Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru m'hemm l-ebda mpjegat 'il fuq minn 61 sena. Ninsab ukoll infurmat li l-Awtorita` dwar it-Trasport ta’ Malta għandha erba’ (4) mpjegati l’fuq minn 61 sena fi ħdana. Dawn huma hekk kif ġej:
Pozizzjoni
Lokalita`
Salarju p.a.
Eta`
Konsulent (part time)
Sliema
Lm5,724.25
70
Konsulent (25 siegha fil-gimgha)
Sliema
Lm7,681.26
63
P.A. tad-Direttur (full time – Kuntratt Definit ghal sena li jiskadi fid-9 ta’ Novembru 2007
St. Julians
Lm10,299
62
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informażżjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informażżjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26193 datata 15 ta' Mejju, 2007.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux marbut li jibda jintaxxa l-familji minħabba t-tħaddim ta' l-impjant f'Għawdex għat-tisfija tad-drenaġġ kif miftiehem fil-Project Fiche dwar dan l-impjant? Jekk fl-affermattiv kemm se tkun it-tariffa u meta se tibda titħallas?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-uniku Gvern Malti li qatt ried jintaxxa lill-poplu fuq id-drenaġġ kien il-Gvern li kien jifforma part minnu hu stess.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tħaddim għall-ewwel ħames snin ta' l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f'Għawdex kienx jifforma parti integrali mill-offerta oriġinali għall-bini tal-istess impjant? Jista' jekk jogħġbu qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-dokument ta' l-offerta li kienet ħarġet u li fuqha l-konsorzju li bena l-impjant ngħata wkoll t-tħaddim tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tħaddim għall-ewwel ħames snin ta’ l-Impjant f’Għawdex jifforma parti ntegrali mill-offerta oriġinali għal bini ta’ l-istess impjant.
Rigward it-talba tiegħu għall-kopja tad-Dokument ta’ l-Offerta li ħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi t-talba tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħidli fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 'l hawn u fl-aħħar ta' Ġunju 2007 kemm kien hemm ħaddiema li kienu qed jibbenefikaw mid-diversi skemi ta' sussidju mħaddma mill-ministeru tagħha? Tista' jekk jogħġobha tagħtini t-tagħrif mitlub skema skema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tezisti skema wahda ta' sussidju mhaddma mill-Ministeru ghal Ghawdex u li minnha jibbenefikaw il-haddiema Ghawdxin li jahdmu Malta.
L-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella annessa:
Jista' l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti Għawdxin mill-Universita' ta' Malta, minbarra l-fergħa ta' Għawdex fis-sentejn akkademiċi 2005/2006 u 2006/2007 u jgħid liema korsijiet segwew? Jista' jagħtini l-istess tagħrif dwar il-fergħa ta' Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti Għawdxin segwew korsijiet fl-Universita' ta' Malta kull sena mill-1998/1999 sal-2006/2007 u kemm hemm studenti din is-sena akkademika ġdida? Jista' jagħtini l-istess tagħrif dwar iċ-ċentru ta' Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti Għawdxin li segwew korsijiet fl-Universita' ta' Malta kull sena mill-1998/1999 sas-sena akkademika 2007/2008 kienu dawn li ġejjin:
M F Total
1998/1999 200 301 501
1999/2000 181 248 429
2000/2001 212 295 507
2001/2002 207 337 544
2002/2003 234 408 642
2003/2004 261 438 699
2004/2005 268 433 701
2005/2006 294 482 776
2006/2007 273 484 757
2007/2008 350 615 965
L-istudenti Għawdxin li segwew korsijiet fiċ-Ċentru ta' Għawdex kull sena mill-1998/1999 sas-sena akkademika 2007/2008 kienu dawn li ġejjin:
Total
1998/1999 61
1999/2000 44
2000/2001 80
2001/2002 74
2002/2003 49
2003/2004 46
2004/2005 42
2005/2006 74
2006/2007 89
2007/2008 164
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29219 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li, fid-Dipartimenti u dekasteru tal-Izvilupp Urban u t-Toroq, risk assessments skond kif titlob il-liġi tal-health and safety, l-aħħar li saru kien fil-perjodu Marzu/April tas-sena 2005.
