid jagħmel biex ikun jaf xi twettaq mill-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ hu li oġġettivament jeżamina t-twettiq tal-politika u l-miżuri tal-Gvern fl-oqsma ta' l-Edukazzjoni, tas-Saħħa, tax-Xogħol, tal-Kultura, ta' l-Ambjent, tat-Teknoloġija tal-Kommunikazzjoni u Informazzjoni u tal-ħidma kollha tal-Gvern li jew direttament jew indirettament qed iġġib benefiċċji kbar għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Trid tkun tassew preġudikat biex taħseb li l-politika taż-żgħażagħ hi 'biss fuq il-karta'.