Dawn kienu:
1. fid-Dipartime
nt tas-Serviżżi Korporattivi, li dak iż-żmien kien fil-Binja ta’ l-Edukażżjoni, il-Furjana;
2. fis-Segretarjat tal-Ministru u l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-bini
House of the Four Winds
, il-Belt;
3. fid-Direttorat għall-Affarijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fi Blokk 7, it-2ni sular, Pjazza San Kalċidonju, il-Furjana.
Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Membru li minn dak iż-żmien, id-Direttorat tas-Serviżżi Korporattivi sar jissejjah id-Direttorat tas-Servizzi ta’ Sapport u Management Finanzjarju, u li dan id-Di
rettorat mexa mill-Binja ta’ l-Edukazzjoni għat-3et u r-4ba’ sular ta’ Nru. 54, Transcontinental House, Triq Zaccaria, il-Belt Valletta, u li
risk assessment
għal dan il-post għadu jrid isir.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-
risk assessments
li saru.”
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 29220 u jgħid jekk sarx risk assessmentfid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29214 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li saru r-risk assessments neċessarji fid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru. Ir-risk assessment fil-Ministeru nnifsu għad irid isir.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn tfal taħt care order illum u għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-numru ta’ tfal koperti b’Ordni għall-Ħarsien hu 212.
Dawn l-Ordnijiet inħarġu għal diversi raġunijiet, fosthom għax it-tfal kienu taskurati, jew abbużati fiżikament, jew sesswalment jew emozzjonalment, jew kienu immigranti rregolari minuri mhux akkumpanjati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn instituti tat-tfal illum? Kemm hemm tfal fihom u x'eta' għandhom? Kemm minn dawn tpoġġew minn xi ġenitur u kemm mill-aġenzija Appoġġ u kemm minn xi sentenza tal-qorti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li hawn 18-l istitut jew istituzzjoni li jżommu tfal.
Ebda entita’jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm l-istatistika kif mitluba fit-Tieni u t-Tielet Parti tal-Mistoqsija.
Iżda ninsab infurmata li n-numru ta’ tfal li qed jirċievu servizz mit-taqsima tal-
Looked After Services
ta’ l-Aġenzija Appoġġ, u li bejn Jannar u Ġunju 2007 kienu qegħdin f’xi wieħed minn dawn l-istituti jew istituzzjonijiet, kien ta’ 260.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29218 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni?
Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul l-2007 saru diversi risk assessments f'siti taħt il-kontroll tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. Dawn ir-risk assessments saru ġewwa l-Għammieri, il-Mixtla ta’ San Vinċenz de Paule, fil-ġonna privati ta’ San Anton, Tumbrell Reservoir limiti tax-Xgħajra - Ħaż Żabbar, San Anard limiti ta' Ħaż Żabbar, Bidni Reservoir lmitit ta' Ħaż Żabbar, Ħabel l-Abjad Reservoir limiti taż-Żejtun, Tas-Silġ Reservoir limiti taż-Żejtun u l-Pitkali f'Ta' Qali. B'konsegwenza ta' dan qegħdin jittieħdu passi ħalli fejn hemm il-ħtieġa jkunu rranġati u mtejba l-kundizzjonijiet li fihom jaħdmu l-ħaddiema.
Il-kumpanija WasteServ Malta Limited ippreparat risk assessments għall-faċilitajiet kollha li topera, anke dawk li fihom jaħdmu anqas minn 10 impjegati, eż. ċentri għal skart goff (civic amenity sites) fejn jaħdmu massimu ta’ tliet ħaddiema. Il-faċilitajiet / postijiet li għalihom risk assessments huma disponibbli huma dawn li ġejjin:
- Uffiċini
- Ċentri għal skart goff fil-Magħtab, l-Imrieħel u Ħal Far
-
Temporary Sorting and Storage Facility
, Marsa
- Għallis
non-hazardous waste landfill
- Ta’ Żwejra
non-hazardous waste landfill
-
Thermal Treatment Facility,
Marsa
Il-proġetti fl-impjant ta’ Sant'Antnin u l-miżbla l-qadima tal-Magħtab qed isiru minn kuntratturi u l-impjegati tal-WasteServ mhux involuti fix-xogħlijiet. Għalhekk, ir-risk assessments saru mill-kuntratturi rispettivi.
Fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) sar Risk Assessment f'żewġ dipartimenti fil-Corporate Services Directorate, i.e. is-Support Services Section u l-Land Survey Unit. Huwa ppjanat li l-eżerċizzju jkompli fid-dipartimenti u d-Direttorati kollha ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).